Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 Grech ftit xhur qabel elezzjoni! Liema huma? qabel ma jikbru u jwasslu biex id-distakk jerġa jonqos? X'inhuma dawk il-problemi li jekk il-PN ma jiħux ħsieb u Il-PL: Il-Covid-19 Il-Partit Laburista fil-Gvern jinsab taħt il-lenti l-aktar fuq il-pandemija għax din mhux biss qed tiddetermina s-saħħa tal-poplu imma qed tiddetermina wkoll l-istat tal-ekonomija u l-istat ekonomiku u psikoloġiku tal-poplu. Kollox qed idur magħha: In-nuqqas ta' negozju - jew saħansitra fallimenti, in-nuqqas ta' flus, id-defiċit ta' 12% u l-€5 miljuni kuljum li qed tiswa' l-pandemija, l-impjiegi ta' eluf ta' ħaddiema mdendlin u l-iskuntentizza ġenerali tal-poplu Malti, bħal popli oħrajn, dwar is-sitwazzjoni personali tagħhom u tal-pajjiż. Is-somom elettorali mhux biss - probabbilment - qed jieħdu kont tal- pandemija, imma il-kunsiderazzjonijiet kważi kollha elettorali qed iduru mal- fluwidità u l-volatilità li qed toffri din il- pandemija. Huwa ċar mis-sondaġġi li waqt li l-pajjiż kien prattikament magħluq - is-sentiment kontra l-Gvern u preċiżament kontra l-Prim Ministru kiber. Malli n-numri niżlu sew, u baqgħu baxxi, filwaqt li l-programm ta' vaċċinazzjoni qed jaqbad rittmu ġmielu bi ġranet fejn jingħataw bejn 5,000 u 6,000 doża tal-vaċċin - kien hemm żieda żgħira fl-appoġġ lejn il-PL, imma imbagħad kien hemm żieda kbira ta' 7.4% fil-fiduċja fil-PM Robert Abela - b'distakk ta' kważi 12% bejn il-mexxejja politiċi, favur Abela. Imma s-sitwazzjoni tibqa' fluwida ħafna. Jekk meta jsejjaħ elezzjoni inkunu bħala pajjiż erġajna qegħdin magħluqin bir-restrizzjonijiet, minħabba żviluppi mhux mistennijin fir-rigward tal-Covid-19 - l-appoġġ lejn il-PL u lejn Abela kważi ċertament, jerġa' jonqos. Din hija l-akbar bozza ħamra għall- Gvern. Bil-pandemija xejn m'għadu ċert, lanqas rebħa komda għall-PL! Korruzzjoni, nepotiżmu u stejjer oħra Minkejja li l-korruzzjoni ġeneralment ma trebbaħx jew ttellef elezzjoni - dan ma jfissirx li ħafna votanti ma jkunux qed jieħdu kont ta' allegazzjonijiet, akkużi, kuntratti u każi ta' nepotiżmu u ma jkunux qed jifformaw opinjoni dwarhom. Każi ċarament nepotistiċi li forsi mhumiex kbar daqs il-Panama Papers - bħal per eżempju kuntratt ta' eluf minn Ministru lis-sieħeb tagħha jew eluf lil studenta li għadha tispiċċa l-kors universitarju li tiġi bint il-ħabib tal- Ministru. Dawn huma affarijiet li on the ground 1) idejqu ħafna lin-nies għax huma sfaċċati pero' aktar minn hekk 2) huma każi li n-nies jistgħu jirrelataw iktar magħhom faċilment - kuntrarjament għal stejjer bħal Panama Papers, li minkejja li huma ta' portata ikbar jinvolvu kumpaniji, f 'kumpaniji, f 'indirizzi eluf ta' mili 'l bogħod, ultimate beneficiary owners, tranżazzjonijiet ta' flus (li biex tgħaxxaq kienu għadhom iridu jsiru) u reati jew azzjonijiet li għal ħafna jibqgħu ximkien fil-vag u l-griż. Minn naħa l-oħra kuntratti ta' eluf ta' ewro lil ħabib jew lil xi person of trust, speċjalment jekk ma tkunx ikkwalifikata fix-xogħol li tingħata, ma fihiex wisq x'tifhem u fejn iddur magħha. Il-Partit Laburista u Abela jeħtieġ li jikkontrolla u jnaqqas minn dawn l-inċidenti - għaliex negozji bla flus u żburżjati jibdew jagħtu ħafna iktar każ u jiddejqu ħafna iktar b'dawn l-istejjer, milli kienu jiddejqu u jagħtu każ meta kien hawn ix-xogħol, il-flus fl-idejn u l-feel good factor. L-iskandlu tax-xiri taż-żejt kien effettiv għaliex kien storja kumplessa u ta' portata, pero' l-aktar li kien effettiv kien minħabba li Gvern Nazzjonalista kien żied il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, xi ħaġa li wasslet għall-protesti kbar u kritika ma taqta' xejn. Tant hu hekk li l-Partit Laburista mmexxi minn Muscat ma tantx dam ma għamel din il-konnessjoni bejn l-iskandlu u l-kontijiet u allura - f 'daqqa waħda - il-korruzzjoni saret xi ħaġa li n-nies bdew jagħtu kasha aktar. 'Għax la l-korruzzjoni tmissli l-but, mela allura hija rilevanti għalija!' Dak il-kalkolu qatt ma kien qrib li jerġa jsir daqs illum - b'ekonomija dinjija (u allura lokali) li tinsab fl-agħar riċessjoni mit-Tieni Gwerra Dinjija. Naturalment imbagħad hemm dak li ħiereġ fil-Qorti, l-arrest ta' Keith Schembri u r-referenzi kontinwi ta' Vince Muscat dwar l-eks Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona. L-effett ta' din ix-xhieda hija dannuża fuq il-PL, minkejja li Abela neħħa lil dawn in-nies mill-partit u l-Gvern ftit biss wara li sar Prim Ministru. Bħall- Covid-19 xhieda splussiva fuq xi ħadd li kien fil-PL qrib elezzjoni probabbilment ħsara tagħmel lill-PL u l-prospetti elettorali tiegħu. L-arroganza u puġġamani! Mhux qed nirreferu biss għall- arroganza Ministerjali li xi kultant naraw fuq il-media, pero' qed nirreferu wkoll għall-arroganza fuq livell ta' entitajiet tal-Gvern u fost dawk li wara kollox iridu jiffaċċjaw lin-nies. Bil-Malti għandna espressjoni li tintuża ħafna: "Il-poter telgħalu għal rasu!" In-nies iddejjaqhom ħafna l-arroganza u filwaqt li għad hemm ħafna Ministri u uffiċjali tal-PL li għadhom qrib l-għeruq u l-kostitwenti rajna każijiet ta' entitajiet u anke Ministri li jitrattaw lil min ma jaqbilx magħhom b'ċerta attitudni li timbutta lin-nies. Uħud minn dawn il-każi kienu rrappurtati u oħrajn ma kinux, imma hemm qegħdin! Il-Gvern irid jara li ċerta arroganza ma tintilifx mill-kontroll u ma jintużawx tattiċi ta' bbuljar li jagħtu impressjoni ħażina ħafna tal-Gvern u li jtellfuh mill-appoġġ. Dan speċjalment f 'entitajiet li magħhom imissu ħafna nies, bħall-Awtorità tal-Ippjanar, l-ARMS, Infrastructure Malta, Identity Malta u diversi oħrajn. Tal-aħħar - L-aħħar bozza! Din i l - ġ i m g ħ a f u q gazzetta lokali l-President tal- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Kunsillier Laburista Mario Fava qal illi s-sondaġġi ma għandhomx iservu ta' poġġaman għall-PL. Din taf tkun problema għall-Partit Laburista għax jaf tirriżulta f 'ħafna li jieħdu rebħa bħala xi ħaġa for granted u allura jew ma jaħdmux għaliha jew inkella jekk qed idejquhom xi affarijiet mill-mod kif qed jiggverna l-PL jirraġunaw illi l-vot nieqes tagħhom mhux se jagħmel wisq differenza. Għalhekk sondaġġi pożittivi ħafna għall-PL, tmien snin wara l-ewwel rebħa u b'ħeġġa li hija xi ftit jew wisq inqas minn dik tal-2013, jafu jfissru voti li jibqgħu fi gwerniċ! Partit Nazzjonalista għandu finanzi biżżejjed biex ikun b'saħħtu daqs il- Partit Laburista? Id-diżlivell politiku (u probabilment finanzjarju wkoll) jidher diġà ċar fit-toroq u fil-pjazez fejn qed ifaqqsu uffiċini ta' Ministri u Deputati Laburisti. Uffiċini bi skop ewlieni wieħed: Li jgħinu jew jaqdu lin-nies. Simili għal dan f 'ħafna distretti Ministri qed iċemplu lil ħafna nies b'mistoqsija sempliċi: 'Għandek bżonn xi ħaġa?' Dan kollu jfisser bżonn ta' ħafna riżorsi, ħafna voluntiera, proprjetà, kontijiet u l-bqija - ilkoll affarijiet li jiswew il-flus u jeħtieġu r-riżorsa, ħafna riżorsa. Il-Partit Nazzjonalista kien mtaqqal b'dejn li meta tpoġġieh f 'daqqa tela' għal it iktar minn €30 miljun - kienet irrappurtat il- gazzetta oħt Maltatoday, bi €12-il miljun minnhom ikunu dejn fuq taxxa, bolla u kontijiet tad-dawl u l-ilma, kienet irrapportat il- gazzetta ILLUM. Minkejja li huwa mium li s-sitwazzjoni tjiebet xi it wieħed irid jara jekk il-PN jinsabx f 'qagħda tajba biżżejjed sabiex itella' kampanja effettiva li tkun tinkludi eluf ta' ewro f 'loġistika, strateġija, riklamar u aktar. Għalkemm kampanja li tiswa' l-flus mhijiex neċessarjament il- kampanja rebbieħa u li finalment jgħodd huwa l-kuntatt man-nies, il-flus u magħha l-istrateġija u l-immaġini tal-partit u tal-Kap tal- partit huma importanti ħafna għall- ġlieda ta' min se jkun qed jirbaħ lil eluf ta' votanti ġodda u lil eluf ta' votanti oħrajn li sa issa għadhom ma ddeċidewx fejn se jivvutaw.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021