Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 Carmel Bonnici Il-Kummiedji Westerns u dawk eċċentriċi (1) Il-Westerns, il-films tal-cowboys jew cowboys u Indjani, għal għexieren ta' snin, mis-snin bikrija taċ-ċinema mutu, dejjem kienu popolari ħafna. Fir-realta' dawn huma xogħlijiet avventurużi, ta' azzjoni spissa, sparar u ġlied, li minn nofs is-snin 60 'il quddiem saru aktar vjolenti u sadisti l-aktar minħabba il- laxkar gradwali taċ-ċensura u d-dehra tal-Ispaghetti Westerns (dawk maħduma mit-Taljani u Spanjoli). Billi l-udjenzi minn dejjem kienu jħobbu l-kummiedji u l-fares, l-aktar matul is-snin tad-Dipressjoni Amerikana, bħal kull ġeneru ieħor ta' film, bdew ukoll jidhru kummiedji Western jew produzzjonijiet tad-daħk. Barra minn hekk, ħarġu wkoll Westerns strambi, eċċentriċi, li għalkemm ġieli kienu vjolenti, jiġri fil-qalba tagħhom wieħed josserva fil sottili u umoristiku. L-ingredjenti prinċipali ta' dawn il- produzzjonijiet kienu cowboys ridikoli, beżżiegħa jew bla ħila, jew biex ma jurux dan jużaw moħħhom ma' oħrajn kattivi imma ta' intelliġenza batuta, cowboys li bl-aġir tagħhom ma jnisslux biża' ma' dak li jkun jew oħrajn li jilħqu sheriff tal-post u mhumiex kapaċi jużaw il-pistoli. Ħafna Westerns klassiċi ġew issatirizzati jew issir parodija tagħhom, ġieli wkoll b'suċċess fid-dħul tal-flus. Dawn it-tip ta' films mhux minn Hollywood biss ħarġu, imma wkoll minn pajjiżi oħra, l-aktar mill-Italja u Spanja u anki mill-Ażja, speċjalment mill-Korea ta' Isfel. Western parodiji ta' dawn l-aħħar 20 sena spiss kienu jkunu bbażati minn fuq xi kotba comic. Atturi kummidjanti ta' Hollywood li dehru f 'xi Westerns satiriċi kien Stan Laurel u Oliver Hardy (Laurel & Hardy) Bud Abbott u Lou Costello, Dean Martin u Jerry Lewis, James Stewart, Don Knotts, James Garner, Kirk Douglas u Arnold Schwarzenegger, l-attur imbaċċaċ trasvestit Divine (ismu propju Harris Glenn Milstead) u oħrajn. Pero', żgur li ħadd ma jaqlibha lil Bob Hope li matul 20 sena deher f 'diversi minn dwn it-tiġ ta' films, aktarx bħala bniedem pulit u edukat li jinqabad fil-Wild West ġieli meta jiret xi propjetà minn xi qarib li miet. Anki l-maħbub Danny Kaye ppreżenta ruħu f 'xi wieħed minn dawn. Fost l-aħjar kummiedji Western insibu: Destry Rides Again (1939), dirett minn George Marshall. Western satiriku, mimli azzjoni u sparar li fih James Stewart, sheriff mingħajr pistola fuqu, jimmansa belt selvaġġa. Marlene Dietrich tkanta fih bħala żeffiena u għandha ġlieda ma' waħda (Una Merkel) li żewġha jkun jammiraha fejn dawn iż-żewġ nisa litterament jikinsu is- saloon jagħtu bejniethom b'mod farsesk. Din l-istorja ta' Max Brand inħadmet fl-1932, fl- 1950 bħala Frenchie u fl-1954 bl-attur Audie Murphy, issa bl-isem biss ta' Destry. Dan il- film kien l-ispirazzjoni ewlenija u vivida għal dak kult ta' Mel Brooks, Blazing Saddles. Go West Young Man (1936). Taħt id- direzzjoni ta' Henry Hathaway. Mae West u Randolph Scott kellhom xalata nobis f 'dan il- western pjaċevoli. e Paleface (1948). Western kummiedja divertenti li tissatirizza l-film e Virginian, li fih t-timidu Bob Hope jkollu lil Jane Russell, li qatt ma tfalli l-mira, li kull meta jiġi fl-inkwiet, tispara minfloku mingħajr hu qatt ma jkun konxju ta' dan. Il-kanzunetta Buttons And Bows, kantata minn dawn it-tnejn, kienet rebħet l-Oscar. Id-direttur kien Norman Z. McLeod. Fl-1968 reġa' nħadem bit-titlu ta' e Shakiest Gun In e West b'Don Knotts bħala l-protagonist. Son Of Paleface (1952). Sequel għal e Paleface, dan il-film kien aktar satiriku. Wieħed mill-aħjar ta' Bob Hope bl-istess premessa ta' qabel biż-żieda meqjusa tal- popolarissimu Roy Rogers u ż-żiemel bravu tiegħu Trigger. Xena tassew umoristika/ klassika hi meta Hope u Trigger jorqdu fl- istess sodda u kull wieħed jiġbed il-liżar lejh. Jane Russell terġa' tibbrilla taħt id-direzzjoni ta' Frank Tashlin. Bob Hope ħadem ukoll f 'dawn il-kummiedji tal-cowboys: ey Got Me Covered (1943), Fancy Pants (1950) u Alias Jesse James (1960). e Hallelujah Trail (1965) dirett minn John Sturges. Produzzjoni ta' madwar sagħtejn u tliet kwarti, dwar grupp ta' nisa reliġjużi (Temperance League) immexxija minn Lee Remick li jridu jwaqqfu ħażna ta' whisky għal dawk li jaħdmu fil-minjieri f 'Denver. Inċidenti matul it-triq, Indjani fis-sakra, ġiri biż-żwiemel li anki jisfrattaw huma l-ingredjenti prinċipali, flimkien mal-Kavallerija Amerikana. Jaħdmu Burt Lancaster, Brian Keith, Jim Hutton, Martin Landau, Pamela Tiffin u Donald Pleasance. John Dehner hu n-narratur. Xogħol semi- epiku. Cat Ballou (1965). Western satiriku b'mumenti drammatiċi fejn Jane Fonda, minn għalliema tat-tfal issir waħda maħruba mill- liġi magħrufa bħala Cat (Catherine) Ballou. Lee Marvin, fl-aqwa parti tal-karriera tiegħu, jaħdem ta' wieħed sakranazz li jgħin lil Fonda u tat-tewmi tiegħu, qattiel krudili b'imnieħer artifiċjali tal-landa. Tassew kien ħaqqu jirbaħ l-Oscar! Nat King Cole u Stubby Kaye kull tant ħin jidhru biex jkantaw il-kanzunetta e Ballad Of Cat Ballou. Id-direttur hu Elliott Silverstein. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021