Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392
Awguri għal Jum il-Ħaddiem - lir-riċerkaturi wkoll! F 'pajjiżna għandna 2,502 impjegati fil-qasam tar-Riċerka u l-Innovazz- joni u dan skont statistika uffiċjali tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika. Minn dawn, kważi nofshom - attwalment it iktar - jaħdmu fil-qasam tal-Edukazzjoni Ogħla u it inqas min-nofs l-ieħor jaħdmu fil-qasam tal-Industrija fuq proġetti ta' Riċerka u Innovazzjoni. Lil dawn kollha, minn qalbi rrid nawguralhom Jum il-Ħaddiem it- tajjeb. Huma ħaddiema importanti ħafna għal pajjiżna li jagħtu valur miżjud tremend lill-ekonomija tagħna. Għandna bħala pajjiż tassew inkunu grati lejhom għaliex b'ħidmiethom, bit-talent tagħhom u b'ħafna impenn u viżjoni qegħdin joħolqu ġid ġdid u jtejbu l-ħajja tagħna lkoll. Bil-ħidma tagħhom qed jagħmlu differenza kbira ħafna. U fl- istess waqt qed ikabbru l-brand ta' Malta bil-prodotti u servizzi ġodda u innovattivi li jikkreaw u li jiġu kommerċjalizzati u użati madwar id-dinja kollha. Verament għandna biex inkunu kburin b'dan it-talent straordinarju li rridu nesternalizzawh u nitkellmu ħafna u ħafna iktar dwaru. Skont il-figuri u n-numri uffiċjali n-nisa jammontaw għal it iktar minn terz tal-cohort totali ta' riċerkaturi f 'pajjiżna u waqt li nsellem lil dawk in-nisa kollha li tant jagħmlu xogħol tajjeb f 'dan il-kamp, irrid inħeġġeġ iktar bniet li jersqu lejn id-dinja tax- xjenzi sa minn eta' żgħira u jaraw l-opportunitajiet sbieħ ta' karrieri b'saħħithom li joffri dan il-kamp. Intant, l-iktar cohort kbir ta' nies li jaħdmu fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni huwa dak marbut mal-Inġinerija u t-Teknoloġija fejn dan jirrappreżenta l-ikbar grupp. Mill-ġdid insellem lill-Inġiniera tagħna li jagħmlu xogħol tajjeb immens. Warajhom jiġu dawk li jaħdmu fix-Xjenzi Naturali u Soċjali rispettivament li jagħmlu ħidma importanti ħafna għal pajjiżna. Huwa kruċjali li bħala pajjiż nivvalorizzaw dan ix-xogħol kruċjali li jwettqu r-riċerkaturi tagħna. Għalhekk, minn qalbi, l-għada ta' Jum il-Ħaddiem, nawguralhom kull suċċess fil- ħidma tagħhom! Is-sentenza tal-Qorti tal-Unjoni Ewropea Għaddiet iktar minn ġimgħa u fuq is-sentenza tal-Qorti tal-Unjoni Ewropea, li tat raġun lill-Gvern Malti u ċahdet l-argumenti tal- esponenti tal-Partit Nazzjonalista u tal-NGO Repubblika ma smajna xejn mingħand min suppost iħobb ħafna s-saltna tad-dritt. Għaddiet gimgha u fuqhom minn mindu l-Qorti tal-Unjoni Ewropea tat id-deċiżjoni tagħha dwar ir-riforma Kostituzzjonali tal-2016 li, fost ħafna affarijiet oħra, tejbet il-metodu tal-ħatra tal- Maġistrati u Imħallfin. Normalment kwistjonijiet li jolqtu s-saltna tad-dritt ikunu diskussi b'attenzjoni, kif wara kollox hu xieraq. Spiss naraw artikli minn esperti Kostituzzjonali u Professuri tal-ligi jagħtu l-ħsibijiet tagħhom. Fuq din is-sentenza ma smajna xejn, anke jekk bosta esponenti tal-Partit Nazzjonalista kienu ddeskrivew il-proċeduri quddiem il-Qorti tal- EU dwarha bħala storici u Simon Busuttil kien ħareġ jiddikjara li kien konvint li l-każ se jintrebah. Kien qal ċar u tond li kien kunfidenti li kien se jirbaħ dan il-każ quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea. Dikjarazzjoni ċara u skjetta li għamilha bl-iktar mod solenni u dirett. Il-Qorti tal- Unjoni Ewropea ma tatux raġun. F'dan il-każ, fuq sentenza tal- Qorti tal-UE dwar xi ħaġa tant importanti bħalma hi riforma kostituzzjonali li seħħet fl-2016 dwar is-sistema tal-ħatra tal- Ġudikatura ma qed naqraw u m'aħna qed nisimghu assolutament xejn. Jista' jkun li dan l-iskiet li jtarrax minn min is-soltu jkun ispirat ħafna li jikteb ħafna hu marbut mal-fatt li Gvern Laburista ngħata ragun u rebaħ il-mertu tar-referenza quddiem il-Qorti tal- Unjoni Ewropea? Dawk kollha li għorku jdejhom għaliex il-Qorti Maltija kienet irreferiet il-kaz quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea x'se jagħmlu issa? X'se jgħidu? X'kummenti għandhom? Nistgħu naċċettaw li kollox imut fuq ommu, qisu ma ġara xejn? Huwa ċar li l-unika skop li kellhom in-nies bħal Simon Busuttil u Jason Azzopardi li għorku idejhom għax il-Qorti tal-Unjoni Ewropea kienet se tiddeċiedi dwar ir-riforma tal- 2016 kien li jitfgħu lil pajjiżna u s-sistema sħiħa ġudizzjarja f 'dell ikrah. Huma mhux saltna tad-dritt riedu, imma kaos sħiħ. Il-verita' hi li f '25 sena Gvern Nazzjonalista wara l-ieħor seta' għamel ħafna affarijiet biex itejjeb il-metodu tal-ħatra tal-Ġudikanti. Kien Gvern Laburista l-ewwel fl-2016 u mbagħad fl-2020 li tejjeb għal darba, darbtejn b'dan il-metodu u issa għandna ċertifikat mill-Qorti tal-Unjoni Ewropea li r-riforma tal-2016 kienet pass fid- direzzjoni t-tajba. Imbagħad il-Partit Nazzjonalista joqghod jistaqsi għala l-poplu m'għandux fiduċja fih. Mhux ovvja? Għax il-Partit Nazzjonalista u l-klikka tal-establishment li tappoġġjah darba wara l-oħra, wara l-oħra jinqabdu f 'labirint ta' double standards li jdejqu lil kulħadd. Il-poplu jaf li l-Partit Laburista huwa l-veru aġent tal-bidla f 'pajjiżna. Gvern li se jkompli jmexxi 'l quddiem il-bidla Il-poplu, fil-kwiet ta' daru, jaf min hu dak il-Partit li dejjem impenjat li jbiddel l-istatus quo u jtejjeb lil pajjiżna għall-aħjar. F'kull bidla maġġuri li wettaqna, dejjem kellna l-poplu magħna għaliex dak li għamilna dejjem wettaqnieh biex il-ħajja taċ- ċittadini Maltin u Għawdxin timxi 'l quddiem. F'dawn il-bidliet kollha iktar iva milli le sibna l-establishment joġġezzjona u jaħdem kemm jiflaħ biex il-bidla ma ssirx u kollox jibqa' kif inhu. Naturalment b'ebda mod ma rrid ngħid li konna perfetti f 'kull ħaġa li wettaqna u rridu nkunu umli f 'kull ħin biex nibqgħu nisimgħu u nibqgħu lesti li ntejbu u nkomplu nirriformaw iżda f 'kull bidla li għamilna fil-liġijiet u sistemi ta' pajjiżna wasslet biex il-ħajja taċ- ċittadini marret 'il quddiem. L-iskrutinju fuqna huwa kbir ħafna, ikbar minn ta' kull Gvern ieħor qabilna, anke għaliex għandna aġenda riformista li rridu nkomplu nbiddlu u ntejbu. Dan l-iskrutinju ma jdejjaqniex, anzi narawh b'mod pożittiv ħafna għaliex huwa parti minn proċess sħiħ li bih intejbu l-ħidma u l-operat tagħna. Jien konvint li taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela se nkomplu għaddejjin b'iktar u iktar riformi sabiex dan il-pajjiż tant sabiħ li għandna jkompli jimxi 'l quddiem. Aħna, min-naħa tagħna, se nagħtu l-energija kollha tagħna biex din il-ħidma tkompli għaddejja għall-gid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu! Owen Bonnici 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara l-Covid-19 Huwa ċar li l-unika skop li kellhom in-nies bħal Simon Busuttil u Jason Azzopardi, li għorku idejhom għax il-Qorti tal-UE kienet se tiddeċiedi dwar ir-riforma tal-2016 kien li jitfgħu lil pajjiżna u s-sistema sħiħa ġudizzjarja f'dell ikrah