Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 Il-każi ġodda tal-Covid-19 baqgħu baxxi, hekk kif ilbieraħ ġew reġistrati 20 każ ġdid minn total ta' 1,628 swab test. Fl-istess perjodu ta' 24 siegħa fiequ mill-virus 57 persuna, biex issa t-total ta' każi attivi niżlu taħt il- 500, jiġifieri 476. Ma ġew irreġistrati ebda imwiet kaġun tal-virus. Intant il-proċess ta' vaċċinazzjoni baqa' għaddej b'rittmu mgħaġġel b'6,000 doża f '24 siegħa, għal total ta' 307,636, bin-nies li ħadu t-tieni doża jitilgħu għal 98,677. Il-każi jerġgħu jinżlu għal 20 u ma tkun irreġistrata l-ebda mewta f'24 siegħa L-eks Avukat Ġenerali Anthony Borg Barthet u l-eks editur ta' e Malta Independent Rachel Attard huma tnejn mill-konsulenti li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tal- Istandards u li din il-ġimgħa l-istess Kummissarju George Hyzler għamel referenza għal kemm qed jitħallsu. Hyzler kien qed iwieġeb stqarrija tad- Deputat Laburista Glenn Bedingfield li fil-Parlament fetaħ il-kanuni kontra l-Kummissarju tal-Istandards, it wara li dan iddeċieda dwar riklam tal- Ministru Carmelo Abela li deher fuq gazzetta lokali. Hyzler qal li huwa għandu tliet konsulenti li bejniethom jitħallsu €54,000. Din il-gazzetta hija infurmata li dawn il-konsulenti huma l-eks Avukat Ġenerali Anthony Borg Barthet, Rachel Attard kif ukoll Stephen Paris. Borg Barthet kien ingaġġat fil-kariga f 'April 2019, Attard f 'Diċembru tas- sena l-oħra u Paris f 'Settembru 2019. Borg Barthet kien l-Avukat Ġenerali illi ta n-nolle prosequi kontroversjali lill-eks Kummissarju tal-Pulizija George Grech, li fis-sena 2000, taħt Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami kien ġie investigat mill-Maġistrat Miriam Hayman. Hi kienet qalet illi kien hemm biżżejjed provi prima facie biex Grech jiġi mressaq għal reati ta' theddid, attentat ta' stupru, użu ħażin ta' fondi pubbliċi u użu ħażin tas-sistema tat-telefon. Borg Barthet, dakinhar Avukat Ġenerali kien applika n-Nolle Prosequi fil-konfront tal-eks Kummssarju, biex b'hekk iddeċieda li ma jipproċedix kontra Grech. Saviour Balzan, fl-artiklu tiegħu ta' kull nhar ta' Ħadd fuq il-gazzetta ILLUM jgħid li din ma kinitx l-unika nolle prosequi li kien ta l-Avukat Ġenerali u li kien hemm madwar ħames każi oħrajn. Hyzler akkuża lid-Deputat Bedingfield li gideb meta qal li membru tal-istaff tiegħu jinsab 'taħt sħaba ta' korruzzjoni' u qal li jekk id-Deputat għandu xi forma ta' provi għandu jmur għandu privatament. Ara paġna 20 Borg Barthet kien ingaġġat ma' Hyzler fl-2019 u Attard is-sena l-oħra George Hyzler George Hyzler