Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 • illum Il-bozoz ħomor li qed jixgħelu għal Abela u Grech X'inhuma l-aktar kwistjonijiet li l-Partit Laburista jeħtieġ joqgħod attent minnhom - jew inkella jilqa' għalihom - qabel ma jindirizzax jistgħu jwasslu biex jikber aktar id-distakk? L-ILLUM tanalizza l-bozoz l-ħomor tal-PL u l-PN ... Il-PN: Tiġrija kontra l-ħin (il-ftit li fadal) L-akbar bozza ħamra li qed jiffaċċja l-Partit Nazzjonalista huwa l-ħin. Il- bidla fit-tmexxija tal-partit tfisser illi jekk elezzjoni ġenerali sseħħ ximkien f 'Ottubru li ġej, il-Kap tal-PN ikun ilu biss sena fil-kariga. Meta wieħed iqis 1) Kemm il-PN kien u għadu minn taħt f 'termini ta' popolarità u voti (-43,000 vot fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew u -47,000 vot fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex kollha - it- tnejn fl-2019) kif ukoll 2) il-firdiet fondi li spiċċaw f 'battibekki kontinwi fil- pubbliku bejn partitarji u uffiċjali tal- partit, waqt l-elezzjoni ta' Ottubru, sena mhix biżżejjed. Naturalment xejn mhu impossbbli u s-sondaġġi juru li Grech għamel progress qawwi fost dawk il-votanti li vvutaw lill- PN fl-2017. Il-PN, iktar mill-PL, qiegħed fi ġlieda kontra l-ħin biex jibni tim elettora li li jkun b'saħħtu, biex ikollu tim qawwi madwar Bernard Grech, iħejji strateġija elettorali u jifforma kampanja li tħabbatha mal- kampanja elettorali ta' partit (PL) li bla dubju se terġa tkun waħda qawwija. Sa issa l-PN qiegħed tard fuq diversi fronti imma miexi 'l quddiem fuq oħrajn. Miexi ... L-elezzjoni ta' Bernard Grech minnha nnifisha poġġiet lill-PN f 'pożizzjoni ħafna aħjar biex jiġġieled kontra l-ħin b'mod aktar effettiv. Grech qed itejjeb l-oratrija u jidher ċar li hemm ukoll element ta' ħsieb wara l-attivtajiet li fihom qed jidher. Il-perċezzjoni fost ħafna huwa li Grech huwa ħafna iktar "tan-nies" milli kien Simon Busuttil pero' minn naħa l-oħra huwa ħafna aktar politikament sobriju u sigur milli kien Adrian Delia. Dan qed iħalli l-frott. Id-diskors ta' Grech biex il-partit u n-nies fil-partit ma jaddottawx attitudni ħażina u li l-PN m'għandux iqis ruħu daqslikieku għandu xi dritt divin li jiggverna, huwa bla dubju diskors immirat lejn dawk l-eluf li abbandunaw lill-PN u lejn in-narrattiva Laburista li l-PN huwa l-partit tal-arroganza. Jidher li Grech - bħal Delia qablu - qed jgħaddi messaġġ b'għan konċiljatorju u dirett lejn settur kbir tal-poplu. Jekk dan il-messaġġ huwiex ġenwin u jekk allura hux se jħalli effett, għad iridu naraw. Għadu lura ... Sitt xhur wara li kien elett Grech, it- tmexxija tal-partit għadha dik li kienet qabel. Viċi Kap fuq naħa (David Agius) - li huwa affabbli imma jinħass illi huwa kompletament nieqes mix- xena, minkejja li l-potenzjal tiegħu jista' jkun ħafna ikbar - proprju għaliex huwa persuna affabbli, li jaf imur man-nies. Fuq in-naħa l-oħra hemm Viċi Kap (Robrt Arrigo) li huwa popolari fuq livell distrettwali imma kien i k k a m p a n j a b i l - q a w w i k o n t r a B e r n a r d Grech u f a v u r A d r i a n Delia - bir-relazzjoni bejn Arrigo u ħafna nies oħrajn fil-PN jingħad li għadha pjuttost qarsa. Imbagħad hemm is- Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech - mill-ġdid persuna affabbli, pero' li ilu jimmilità fil-PN minn kmieni fis-snin 80 u li suppost kellu jkun Segretarju Ġenerali care-taker! Dan iħalli kollox prattikament fuq Claudio Grech - politiku meqjus konservattiv imma fl-istess ħin ħafna iktar moderat u b'kuntatti diversi mad- dinja tal-kummerċ, kif inhu Ivan Bartolo. Il-ħin qed jgħaddi - jekk mhux għadda issa - biex Grech imur għall-kampanja bin-nies li jixtieq hu - uċuħ friski ta' nies li jqajmu l-interess fil-poplu, li jispiraw u li jistgħu verament jisfidaw lit-tmexxija Laburista. Il-Mexxej Laburista llum huwa mdawwar, fuq il-lemin b'Daniel Josè Micallef - persuna liberali, żagħżugħa, nadifa u li ma jiddejjaqx jkun voċiferu fuq diversi kwistjonijiet bħall-Ewtanasja u fuq ix-xellug id-Deputat PM Chris Fearne , li kien diġà popolari u li kompla jibni profil b'saħħtu ħafna bħala Ministru għas-Saħħa waqt il-pandemija. Il-problema ta' Grech huwa l-ħin. Tant għandu l-ħin kontrih li probabbilment qed jipprova ma jċaqlaqx l-ilmijiet wisq, biex dak il-bilanċ super-sensittiv li jidher illi intlaħaq bih bħala Kap tal-PN u li qed iħalli l-firdiet fondi fil-PN taħt wiċċ l-ilma ma jisplodux propju lejliet elezzjoni. Din hija sitwazzjoni li Bernard Grech irid jara kif se jsolvi. Imma l-ħin kontrih. Nuqqas ta' strateġija/proposti/rilevanza Mhux il-PN mhux qed jagħmel proposti - numru ta' proposti qed isiru. Fil-fatt sal-Ħadd li għadda din il-gazzetta stess ippubblikat storja b'numru ta' proposti tal-PN dwar it-turiżmu. Imma hemm problema! Il-Partit Nazzjonalista ma jidhirx li għandu strateġija effettiva biżżejjed li tippopolarizza, permezz tal-midja tiegħu u tal-uffiċjali tiegħu dawn l-istess proposti. Fil-fatt ħafna drabi l-PN jagħmel elenku ta' proposti - wħud minnhom tajbin - imma mbagħad filgħaxija fuq in-Net TV jew l-għada f 'xi konferenza tal-aħbarijiet il-kelliema tiegħu jitkellmu l-aktar fuq il-governanza u l-iskandli tal-PL. Din il-ġimgħa permezz tal-proposti fir- rigward tat-turiżmu jidher li kien hemm attentat ċar sabiex dan id-defiċit jiġi indirizzat - mhux biss permezz ta' elenku twil ta' proposti imma wkoll permezz tal- fatt li għall-konferenza li matulha kienu mnedija tali proposti, kien hemm preżenti istakeholders fil-qasam turistiku. Il-PN għandu bżonn jissolidifika strateġija malajr (għax il-ħin kontrih) biex iwaħħad l-propoganda kontra l-avversarju, mal-proposti li qed jagħmel - b'mod intelliġenti, kontinwu, innovattiv u effettiv. Jekk il-PL iwettaq il-proposti, jkunu diġà għamilhom tiegħu fil-psike tan-nies il-PN - permezz tal-midja tradizzjonali, il-midja soċjali (Facebook, tik tok, twitter ...), fit-toroq, permezz tal- grafika ... Jekk jonqos minn dan, il-problema serja ta' rilevanza li diġà għandu l-PN se tkompli tikkumplika ruħha. Il- Gvern jieħu nota tal-proposti tajbin tal-PN, jimplimentahom hu - imma aħjar - imbagħad jixgħel il-magni tal- propoganda governattiva u partiġġjana biex b'mod intelliġenti, kontinwu, innovattiv u effettiv jagħmel dawn il- proposti, esklussivament tiegħu. Dan il-proċess seħħ diġà u eżatt bil- kwistjoni tal-vouchers. Il-PN mhux iżarma l-għodda medjatika tiegħu jrid, imma jagħtiha ż-żejt biex tkun ħolqa importanti fl-istrateġija tal-partit u magħha joħloq preżenza żagħżugħa qawwija u effettiva fuq midja aktar kontemporanja. Il-Covid-19 ... Politikament, il-Covid-19 taffetwa lill-Oppożizzjoni wkoll forsi mhux daqs kemm taffetwa lill-Gvern. Il-PN għandu bozza tixgħel u din il-bozza hija bidla bil-mod - imma ċerta - fil-burdata tan- nies hekk kif il-każi baqgħu baxxi ħafna u r-rittmu tal-vaċċinazzjoni huwa wieħed mgħaġġel. Jidher li d-dwejjaq, is-sens ta' qtigħ ta' qalb, id-diżillużjoni u anke r-rabja bdew jintrefgħu xi ftit - anke jekk fil-fatt dan is-sentiment għadu hemm fost dawk l-eluf ta' familji b'negozji magħluqin. Il-PN irid jibda jħejji lilu nnifsu fin- narrattiva għall-possibilità u issa tidher probabbilità, li n-negozju u x-xogħol jibda jiċċaqlaq fis-sajf permezz ta' domanda domestika u anke permezz tal- ewwel sinjal ta' ċaqlieq fit-turiżmu. Meta (u jekk) dan iseħħ Bernard Grech ma jistax jibqa' jiddependi fuq id-diżilużjoni u d-dwejjaq jew stqarrijiet ażżardati tal- Prim Ministru Abela, biex iżid l-appoġġ. Il-finanzi: Għandu biżżejjed flus għal kampanja elettorali? Kampanja tiswa' l-flus - ħafna flus. Il- ALBERT GAUCI CUNNIGHAM Nhar il-Ħadd li għadda din il-gazzetta tat ħarsa lejn ir-riżultati fl-aħħar sondaġġi, b'mod partikolari l-aħħar tnejn li ħarġu nhar il-Ħadd 11 ta' April - fuq il-gazzetta Maltatoday kif ukoll it-Torċa. Dan il-Ħadd il-gazzetta ILLUM se tanalizza - xhur qabel l-elezzjoni ġenerali - x'inhuma l-akbar bozoz ħomor għaż-żewġ partiti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021