Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 aħbarijiet ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Sorsi tal-gazzetta ILLUM ikkonfermaw illi Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fil-Lista l-Ħadra tar-Renju Unit - bħala pajjiż sigur f 'termini ta' safar u Covid-19. Dan mistenni jagħti impetu kbir u tant meħtieġ lil wieħed mill-akbar - jekk mhux l-akbar - settur ekonomiku f 'Malta, li bħalissa jinsab għaddej minn perjodu diffiċli ħafna. In-numri baxxi li Malta issa ilha tirreġistra għal dawn l-aħħar ġimgħat - bin-numri jibqgħu dejjem taħt il-100 u jinżlu taħt il-50 din il-ġimgħa kienu determinanti għad-deċiżjoni li mistenni jħabbar il-Gvern Ingliż fir-rigward tal- Lista l-Ħadra. L-Independent tar-Renju Unit irrappurtat kif meta jerġa' jiaħ is-safar mill-pajjiż - li bħalissa huwa ipprojbit - fis-17 ta' Mejju, mistenni jkun hemm madwar 20, imma mhux aktar minn 30 pajjiż fuq din il-lista. Dan ikun ifisser li l-ivvjaġġar ta' eluf ta' Ingliżi li mistennijin isiefru jkun ffaċilitat l-aktar lejn dawn il-pajjiżi. Bir-Renju Unit jibqa' l-akbar suq turistiku, anke skont ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika (NSO) tal-2019, dan il-fatt mistenni jagħti imbuttatura qawwija u tant meħtieġa lil dan is- settur. Skont l-NSO, fl-2017 ġew Malta 560,893 turist mir-Renju Unit, li żdiedu għal 640,570 fl-2018 u reġgħu żdiedu marġinalment għal 649,624 fl-2019 - l-aħħar sena turistika sħiħa. L-Ingliżi huma segwiti mit-Taljani hekk kif fl-2019 ġew għal vaganza 392,955 turist Taljan. Intant il-Gvern mistenni wkoll ikun f 'aktar diskussjonijiet dwar protokolli biex tkun aċċertata s-sigurtà tal-poplu Malti, waqt iċ- ċaqlieq turistiku mistenni dan is- sajf. Dan l-aktar biex jilqa' għall- biża' u tħassib fost il-poplu li l-uħ tal-istaġun turistiku jista' jwassal għal żieda fil-każi jew id-dħul ta' varjant. Intant sorsi mill-industrija qalu illi sa issa jidher li l-lukandi qed jaraw bidu kajman għall-istaġun, bi it li xejn bookings għall- ewwel ġimagħtejn ta' Ġunju. Lulju jidher illi qed jipprometti f 'termini ta' bookings, b'Awwissu sa issa jkun l-aktar xahar b'saħħtu, b'xi lukandi saħansitra jkunu fully-booked għal dan ix-xahar. Jidher li bl-inċertezza preżenti sforz il-pandemija, ħafna se jkunu dawk it-turisti li se jħallu għall- aħħar biex jibbukkjaw il-vaganza tagħhom dan is-sajf. Għada t-Tnejn jiħu mill-ġdid eluf ta' ħwienet li jbiegħu prodotti mhux essenzjali - bħal ħwejjeġ, żraben, ġojjellerija u aċċessorji kif ukoll barbiera, hairdressers, ħwienet ta' sbuħija u tad-dwiefer. Wara mistennijin jiħu r-ristoranti u snack bars bil-pjan tal-Gvern jibqa' għaddej sal-1 ta' Ġunju meta il-pajjiż ikun lest biex jibda jilqa' fih lit-turisti. (Ara wkoll paġni 6 u 7) Turiżmu: Bidu kajman ħafna f'Ġunju ... imma Awwissu jidher li se jkun tajjeb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021