Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 tal-vaċċin għall-użu domestiku; L-ILLUM titkellem ma' Dominic Micallef, direttur ta' Aria Complex, wieħed mill- istabbilimenti tad-divertiment ewlenin, saħaq mal-gazzetta ILLUM li ladarba jkun hemm sistema kkontrollata fl-ajruport, din għandha tkun applikata kullimkien, f 'kull punt ta' dħul, mir-ristoranti, għal nightclubs, il-knejjes u anke fuq Tal-linja. Insista li din għandha tkun sistema sempliċi u diġitali u li tkun tista' tintuża minn kulħadd. Fakkar li llum kważi kulħadd għandu smartphone u faċilment tista' tinħoloq App, li pereżempju tkun tinkludi barcode li jkun jista' jiġi skenjat biex wieħed jaċċessa l-informazzjoni rigward tilqim jew testijiet tal-Covid-19. Saħaq li għal min ma għandux smartphone jew inkella ma jafx juża dawn is-sistemi diġitali, jista' jkollu kard sempliċi li taħdem bl- istess prinċipju. "Bħalma sirt issib hand sanitiser kullimkien u bħalma titteħidlek it-temperatura fi kważi kull stabbiliment li tidħol, ikun hemm dan l-iscanner ukoll," insista s-sid. "Tkun responsabbilità tal-istabbiliment jew negozju li jinstallah." Fakkar li għalkemm f 'Malta l-programm tat-tilqim miexi tajjeb ħafna, jibqa' l-fatt li s-sitwazzjoni ma tiddependix biss mis-sitwazzjoni f 'Malta. Fil- fatt, hemm pajjiżi li għadhom lura ħafna u għalhekk wieħed jeħtieġ iħares lejn dawn is- sistemi li it it jistgħu jerġgħu jibdew jirritornaw il-ħajja lejn in-normalità. Fi kliemu, sistema simili se tkun importanti għax-xhur li ġejjin sakemm il-popolazzjoni mhux biss lokali imma dinjija tkompli titlaqqam. Mistoqsi kemm ilu magħluq, Micallef insista li l-istabbiliment tiegħu ilu minn Marzu tas-sena li għaddiet ma jiaħ, jiġifieri aktar minn sena. 'Ladarba jkun hemm sistema kkontrollata fl-ajruport din għandha tkun applikata kullimkien, f'kull punt ta' dħul' 'Aħna favur kull proposta li tippromwovi s-saħħa u s-sigurtà u toħloq bilanċ' L-ILLUM tkellmet ukoll mal- Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija għar-Ristoranti u l-Lukandi (MHRA), Andrew Agius Muscat li saħaq kif huwa favur kull prinċipju li jippromwovi s-saħħa u s-sigurtà u li fl-istess ħin jgħinu biex persuni jkunu jistgħu jiddevertu. "Importanti biss li ma tispiċċax toqtol l-iskop għaliex toħolqu," insista Agius Muscat waqt li appella għal bżonn ta' diskussjoni u biex ma tinħoloqx burokrazija żejda. Filwaqt li rrikonoxxa li l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa hija kontra dan il-prinċipju, Agius Muscat qal li din mhijiex xi ħaġa li dwarha taqta' linja. "Ma hemmx soluzzjoni perfetta. Trid tiżen il-vantaġġi u l-iżvantaġġi," kompla jinsisti. Kien hawn li tenna li l-importanti huwa li f 'dan l-istadju jinħoloq bilanċ bejn il-bżonn li l-ħajja tkompli għaddejja u għalhekk jinfetħu wkoll negozji li ilhom magħluqa u s-saħħa u s-sigurtà. Temm jisħaq li din il-miżura tista' tkun biss parti minn proċess sħiħ li eventwalment għandu jwassal għan-normalità. X'qed jagħmlu pajjiżi oħra? X'qed tgħid il-Kummissjoni Ewropea? L-Iżrael li kellu programm ta' tilqim li għamel suċċess kbir, kien pijunier fejn jidħol l-użu ta' dan iċ-ċertifikat tal-vaċċin għall-użu domestiku. Fil-fatt, biex persuna tidħol fi stabbilimenti bħalma huma l-gyms, lukandi jew inkella postijiet ta' divertiment, fost oħrajn, jeħtieġ li jkollha f 'idha dak li qed jissejjaħ bħala "green passaport." Dan 'il-passaport,' li huwa wkoll diġitali, qed jinħareġ mill-ministeru għas-saħħa u huwa validu għal sitt xhur minn ġimgħa wara li persuna tkun ħadet it-tieni doża. Il-passaport tal-vaċċin għall- użu domestiku qiegħed jintuża wkoll fid-Danimarka u kien kruċjali biex it it il-pajjiż beda jerħi r-restrizzjonijiet, kif għadu qed jagħmel, anke għax sa' nofs Mejju mistenni li jkun laqqam lil dawk kollha li għandhom 'il fuq minn 50 sena. Bħal fil-każ tal-Iżrael, dan il-passaport qed jinkludi wkoll informazzjoni dwar jekk persuna tkunx ħadet iż-żewġ dożi tal-vaċċin, jekk qattx kinitx marida bil-virus u jekk riċentament għamlitx test tal-Covid-19 li rriżulta fin-negattiv. Id-Daniżi qed jintalbu jippreżentaw dan il- passaport, imsejjaħ 'Coronapas' anke biex jaċċessaw servizzi bħalma huma l-hairdressers jew inkella jmorru f 'ristorant jew iċ- ċinema. Jidher li l-Iżvezja wkoll qed tippjana li tibda tagħmel dan. Id-diskussjoni dwar l-użu ta' dawn it-tip ta' ċertifikati għaddejja wkoll fir-Renju Unit, inkluż biex ikunu jistgħu jsiru attivitajiet tal-massa jew inkella biex persuni jidħlu fi stadiums jew stabbilimenti oħra kbar u ta' divertiment. Fil-fatt, il-final tal-FA Cup f 'Wembley Stadium, żewġ parties li se jkunu qed isiru f 'Liverpool u attivitajiet oħra li se jsiru tul din il-ġimgħa u anke f 'Mejju madwar l-Ingilterra se jkunu parti minn studju li se jkun qed isir biex esperti jassessjaw l-effett tal-użu ta' dan iċ-ċertifikat u miżuri oħra bħar- rapid testing, bil-għan li attivitajiet fuq skala akbar ikunu jistgħu wkoll jerġgħu jinfetħu. Intant Franza kienet l-ewwel pajjiż tal-Unjoni Ewropea li introduċiet ċertifikat diġitali għall-ivjaġġar, bl-isem ta' TousAntiCOVID li mistenni jintuża wkoll għal avvenimenti pubbliċi bħall-kunċerti, festivals u fieri. Mhux mistennija li tkun qed tintuża għal bars u ristoranti. Id-diskussjoni tqajmet ukoll waqt laqgħa tal-Kumitat tal- Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju Ewropea Didier Reynders sostna illi l-Kummissjoni Ewropea mhux se tkun qed tirregola l-użu tad-Digital Green Certificate fuq bażi nazzjonali u lilhinn mill-iskop li għalih qed jitwettaq. Għal diversi drabi huwa għamilha ċara illi dan iċ-ċertifikat ma jistax jintuża biex joħloq diskriminazzjoni jew inkella jwaqqaf mill-moviment ħieles. Dominic Micallef Andrew Agius Muscat