Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 aħbarijiet 1,000 applikazzjoni minn għaddasa barranin ġimgħa wara l-iskema mħabbra mill-Gvern YENDRICK CIOFFI Il-ġimgħa li għaddiet il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo nieda skema oħra bil-għan li tattira turisti lejn Malta fix-xhur tas-sajf, din id-darba indirizzata b'mod partikolari għan-niċċa tal-għaddasa. Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li f 'temp ta' ġimgħa, għal din l-iskema, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rċeviet 1,000 applikazzjoni. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta spjegaw kif 1,000 applikazzjoni tfisser elf turist li diġà bbukkjaw il-btala tagħhom f 'Malta, hekk kif bħala prova, l-applikanti qed ikunu mitluba jippreżentaw il-biljett tal-ajru, fost oħrajn. "Minn meta tħabbret din l-iskema kien hemm interess enormi fl-operaturi tal-ivjaġġar. Din hija indikazzjoni ċara li dan in-numru ta' għaddasa se jkompli jiżdied," saħaq wieħed mis-sorsi li tkellem ma' din il-gazzetta. L-iskema titratta vawċers ta' €100 lil dawk it-turisti li jiġu Malta biex jippratikaw l-għadds, liema vowċers jistgħu jissarfu mill-istess għaddasa f 'wieħed miċ-ċentri tal- għadds imxerrda madwar Malta u Għawdex. Din l-iskema se tkun qed tidħol fis-seħħ minn Ġunju li ġej, hekk kif il-Gvern qed jaħdem biex mill-ewwel ġurnata ta' dan ix-xahar jerġa' jibda jagħti spinta lis-settur turistiku li qala' l-akbar daqqa minħabba l-pandemija. Hu mium li din l-iskema se tkun qed tħalli €12-il miljun fl- ekonomija tal-pajjiż u se tiswa lill- Gvern €750,000. X'inhuma l-iskemi mħabbra sa issa? Din hija skema waħda minn diversi skemi li tħabbru fil- ġimgħat li għaddew bil-għan li l-Gvern jattira aktar turisti lejn Malta. L-ewwel skema li ħabbar il- Gvern kienet dik ta' għotja ta' €100 li se tkun qed tingħata lil kull turist li jibbukkja f 'lukanda ta' ħames stilel, €75 għal kull persuna li tibbukkja f 'lukanda ta' erba' stilel, u €50 għal kull persuna li tibbukkja f 'lukanda ta' tliet stilel. Dan l-ammont irid jiġi rduppjat mil-lukanda parteċipi fl-iskema, bil-għan li l-flus jintefqu fl-istess lukanda. Tħabbar ukoll li dawk li għandhom guest house jew boutique hotel se jieħdu għotja ta' €1,000 għal kull stabbiliment, filwaqt li lukandi ta' żewġ stilel se jieħdu €500 għal kull stabbiliment. Hostels u holiday furnished flats se jieħdu €250 għal kull proprjetà. Dawn il-flus iridu jintefqu fuq reklamar tal-proprjetajiet. Tħabbru wkoll skemi għas- settur tal-konferenzi, fejn il- Gvern se joffri €75 meta n-nefqa tkun ta' bejn €600 u €800 għal kull delegat, u rifużjoni ta' €150 għal kull delegat meta n-nefqa taqbeż it-€800. Din l-iskema se tkun qed tiswa lill-Gvern €4 miljuni. Skema oħra se tara lill- Gvern jinvesti €3 miljun biex operaturi tal-ivvjaġġar jiġġeneraw aktar bookings lejn Malta u Għawdex. L-iskema se tapplika għall-operaturi tal-ivjaġġar li jippromovu u jbigħu pakketti ta' vjaġġar lejn Għawdex u Malta lil dawk it-turisti li se jżuru l-gżejjer Maltin sal-aħħar tas-sena. Il-Gvern se jkun qed joħroġ ukoll vawċers ta' €100 għal kull persuna li tiġi Malta fuq turiżmu sportiv. Dawn il-flus se jingħataw lill-għaqdiet sportivi tad-dixxiplini kollha u l-iskema se tidħol fis-seħħ f 'Lulju li ġej. Il-ġimgħa li għaddiet il-Gvern ħabbar skema biex tattira għaddassa lejn Malta matul is-sajf li ġej. Din kienet waħda biss minn sensiela ta' skemi li ħabbar il-Ministeru għat-Turiżmu fl-aħħar ġimgħat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021