25
illum • IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021
aħbarijiet
Tifħir Speċjali
Tigne Duplex
Penthouse -
Forward
Architects
Il-proġett jindirizza b'suċċess ir-
relazzjoni bejn id-disinn sabiħ tal-
ispazju intern u l-veduti tan-naħa
ta' barra, li tħares lejn il-Port ta'
Marsamxett. Sfidi relatati mal-bidla
fil-livelli, li ġew solvuti bl-użu ta'
materjali differenti li jenfasizzaw
l-ispazji differenti, li mbagħad
jirrelataw mad-disinn tal-kmamar
fl-appartament. It-tqassim tal-
għamara f 'kull kamra jippermetti
lir-residenti jgawdu l-veduti tal-port
waqt li jinkorporaw kumditajiet
kontemporanji. Ta' min jinnota
l-infinity edge pool li tidher li hija
kważi estensjoni tal-port.
Tifħir Speċjali
Concrete House
- Archi+
Ibbażat fuq varjetà ta' kuluri u
tonalitajiet newtrali, id-disinn ta'
dan il-proġett jenfasizza l-veduti tal-
kampanja u tal-baħar fil-bogħod.
L-użu tal-konkrit fuq barra huwa
rifless fl-intern, fejn ġew inkorporati
b'suċċess dwal li jenfasizzaw
l-għamara u jissimbolizzaw dan il-
proġett.