Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I s-Sibt l-1 ta' Mejju huwa Jum il-Ħaddiem - il-ġurnata li fiha niakru fil-persuna li hija x-xewka tad-dahar tal-ekonomija tal-pajjiż. Il-ħaddiem huwa l-qofol tal-ekonomija u l-mod kif jiġi trattat huwa l-aqwa boxxla u l-aqwa kejl ta' pajjiż. Għal grazzja ta' Alla u grazzi għal Gvernijiet diversi dan il-pajjiż tgħallem jirrispetta u jgħolli lill-ħaddiem matul is- snin. Illum m'għandniex poplu seur tas- sinjur u l-ħakem, mgħerreq fl-illiteriżmu, l-injoranza, il-ġuħ u l-faqar! Illum dan il-poplu m'għadux proprjetà ta' ħaddieħor, jgħix u jgħajjex familja ta' 10 membri f 'għorfa bil-bhejjem, bla dritt u bla vuċi. Dan il-pajjiż daqs naqra għandu paga minima, għandu unjins stabbiliti, għandu skejjel bla ħlas ta' kwalità għat-tfal tal- familji li jaqilghuha u jikluha, għandu sptar b'xejn li joffri l-aqwa servizzi - monument ħaj ta' investiment kbir li sar mhux wisq snin ilu, għandu sistema ta' saħħa primarja bla ħlas li kienet waqgħet lura pero' li beda jsir titjib fiha wkoll, għandu l-leave tal-mard, il-leave tal- maternità, illum qed niddiskutu wkoll aktar progress tal-paternità, iċ-childrens' allowance - li ġie msaħħaħ u miżjud mas- snin. Pajjiżna llum għandu x-xogħol, frott ta' snin ta' investiment minn Gvernijiet differenti - Nazzjonalisti u Laburisti. Fabbriki, lukandi, xogħol tal-id, xogħol tal-moħħ fl-oqsma finanzjarji, servizzi, xogħol fl-avjazzjoni, xogħol fir-riċerka u tant iktar. Dan il-pajjiż daqs naqra ħaseb fil- ħaddiem meta - beda Dom Mintoff (l-ewwel bħala Ministru u wara bħala PM) u kompla warajh Gvern Nazzjonalista ta' Eddie Fenech Adami - bena żoni ta' akkomodazzjoni soċjali jew affordabbli - biex kulħadd ikollu saqaf fuq rasu. Minkejja li fl-aħħar snin ta' Gvern Laburista, b'mod diżappuntanti għax stennejna ħafna aħjar, sar it wisq, jidher li fl-aħħar sena u nofs kien hemm imbuttatura qawwija biex jinbnew aktar postijiet ta' akkomodazzjoni soċjali (f 'Bormla, is-Siġġiewi etc ) u jkunu irranġati dawk diġà eżistenti. Malta indipendenti u ħielsa dejjem kienet tħobb lill-ħaddiem, dejjem wensitu u ħadet ħsiebu. Tagħtu, għollietu, irrispettatu u aħret bih. Meta kull Prim Ministru mar barra minn Malta biex jattira l-investiment, dejjem semma' u aħar bil-ħaddiem. Saħansitra fl-Innu nazzjonali tagħna nkantaw: 'Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha, Rodd il- ħniena lis-sid, saħħa lil ħaddiem.' Imma fix-xefaq hemm il-maltemp. Prattiċi ġodda ta' xogħol li qed jgħassru u jabbużaw minn ħaddiema, speċjalment barranin li għandhom jitwaqqfu kemm jista' jkun malajr. Ħaddiema li jitħallsu ċiċri u li minn dawk iċ-ċiċri jridu jagħtu l-commissions lil xi aġenzija. Ħaddiema li jekk biss isemmu l-kelma unjin jitkeċċew mix-xogħol. Ħaddiema bla drittijiet, bla benefiċċji - bid-dmirijiet biss. Ma nitqarqux! L-ewwelnett l-abbuż huwa dejjem ħażin, isir fuq min isir. Ma nserrħux il-kuxjenza li għax qed isir l-aktar abbuż fuq ħaddiema barranin - għax abbuż huwa dejjem abbuż u huwa dejjem ħażin! Pero titqarqux lanqas! Meta l-abbuż qed isir fuq il-ħaddiem barrani qed isir - b'mod indirett - fuq dak Malti, għax qed joħloq kejl baxx u abbużiv ta' kif jiġu trattati l-ħaddiema, ta' kemm jitħallsu u ta' dawk id-drittijiet li għandhom jew għandu jingħatalhom. Dan iwassal biex uħud minn dawk li jimpjegaw lill-ħaddiema jippreferu ħaddiema barranin, mhux għax huma aħjar jew iktar kwalifikati imma għax ikunu jistgħu jużawhom u jarmuhom kif iridu huma. Hemm bżonn level-playingfield. Id- drittijiet u d-dmirijiet ikunu l-istess għal kulħadd. Kull ċenteżmu dovut lil ħaddiem għandu jingħata, kif kull ħaddiem għandu jagħti kull siegħa xogħol mistennija minnu. Dawn mhux affarijiet tal-moda! Illum hemm attakk sħiħ fuq id-drittijiet tal- ħaddiema permezz ta' modi ta' xogħol li għadhom mhux regolarizzati - fosthom dawk il-ħaddiema li jaħdmu bħala couriers tal-ikel! Jekk dan l-attakk il- Gvern ma jindirizzahx, tinxtered malajr l-idea li l-abbuż huwa aċċettat jekk mhux saħansitra għandu l-benedizzjoni tal- Gvern. Dan il-Gvern wettaq elenku ta' miżuri monetarji tajbin. Imma l-akbar test tas-soċjaliżmu tiegħu jkun jekk filwaqt li iva, jibqa' pro-business u pro-market kemm irid, ma jużax dawk il-frażijiet biex minflok jiġġieled l-abbuż, jagħtih il-benedizzjoni tiegħu! Pro-business ma jfissirx, anti-worker - u jekk ifisser hekk il- kunċett m'għandu qatt jiġi pprattikat minn Gvern Soċjalista! L-abbuż u min jabbuża niqfulu, mhux nifirxulu t-tapit - jhedded kemm jhedded, bil-vot u bil-flus. Dak huwa l-veru litmus test ta' kemm qalbna verament hija mal- ħaddiem! Malta tħobb lill-ħaddiem ... imma riesaq maltemp li rridu nrażżnu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021