Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 Carmel Bonnici Il-Kummiedji Westerns u dawk eċċentriċi (2) ... ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda Fost l-aħjar kummiedji western insibu: Support Your Local Sheriff (1969) dirett minn Burt Kennedy. James Garner, f 'parti li tfakkar fis-sehem tiegħu fis-serje popolari televiżiva Maverick, jinterpreta sheriff ta' belt li la juża l-ponnijiet u lanqas il-pistola biex jimmansa dan il-post fejn l-ebda liġi ma kienet teżisti, kif ukoll juża tattiċi li rajnihom qabel f 'ħafna xogħlijiet ta' dan il-ġeneru. Jack Elam, attur fir-realta' b'għajn waħda tal-ħġieġ, bħala l-ineffiċjenti deputat tiegħu wkoll jikkonvinċi. Sentejn wara, minħabba s-suċċess ta' dan il-film, inħadem Support Your Local Gunfighter, parodija oħra divertenti b'Jack Elam din id-darba jkun pistolero gwapp, li fil-fatt ma jkunx, li ma kellux l-istess rispons mill-pubbliku bħal dak ta' qablu minkejja l-presenza ta' James Garner. Immorru issa għall-1974, sena li tatna l-iżjed film kult ta' dan il-ġeneru. Blazing Saddles, dirett minn Mel Brooks huwa farsa sfrenata, bla brejkijiet li tifqgħek bid- daħk. Dan ix-xogħol jikser ir-regoli kollha tal-Western bl-akbar dnub kardinali jkun li fil-belt ta' Rock Ridge jlaħħqu sheriff iswed (Cleaven Little), il-viljakk prinċipali (Harvey Korman) ikun jismu Hedley Lamarr (botta għall-attriċi sbejħa Hedy Lamarr) waqt li Madeleine Kahn tinterpreta l-kantanta Tewtonika (Germaniża) b'leħen goff, Marlene Dietrich. Mel Brooks jaħdem ukoll l-parti tal-Gvernatur dejjem imdawwar bi tfajliet b'nofs ilbies. Fl-istorja taċ-ċinema Blazing Saddles hu l-Western li daħħal l-aktar flus. Biex ikun komplut, il-kantant Frankie Laine, li kanta ħafna kanzunetti tat-titlu f 'diversi Westerns tas-snin 50 hawn ukoll jesibixxi dik li ġġib l-isem ta' din il-produzzjoni. Film tal-ġenn! Maverick (1994). Ibbażat b'xi mod fuq is-serje televiżiva (1957-1962) tal-istess isem, f 'din il-kummiedja sottili nsibu lil Mel Gibson l-imbruljun makkakk u lagħbi tal- poker li qed jipponta għall-logħba klassika biex isir sinjur. Il-parti tax-sheriff u missier Maverick hi fdata f 'idejn James Garner, l-attur oriġinali tas-serje. Farsa li sserraħ fuq l-attrazzjoni personali tal-karattri. Sekwenza tassew ħelwa hija meta Maverick, biex jimpressjona lill- maħbuba tiegħu (Jodie Foster) jagħti waħdu xebgħa bil-ponnijiet lil xi ħamsa f 'salt. Wara, baxx baxx fil-ġenb iħallashom talli qagħdu għad-daqqiet tiegħu. A Million Ways To Die In e West (2014). Direttur Seth McFarlane. Jaħdmu l-istess Seth McFarlane, Charlize eron, Amanda Seyfried u Liam Neeson. Film pjutost modern, forsi mhux tal- kalibru tal-oħrajn dwar bniedem xipli Albert Stack (McFarlane) li jasal Arizona fl-1882 biex ikun ħdejn il-maħbuba tiegħu, Louise (Seyfried). Beżżiegħi, tkun Annie (eron) li tittrasformah f 'cowboy kompetenti biex jeħodha mar-raġel terribbli tagħha (Neeson). Fih xi ċajt daqxejn estrem. Westerns kummiedji oħra huma Pardners, b'Dean Martin u Jerry Lewis, Ride 'Em Cowboy, Rio Rita u Mexican Hayride, tad- duo Bud Abbott u Lou Costello, Way Out West bil-par popolari Stan Laurel u Oliver Hardy, Go West tal-Aħwa Marx u diversi oħrajn. Il-Western welled ukoll opri strambi u eċċentriċi bħal Wild Gals Of e Naked West (1962) tad-direttur Russ Meyer, b'ħafna tfajliet "topless", Lust In e Dust tal- eċċentriku John Waters, pero' dirett minn Paul Bartel, bil-mewta mġebbda sal-aħħar tat-transvestit Divine, attur oħxon liebes ta' mara, jitgħawweġ mal-art, kważi jiekol it- trab, imitata mill-Western Duel In e Sun. e Good e Bad And e Weird, mimli azzjoni mill-Korea t'Isfel, Sukiyaki Django Western mill-Ġappun bl-attur u produttur Quentin Tarantino u Greaser's Palace minn New Zealand. L-Italja, famuża għall-Ispaghetti Westerns ta' Sergio Leone wkoll ippreżentat diversi Westerns umoristiċi, fosthom Little Rita Nel West (1967), fejn mal-kantanta diminuttiva Rita Pavone deher ukoll Terence Hill għadu mhux famuż. Dan kellu suċċess b'ey Call Me Trinity u Trinity Is Still My Name ma' Bud Spencer. Franco Franchi u Ciccio Ingrassia, famużi wkoll hawn Malta, dehru f 'Per Un Pugno Nell'Occhio. Klassiku u b'immaġini sottili kien My Name Is Nobody (Il Mio Nome E' Nessuno), b'Terence Hill u Henry Fonda li jagħmlu taparsi dwell bil-pistoli fi triq prinċipali mimlija spettaturi. (tmiem)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021