Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

YENDRICK CIOFFI Is-sħana dalwaqt tibda u ħafna qed jistaqsu x'se nagħmlu fis- sajf bil-maskra. Jekk nibqgħu biha, dan se jkun l-ewwel sajf fejn l-ilbies tal-maskra se jkun mandatorju. Ngħiduha kif inhi, huwa ċar li l-maksra ħadmet mhux biss kontra l-Covid-19 imma kontra mard ieħor infettiv bħall-influwenza. Imma issa li l-każi naqsu se jkollna nibqgħu biha? Jekk immur ġurnata baħar, se nispiċċa nixxemmex bil-maksra mkaħħla ma' wiċċi? Sakemm jgħidulna mod ieħor, irridu nibqgħu nobdu r-restrizzjonijiet u l-miżuri li jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa, iżda f 'dan l-artiklu l-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn dak li qed iseħħ f 'dawk il-pajjiżi fejn ir-restrizzjonijiet tnaqqsu għax il-każi niżlu drastikament. Daqshekk maskri mandatorji fl- Iżrael... Hekk kif il-każi naqsu drastikament, il-Ministru għas- Saħħa Iżraeljan Yuli Edelstein ħabbar li mill-Ħadd li għadda l-ilbies tal-maskra ma kienx se jibqa' mandatorju. Fil-fatt, ir-rata ta' infezzjoni fl-Iżrael hija baxxa ħafna, b'Edelstein jgħid li dan huwa riżultat dirett tat-tilqim u mhux biss tar-restrizzjonijiet. Fil-fatt, l-Iżrael jinsab viċin ħafna li jilħaq l-immunità tal-massa hekk kif aktar minn nofs il-popolazzjoni ta' it aktar minn disa' miljun persuna, issa hija mlaqqma biż-żewġ dożi. Minkejja dan, l-ilbies tal-maskra għadu u se jibqa' mandatorju fuq ġewwa, jiġifieri anke fi stabbilimenti u l-ħwienet. Ir-riżultati fl-Iżrael kienu inkredibbli anke meta tqis li sa Jannar li għadda kien qed ikollhom madwar 10,000 każ kuljum, bil-każi issa jinżlu għal medja ta' 200 każ kuljum. Il-każi baqgħu baxxi minkejja li nfetħu l-iskejjel u naqsu r-restrizzjonjiet fil-bars, ir-ristoranti u anke fuq il-ġemgħat. L-Iżrael qed juża wkoll dak li qed jissejjaħ 'green pass' biex persuna li tkun tlaqqmet tkun tista' tidħol f 'ċertu stabbilimenti (ara paġni 6 – 7). Fi New Zealand il-maskri jintlibsu skont ir-rata tal-każi Kif rajna fil-ġimgħat li għaddew, jekk hawn pajjiż li żamm taħt kontroll il-pandemija, anke jekk is-sagrifiċċji mitluba miċ-ċittadini tiegħu kienu kbar, bla dubju li dan huwa n-New Zealand. Fil-fatt bħalissa, minn fost popolazzjoni ta' kważi ħames miljun persuna, in-New Zealand it li xejn qed isib każi ġoddi. Saħansitra jkun hemm ġranet konsekuttivi fejn ma jinstab l-ebda każ. Sakemm is-sitwazzjoni tibqa' hekk, l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju biss fuq it-trasport pubbliku kollu, inkluż il-ferroviji u t-titjiriet kollha, anke dawk domestiċi. Fit-taxis u anke karozzi privati fejn ikun hemm taħlit ta' households, l-ilbies tal-maskri mhuwiex obbligatorju anke jekk qed ikun inkoraġġut. Fin-New Zealand hemm sistema ta' tliet livelli, bil-pajjiż jidħol f 'livell skont ir-rata tal-imxija. L-ewwel livell huwa dak bl-inqas restrizzjonijiet u r-raba' wieħed huwa dak bl-aktar restrizzjonijiet. Anke l-ilbies tal-maskri jiddependi minn dawn il-livelli. Bħalissa l-pajjiż jinsab fl-ewwel livell u ilu hekk mit-12 ta' Marzu. L-użu tal-maskra jonqos ukoll fid- Danimarka... Is-sitwazzjoni fid-Danimarka wkoll tinsab taħt kontroll u fl-aħħar jiem naqsu ħafna r-restrizzjonijiet u fetħu ħafna mill-istabbilimenti, inkluż l-istadiums, anke bis-saħħa tal-Coronapas, ċertifikat diġitali tal- vaċċin (ara paġni 6 - 7). Fil-fatt, hekk kif is-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata u ġew irrilaxxati ħafna restrizzjonijiet, inbidlu wkoll il-miżuri marbuta mal-ilbies tal- maskra. Il-maskra xorta waħda trid tintlibes fuq it-trasport pubbliku kollu, fil-ħwienet, fl-istabbilimenti kummerċjali, mużewijiet, ċentri tal-isports, gyms, libreriji, ċinema, teatri u anke fil-knejjes u postijiet oħra reliġjużi. Tintlibes ukoll għal dawk is- servizzi li jirrikjedu kuntatt fil- viċin bejn il-klijent u dawk li qed jipprovdi s-servizz, fosthom fil- ħwienet tax-xagħar, tas-sbuħija, fl- ispas etċ. Il-maskri għadhom obbligatorji wkoll fl-istituzzjonjiet edukattivi, fi djar tal-anzjani, sptarijiet u kliniċi. Fl-Awstralja jiddependi mill-istati differenti: Fl-Awstralja l-użu tal-maskri jiddependi mill-istat li fih tgħix. Hekk kif is-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll, bl-imxija tonqos drastikament, il-maskra ma hi obbligatorja fl-ebda stat, ħlief f 'ċirkostanzi partikolari. Fil-fatt, il-parir tal-Gvern Awstraljan huwa biex fejn it- trasmissjoni tal-virus tkun baxxa ħafna, il-maskra ma tkunx mandatorja, iżda fejn l-imxija tkun qawwija l-maskra tista' tintalab tintlibes fuq it-trasport pubbliku jew fi bnadi oħra fejn id-distanza soċjali tkun diffiċli li tinżamm. Pereżempju fi New South Wales u anke fi Queensland, il-maskra mhijiex mandatorja ħlief fl-ajruport jew inkella fuq it-titjiriet domestiċi li jkunu qed jitilqu jew jaslu fl-istat. Il-ħaddiema tal-ajruport jistgħu jneħħu l-maskra meta ma jkunux f 'kuntatt dirett ma' persuni oħra. Il-maskra mhijiex mandatorja lanqas fuq it-trasport pubbliku jew inkella fil-ħwienet għalkemm l-awtoritajiet xorta waħda jirrakomandaw l-użu tagħha. L-ilbies tal-maskra huwa rrakomandat ukoll fl-ispazji pubbliċi jew inkella fuq ġewwa fejn ikun diffiċli li tinżamm id-distanza soċjali. Fir-Renju Unit x'qed jagħmlu? Wara mewġa qawwija ta' Covid-19, anke r-Renju Unit beda jnaqqas ir-restrizzjonijiet hekk kif it-tilqim ukoll miexi b'rata tajba ħafna. Bħalissa, fir-Renju Unit, il-maskra hija mandatorja f 'dawk il-bnadi fejn id-distanza soċjali mhijiex possibbli jew inkella fejn il-virus jista' jinfirex aktar, fosthom fuq it-trasport pubbliku u l-ħwienet. Hemm ukoll multi għal dawk il- persuni li jinqabdu jiksru dawn ir- regolamenti. Il-Gvern Ingliż kien qal li aktar ma jiżdied it-tilqim u aktar ma tonqos l-imxija, aktar li hemm ċans li jiġu riveduti l-miżuri, inkluż l-ilbies tal-maskri. Fil-fatt, is-Segretarju għas-Saħħa, Matt Hancock kien qal li jittama li jasal żmien fejn il-Gvern ma jibqax jimponi l-ilbies tal-maskra, imma din issir kwistjoni ta' responsabbilità personali, fejn persuna tagħżel hi li tilbes il-maskra, speċjalment fuq it- trasport pubbliku. 08 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 • illum Se neħilsu minn din l-imbierka maskra jew se nixxemxu biha? Ħarsa lejn dak li qed jagħmlu pajjiżi oħra Urietna biċ-ċar li tipproteġina kontra l-Covid-19 iżda anke kontra mard ieħor għax ftit li xejn smajna bl-influwenza. Imma issa li l-każi niżlu, se nibqgħu biha? X'se nagħmlu fis-sajf f'dik ix-xemx taqli l-ankri? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li għamlu pajjiżi oħra... FULL-TIME TILER/ TILE LAYER We require the services of a Full-Time Tiler/ Tile Layer. Main roles and responsibilities include but not limited to covering of floor areas with a variety of tile materials; and the setting and constructing of tiles to walls, floors and other surfaces; assembling of tiles or other materials and laying of the same on floors/walls according to design and specifications; preparation of wall areas for covering with tiles or other materials for decorative purposes, and for other purposes; and floor repairing where necessary. Salary ranges from €967.50 to €1,200 per month. Experience of not less than seven (7) years in the industry is a must. Contact Julian Tanti on 77279736

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021