Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

Il-politika tajba K ull min imiss mal-ħajja politika żgur li jiġuh ħafna mumenti fejn isaqsi lilu nnifsu x'ikun qiegħed jagħmel fil-politika. Il-politika iġġib magħha ħafna sagrifiċċji u titlob impenn kbir minn kull min jidħol għaliha bis-serjeta'. Il-politika – biex issir b'mod galbat - titlob il-ħin u m'hemm l-ebda short-cut biex tasal fid-destinazzjoni li tkun fassalt. Iżda minkejja dan kollu, fl- aħħar mill-aħħar, il-politika hija strument li permezz tiegħu tista' tixpruna l-bidla għall-aħjar: mezz li jekk użat tajjeb u b'mod effettiv tista' tħalli impatt dejjiemi fuq il-komunita' li tgħix fiha u anke fuq pajjiżek. F'messaġġ ta' l-ewwel tas-sena fl-2019, il-Papa Franġisku bil-mod dirett u uman tiegħu kien spjega x'inhi l-politika tajba (good politics) "Fil-fatt, il-funzjoni u r-responsabbiltà politika jikkostitwixxu sfida permanenti għal dawk kollha li jirċievu l-mandat li jaqdu lil pajjiżhom, biex jipproteġu lil dawk li jgħixu fih u biex jaħdmu ħalli joħolqu l-kundizzjonijiet għal ġejjieni dehen u ġust. Jekk titwettaq fir-rispett fundamentali tal- ħajja, tal-libertà u tad-dinjità tal-persuni, il-politika tista' ssir tassew għamla eminenti ta' karità." Fil-politika lokali kull wieħed u waħda minna m'huwiex gżira iżolat mill-bqija. B'mod ġenerali niffurmaw parti minn partit politiku li ninġabru fih għaliex niddentifikaw ruħna miegħu. Dan ma' jfissirx li aħna robots tal-partit b'linja ta' ħsieb omoġenja. Fil-Partit Nazzjonalista hemm mużajk ta' perspettivi differenti li meta jitpoġġew flimkien ifasslu qafas ta' diversita' li huwa mibni fuq pedament b'saħħtu li jgħaqqad lil kull wieħed u waħda minna: il-ġid komuni. U huwa proprju fl-isfond ta' dan il-ħsieb li bħala partit politiku rridu nixtarru fejn irridu naslu bil-ħidma tagħna u x'tip ta' politika rridu mmexxu 'il quddiem: • Il-politika mibnija fuq l-aspirazzjoni u mhux fuq l-istatus quo. • Dik tal-viżjoni u mhux tal-medjokrita'. • Dik tar-rispett u mhux tat-tgħajjir. • Dik ma' min inewwel l-ewwel ġebla biex tibni mhux ta' min jitfagħha għax jaħseb li huwa perfett. • Dik ta' l-inizzjattiva mhux tat-tfettieq. • Il-politika ta' l-istampa l-kbira u mhux tal-egoċentriżmu. Dan huwa l-manifest li fuqu qiegħdin infasslu t-tiġdid tal-politika tal-Partit Nazzjonalista: tiġdid li jibni fuq il-kisbiet politiċi, soċjali u ekonomiċi kbar li wettqu gvernijiet immexxija minnu matul is-snin. Dawk il-kisbiet issa rridu nibdluhom f 'aspirazzjonijiet ġodda li jwittu t-triq għall- viżjoni li għandu bżonn dan il-pajjiż biex pajjiżna jerġa' jakkwista r-rispett globali u nerġgħu nibdew nibnu setturi ekonomiċi li jistgħu joħolqu xogħol ta' kwalita' għall- Maltin u l-Għawdxin kollha. Viżjoni ekonomika li ma' tkunx mibnija fuq il-massa iżda fuq il-kwalita', fejn nagħtu każ li l-ispazju tagħna huwa limitat ħafna u li l-priorita' trid tkun li nissalvagwardjawh, nippruvaw inkattruh u taħt l-ebda ċirkustanza ma' nippreġudikawh għal min ġej warajna. Viżjoni ekonomika li tpoġġi l-ambjent naturali fiċ-ċentru tal-ħidma u li l-bqija ta' l-attivita' jinbena madwaru u mhux a skapitu tiegħu. Iżda wieħed bir-raġun jistaqsi, dan kif jista' jsir f 'pajjiż li llum l-ekonomija tiegħu hija dipendenti mill-bini u t-turiżmu tal- massa? Fl-ewwel lok, ser inkomplu nfasslu setturi ekonomiċi li jirrendu l-valur miżjud u mhux li sempliċement iżidu n-numri. Valur miżjud ifisser li l-attivita' li tagħmel l-intrapriża tkun waħda li trendi qliegħ biżżejjed biex il-ħaddiema kollha jgawdu minn pagi tajbin, inkluż dawk li jagħmlu xogħolijiet ta' l-id jew amministrattivi. Dawn is-setturi joħolqu l-valur miżjud, il-valur miżjud joħloq ix-xogħol ta' kwalita', ix- xogħol ta' kwalita' joħloq pagi ġusti u l-pagi ġusti jwasslu għal kwalita' tal-ħajja aħjar, fejn familja tkun kapaċi tlaħħaq mal-ħajja mingħajr ma' tispiċċa msallba b'ħinjiet ta' xogħol bla nifs tul il-ġimgħa kollha. U dan huwa l-qofol ta' kollox f 'dak li aħna naspiraw għall-pajjiżna: fejn l-ekonomija li nkomplu nibnu tkun waħda li ma' toħnoqx aktar spazji miuħa u fl-istess ħin tkun waħda li trendi pagi aħjar għaliex tkun mibnija fuq setturi li jżidu l-valur għas- sidien. Politika ta' l-intrapriża li tagħraf tuża t-teknoloġija avvanzata, l-innovazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika biex toħloq il-ġid mingħajr ma' tipperikola r-reputazzjoni ta' pajjiżna. Dan aħna wettaqnieh diġa bis-setturi li llum isostnu lill-ekonomija Maltija u determinati li issa nwasslu lill-pajjiżna jagħmel il-qabża li jmiss. Dan is-sens ta' aspirazzjoni huwa dak li jsawwar lill-Partit Nazzjonalista: il-passjoni lejn politika li ma' taċċettax il-medjokrita' iżda li tfittex li tieħu fuq spallejha t-tfassil tat- triq 'il quddiem biex toħloq il-ġid permezz tal-politika tajba fejn kull persuna jkollha l-opportunita' li tmidd idejha biex tgħin fil-bini tad-dar komuni tagħna msejjsa fuq il-ġustizzja soċjali, is-sens ta' intrapriża u r-rispett reċiproku lejn xulxin. Din hija r-raġuni li naħdmu għaliha b'tant impenn. Din hija l-politika li qed inġeddu. Din hija l-viżjoni li qed infasslu għaliex nemmnu li dan huwa dak li jixraq għall- pajjiżna. 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 Claudio Grech huwa Deputat Nazzjonalista responsabbli għat-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-PN Claudio Grech Dan is-sens ta' aspirazzjoni huwa dak li jsawwar lill-Partit Nazzjonalista: il-passjoni lejn politika li ma' taċċettax il-medjokrita' iżda li tfittex li tieħu fuq spallejha t-tfassil tat-triq 'il quddiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021