Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 • illum X'se tkun qed tagħmel dan is-sajf? Is-sajf daqt magħna, imma n-nies kif se jqattgħuh? Ħa jmorru sa Għawdex? Se jiltaqgħu mal-ħbieb jew imorru safra? Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' bosta personalitajiet Maltin, dwar is-sajf 2021. MARIANNA CALLEJA Propju tmien ġimgħat oħra nagħtu bidu għal sajf b'differenza; ilbies ta' maskri fejn il-baħar, rotta ġdida bil- baħar biex tmur sa Għawdex kif ukoll b'tama kbira, r-ritorn tad-diskoteki, bars, ristoranti u ħafna iktar. Din il-pandemija bħal donna ħalliet togħma qarsa, forsi għax ċaħditna minn ħafna, imma wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil xi personaġġi kif se jqattgħu s-sajf. 'Nittama li dak kollu li ftit ilu kien jikkaratterizza s-sajf tiegħi jerġa' jieħu l-ħajja lura' - Kurt Pawley, Attur u Preżentatur Kurt Pawley hu attur u preżentatur li qed jikseb iktar popolarità aktar ma jgħaddi ż-żmien. Iż-żagħżugħ hu mitħla sew tat-teatru, ċinema u attivitajiet soċjo-kulturali allura ma kinitx sorpriża li qal li ħass n-nuqqas tagħhom. Normalment dawn l-attivitajiet li semma jkunu fl-aqwa tagħhom matul ix-xhur tas- sajf. Pawley ammetta wkoll mal-gazzetta ILLUM li jixtieq jgawdi is-sajf b'aktar libertà filwaqt li jinvesti iktar ħin fuqu nnifsu. Stqarr ukoll li filwaqt li l-miżuri riċenti u t-temp li kellna resqu lin-nies iktar lejn il-baħar u n-natura, hu kien wieħed minn dawk li sab ruħu aktar magħluq id-dar. Fil-fatt hu qal li, "apparti l-impenji ta' studji li għandi, il-baħar xorta mhux ħabib kbir tiegħi iżda l-mira ta' dan is-sajf hi li nipprova ngawdi iktar ħin ħdejh." Fl-istess ħin l-ikbar xewqa ta' Pawley hi li jerġa' jibda jgawdi l-kultura vibranti ta' pajjiżi oħra permezz tas-safar. 'Dan is-sajf, nixtieq nerġa' nagħti ftit ħajja lill-karriera tal-kant tiegħi' - Julie Pomorski, Kantanta Din il-gazzetta tkellmet ukoll mal-kantanta veterana, Julie Pomorski li uriet ix-xewqa li terġa' "tagħti ħajja lil-karriera tal-kant", dan is-sajf. Pomorski qalet li żammet ruħha attiva, dan għaliex kitbet diversi kanzunetti oriġinali matul dan iż-żmien tant li b'kollaborazzjoni ma' Blacklight Studios, għandha biex tgħaqqad album. Apparti dan kollu, il- kantanta bravissima qalet ukoll li ħerqana qegħda tistenna li jinfetħu l-bars u jerġgħu jibdew it-tiġijiet. Fuq dan hi qalet li, "nixtieq naħdem ftit fuq ir-repertorju tal-kant għal bars jew tiġijiet għal meta l-ħajja tiġi xi ftit jew wisq lura għan-normal." Intant il-ħajja mhux biss xogħol u bħal ħafna hi tixtieq li tgawdi l-baħar mhux biss biex iċafċaf tnejn iżda wkoll għax il-baħar jservi bħala muża' għaliha. Dħulija bħas-soltu, hi temmet tgħid; "l-aqwa li noqgħod 'l boghod mix- xemx, mhux għax ma nħobbx is-sħana imma għax nibża li nitkemmex!" 'Insiefer ħa nieħu ftit arja' - Carlos Debattista, kittieb, produttur u direttur ma' Take 2 Entertainment Il-qawl, ix-xogħol salmura tal-ġisem, probabilment ġie ivvintant għall-kittieb, produttur u direttur, Carlos Debattista. Mhux wiċċ ġdid ma' dawk li jsegwu d-drama Maltija iżda flimkien ma' Abigail Mallia, hu l-moħħ wara Take 2 Entertainment. Debattista għandu ħafna għal qalbu x-xogħol li jagħmel, tant li flimkien ma' grupp ta' kittieba diġà beda jaħdem fuq proġetti ġodda. Li jesplora ideat ġodda hi l-priorità ta' Debattista għal dan is-sajf. Fil-fatt hu żvela mal- gazzetta ILLUM li Take 2 qegħda taħdem fuq sensiela ġdida wara s-suċċess ta' 'Merjen', kif ukoll il-famuż 'Min Imissu.' Iżda il-ġisem irid il-mistrieħ ukoll u għal Debattista dak ifisser safar. Ammetta li wasal iż-żmien li jaqbad ajruplan u jmur igawdi dak kollu li toffri d-dinja. 'Niltaqa' aktar ma' sħabi' - Janice Mangion, kantanta Janice Mangion, żagħżugħa umli li min dejjem poġġiet il- familja u l-ħbieb tagħha bħala prijorità. Għall-mistoqsija tal-gazzetta ILLUM, Mangion reġgħet għamlet dan billi qalet li pandemija jew le, hi xorta se tgawdi lil familtha iżda jekk ikun hemm possibiltà hi tixtieq tqatta' iktar ħin mal-ħbieb ukoll. Spjegat li trid tgawdi kemm jista' jkun is-sajf skont x'ikunu jippermettu l-miżuri. Fuq kollox, il-kantanta brillanti qalet ukoll li dan is- sajf hi se taħtaf l-opportunità li tiffoka aktar fuq il-karriera tagħha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021