Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M atul dawn l-aħħar ġimgħat is-Sindki Għawdxin ingħaqdu flimkien sabiex jipprotestaw u jsemmgħu leħinhom kontra l-iżvilupp, li jsejħu 'bla rażan' li qed iseħħ fil-gżira ta' Għawdex. Krejnijiet, binjiet, u sulari telgħin ifissru li l-iżvilupp u l-ko- struzzjoni qed iħallu l-marka tagħhom fuq Għawdex ukoll, wieħed mill-aħħar eżempji ta' karattru, ġmiel naturali, paċi u dak kollu li jagħmel lil Malta u Għawdex dak li suppost huma. Partijiet min-naħa ta' isfel ta' Malta u l-punent, kif ukoll żoni fin-naħa ta' fuq - sa issa għadhom igawdu mil-lussu tal-paċi, tan-natura u l-pajsaġġ Malti, b'irħula b'karatteristiċi mill-isbaħ - mhux l-inqas il- fatt li dawn l-irħula huma maqtugħin minn xulxin u l-binja dominanti għadha l-Knisja parrokjali, kif suppost huwa raħal Malti. Lokalitajiet bħall-Imqabba, il-Qrendi, Ħad Dingli, is-Siġġiewi, Ħal Safi, Ħal Għaxaq, iż-Żejtun, ir-Rabat, Marsaxlokk u diversi oħrajn, li minkejja r-rgħiba u s-suppost progress baqgħu jżommu l-karatteristiċi sbieħ u tradizzjonali Maltin tagħhom. Iċ-ċentru ta' Malta imbagħad u naħiet tal- port huma prattikament ġungla, bilkemm interrotta, ta' konkrit. Imma lura għal Għawdex. Apparti l-karba tas-Sindki, l-Partit Nazjonalista wkoll din il-ġimgħa reġa' semma kunċett - li oriġinarjament kien welled hu stess, mingħajr wisq suċċess (Tiakruha l-Eco Gozo?) - ta' Green Gozo. Dan huwa kollu tajjeb u xieraq. Pero' dak li għad fadal mill-karattru ta' Għawdex u dak li għad fadal mill-karattru ta' Malta jinżamm u jkun preservat bil-fatti, mhux bil-kliem. Huwa ta' xejn li l-partiti jerġgħu jwebblu lill-Għawdxin b'ħafna kunċetti u kliem ħelu daqs iċ-ċirasa jekk imbagħad meta niġu għall-fatti neħlu. Il-Partit Nazzjonalista ta' xejn jgħidilna Green Gozo, jekk fl-istess ħin u sal-lum għadu favur proġett li biex jopera u biex ikun sostenibbli jeħtieġ ħaġa waħda: Volum kbir ta' karozzi! Volum kbir tal-karozzi meħtieġa biex jgħaddu minn mina bejn il-gżejjer u jħallsu noll, liema noll imur biex il-privat ikun jista' jagħmel tajjeb għall- investiment massiċċ u biljunarju li jrid isir u biex jagħmel tajjeb għal manutenzjoni, li probabilment tiswa' ħafna flus ukoll kull sena. U l-PN u l-PL ma jistgħux jibqgħu jidħku bin-nies! Din il-mina mhux ser isir biss biex insolvu l-problema ġenwina u vera ta' dawk li jridu jqumu kmieni għax-xogħol, jew inkella minħabba madwar erbat ijiem fis-sena meta l-baħar ikun irid jibla' l-art u l-Gozo Channel ma jaħdimx. Il-mina mhux ser issir biex jgħaddu minnha 500 persuna kuljum, ser issir biex jgħaddu l-eluf ta' karozzi u meta jonqsu dawk l-eluf il-Gvern irid jinċentiva lill-poplu biex jużaha, ħalli l-privat ikollu l-flus biex jibqa' jmantnieha ħalli tibqa' sostenibbli għalih! Bla karozzi, ma hemmx mina! Iktar kemm hemm karozzi, iktar idaħħal flus min bena l-mina. Mela s-somma hija sempliċi - Il-mina teħtieġ volum kbir ta' karozzi sejrin lejn Għawdex biex tkun sostenibbli. Fl-aħħar xhur sirna nafu li diġà hemm żewġ kumpaniji/konsorzji li ppjanati jibdew servizz ta' fast ferry li mill-Imġarr Għawdex, jieħdok sal-Belt Valletta f 'inqas minn 45 minuta - bl-użu ta' katamaran. Dan is-suq liberalizzat diġà se jwassal biex tkun indirizzata parti kbira minn din il-problema, allura. U fil-verità din is-soluzzjoni - għalkemm għad iridu narawha taħdem - diġà tinstema' aktar vijabbli u ħafna iktar favur il-kunċett ta' Green Gozo u dak li qed jiġġieldu għalih is-Sindki Għawdxin - għax tfisser li nevitaw id-diżastru ambjentali li proġett bħal tal-mina jwassal għalih. Il-Gvern l-aħħar darba li tkellem deher li għadu favur din il-mina, anke jekk fil-verità għad irridu naraw mhux biss kemm hi vijabbli imma wara kollox jekk tistax issir! Għalhekk imiss l-Oppożizzjoni, li mill- kliem tgħaddi għall-fatti, u l-proposta ta' Green Gozo tagħtiha kredibilità billi toħroġ kontra proġett tal-mina. U mhux toqgħod tistenna lill-Gvern jieħu pass, biex tieħu pass hi! Ma jistax ikollok Green Gozo jekk se tibni mina, li biex taħdem trid il-volum tal- karozzi - li jfisser aktar traffiku f 'Għawdex, li imbgaħad ifisser aktar nies, aktar bini, aktar kostruzzjoni u aktar żvilupp. Jew Green Gozo jew Gozo as an extension of (parts of) Malta. Inkella 'Green Gozo' huma biss kelmtejn sbieħ fuq il-karta, li lanqas jiswew il-karta li fuqhom miktubin. U nittamaw li dawk is-Sindki li minn qalbhom qed jaqbżu u jiġġieldu kontra l-qerda ambjentali u l-qerda tal- karatteristika Għawdxija jisfidaw liż-żewġ partiti u ma jiddejqux jesprimu ruħhom kontra proġett ta' mina, li jista' biss ikompli jżid id-doża ta' urbanizzazzjoni, kaos, traffiku u qerda f 'Għawdex. U dan biex ma nsemmux il-ħsara ambjentali kbira li ssir, lir-raba' u lill-wieħed mill-isbaħ widien li għandna f 'pajjiżna fin-naħiet tal-Pwales fejn suppost tiżbokka din il-mina. Lanqas għandna l-iċken dubju li fejn illum hemm ġmiel naturali u rurali - jekk issir din il-mina jsir xi pompa tal-petrol jew xi gabbana (ma mmorrux imutu bil-ġuħ fil-mina) jew xi parkeġġ kollu tarmac! Għandna mqar xrara waħda ta' kburija b'dak li kien misluf lilna minn natura? Tajjeb li nitkellmu dwar il-bidla fil-klima, tajjeb li nitkellmu dwar it-tniġġis mill- istorbju, tajjeb li nwaqqfu l-importazzjoni tas-single-use plastics. Pero' dan x'jgħodd jekk se nibqgħu nieklu l-art u se nibqgħu noħolmu bi proġetti li instrinsikament huma l-antiteżi tas-sostenibilità? X'jgħodd? Ejja nħallulhom it wirt naturali u it rispett lejn il-wirt naturali, lil ta' warajna! Green Gozo: Mill-kliem bħaċ-ċirasa, għall-fatti!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021