Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 • illum Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli Tiġdid fi żmien ta' pandemija D awn l-aħħar xhur ma kinux mill-aktar feliċi għall-familji u anke għan-negozji tagħna. Iż-żieda fir-restrizzjonijiet mħab- bra fil-bidu ta' Marzu, filwaqt li neċessarji sabiex inkunu kapaċi nikkontrollaw it-tixrid tal-pan- demija qabel ix-xhur kruċjali tas-sajf toħloq wkoll sens ta' skumdità hekk kif kollha kemm aħna għatxana li nirritornaw għall-ħajja ta' kuljum. Ilum dan is-sagrifiċċju kollettiv qiegħed iħalli l-effett mixtieq. Il- uħ gradwali tal-iskejjel, u minn għada anke l-uħ ta' numru sostanzjali ta' negozji, huwa r-riżultat li lkoll xtaqna nilħqu. Ir-rieda li nerġgħu nxammru l-kmiem F' dawn il-ġimgħat komplejt niltaqa' ma' ħafna imprendituri u rappreżentanti differenti fil-qasam tan-negozju li bħal kullħadd intlaqtu minn dawn ir-restrizzjonijiet. Filwaqt li kull settur għandu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tiegħu, hemm fattur li jgħaqqad lil dawn l-imprendituri flimkien: Ir-rieda li ma jibqgħux dipendenti biss fuq l-għajnuna li qed nagħtu imma li jerġgħu jibdew joperaw biex ikunu jistgħu jerġgħu jiġġeneraw l-ġid u fuq kollox jilħqu l-milja tan-negozju tagħhom. Din ir-rieda hija riżultat tal-mentalità intraprenditorjali tagħna, riflessjoni wkoll tal- fatt li l-kumpaniji tagħna jafu l-potenzjal li jistgħu jilħqu u qed jgħarfu li hemm opportunitajiet li ma jridux jitilfu fiż-żmien li ġej. Nibdlu l-isfidi tal-lum fl- opportunitajiet ta' għada Il-pandemija mhux biss ġabet magħha bidliet importanti fil-ħajja tagħna imma għaġġlet il-pass ta' kif ħafna negozji se jkunu qed joperaw fis-snin li ġejjin. L-akkwist ta' prodotti u servizzi fuq l-internet per eżempju ma kinitx xi ħaġa ġdida imma l-pandemija aċċelerat dan il-proċess li issa infirex fis-setturi kollha. Il-kuxjenza ambjentali fil- konsumaturi wkoll ma kinitix xi ħaġa ġdida iżda fl-aħħar sena rajna kif, fuq livell globali, sirna ħafna aktar konxji tal-impatt li dak kollu li nixtru u nipproduċu jista' jkollu fuq l-ambjent li rridu ngħixu fih. Dawn il-bidliet huma niċeċ ta' opportunitajiet għan-negozji tagħna. Dan anke għall-fatt li l-maġġor parti tal-kumapniji tagħna huma ta' daqs żgħir jew medju u allura kapaċi jaddataw rwiehom malajr għall-bidliet bħal dawn li se jkunu kruċjali għat- tkabbir tagħhom fis-snin li ġejjin. Propju din il-ġimgħa żort kumpanija Maltija, immexxija minn familja ta' imprendituri żagħzagħ li storikament dejjem kienet involuta fil-manifattura tal-plastik. Illum din il- kumpanija qed tiġġedded billi tinvesti f 'makkinarju innovativ biex taħli anqas enerġija u fl- istess ħin tipproduċi prodotti innovativi li jnaqqsu l-impatt ambjentali, fost oħrajn fis-settur tal-kostruzzjoni. Dan filwaqt li qegħdin iżidu l-użu ta plastik riċiklat, li flok jinħela iżid il- kapaċità ta' produzzjoni biex il-kumpanija issa tibda tħares bis- serjetà lejn l-esportazzjoni. Dan huwa eżempju ċar ta' kif l-industrija lokali, anke f 'setturi tradizzjonali, tista' u kapaċi tiġġedded b'suċċess. Jien kommessa u se nkompli nassigura li nagħtu s-sostenn u l-għajnuna kollha possibli lil dawn il-kumpaniji li qed jersqu lejn mudell ambjentalment u ekonomikamnet sostenibbli bil-fatti. Investment b' direzzjoni ekonomika ċara Dak li kien suċċess fil-passat irridu nibnu fuqu, imma fl-istess ħin hemm bżonn li naddattawh għall-futur. Niem ukoll li dak li l-ekonomija għaddiet minnu fl- aħħar sena kien bla preċedent. Propju għax irridu negħlbu l-inċertezza li ġabet magħha l-pandemija, nemmen li dan huwa l-mument li nkunu inċiżivi fl-għajnuna li nagħtu lill- imprendituri Maltin. Fl-aħħar xhur iddiskutejt ma' ħafna rappreżentanti tan-negozji Maltin għax irridu nkunu ċerti li mmexxu 'l quddiem inizjattivi li verament jgħinu n-negozji tagħna imma li fl-istess ħin jagħtu direzzjoni ta' fejn irridu naraw l-ekonomija tagħna fis- snin li ġejjin. Nieħu pjaċir nara li l-imprendituri Maltin iridu jimxu lil hinn minn għajnuna assistenzjali imma lejn investiment f 'mudell ekonomiku sostenibbli li jassiguraw futur f 'saħħtu għall-kumpaniji tagħhom u l-ħaddiema li jħaddmu. Kultura ta' innovazjoni u kreattività Minn ġenerazzjoni għall-oħra, l-imprenditur Malti dejjem wera l-kapaċità li jadatta għall-isfidi u jaħtaf l-okkażjoni biex jibdilom f 'opportunitajiet għall-futur. Biex dan iseħħ, irridu nkomplu nkattru kultura ta' innovazzjoni u kreattività mhux biss fi ħdan negozji eżistenti imma b'mod partikolari f 'kumpaniji ġodda. Propju għalhekk fl-aħħar ġranet varajt inċentivi b'saħħithom biex ngħinu u ninkoraġixxu start- ups Maltin u barranin biex jiġu joperaw f 'pajjizna. L-għajnuna finanzjarja hija importanti u bla preċedent, hekk kif Malta Enterprise issa tista' toffri sa massimu ta' €1.2m f 'għajnuniet lil dawn il-kumpaniji. Iżda ma waqafniex hemmhekk. Ghax verament irridu naraw li dawn il-kumpaniji jirnexxu qed iniedu wkoll assistenza f 'forma ta' konsulenza u pariri kummerċjali li jkunu kruċjali biex nibdlu ideat tajbin ħafna għal prodotti kummerċjlament vijabbli. Spalla għan-negozji tagħna Matul dawn ix-xhur l-għajnuna lin-negozji tagħna kienet waħda bla preċedent. Din mhux se tieqaf fix-xhur li ġejjin għax irridu naċċertaw rwieħna li l-intrapriża tagħna terġa' tqum fuq saqajha u timbotta 'l quddiem l-ekonomija Maltija kif għamlet fl-aħħar snin. L-għajnuna li ser nagħtu filfatt ser tevolvi aktar biex tassisti fl-investimenti li hemm bżonn biex ikollna negozji aktar robusti u li kapaċi jżiedu l-kompettitvita tagħhom. In-negozji tagħna jafu li bħal ma ġara sa issa se jkomplu jsibu lilna spalla ma' spalla magħhom f 'din il-mixja, issa aktar minn qatt qabel biex nassiguraw irkupru f 'saħħtu, sostenibbli u li jwassal għal-prosperità ekonomika għall- ġid tal-Għawdxin u l-Maltin kollha. L-għajnuna lin- negozji tagħna kienet waħda bla preċedent. Din mhux se tieqaf fix-xhur li ġejjin għax irridu naċċertaw rwieħna li l-intrapriża tagħna terġa' tqum fuq saqajha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021