Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392
24 personaġġi IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum Bniedem ta' filosofija profonda: Is-seba' ċentinarju mill-mewt ta' Dante Alighieri PATRI HERMANN DUNCAN D ante Alighieri li kellu l- isem tal-magħmudija Durante di Alighieri degli Alighieri, kien po- eta Taljan, kittieb u filosfu. Ħareġ id-Divina Commedia illi fl-ewwel parti titkellem fuq l- Infern. Id-data tat-twelid tiegħu mhix magħrufa, iżda bejn wieħed u ieħor jingħad li hija madwar is-sena 1265. Hu jsostni li familtu tnisslet mir-Rumani tal-Qedem filwaqt li missieru, Alighiero di Bellincione kien ġej mill-Guelfi u li ma sofrix tpattija wara li l-Gibellini kienu rebħu l-Battalja ta' Montoperti f 'nofs is-seklu 13. Jista' jkun li dan ġara minħabba li l-familja tiegħu gawdiet xi forma ta' prestiġju jew inkella peress li missieru kien ġej mill-klassi l-baxxa u għalhekk ma kienx meħtieġ imur il-ħabs. Il-familja ta' Dante kienet leali lejn il-Guelfi - familja li kienu jżommu mal-Papa u li qatt ma sfidaw lill-Gibellini - familja li kienu appoġġjati mill-Imperu Qaddis Ruman. Ommu kien jisimha Bella, membru tal- familja Abati u mietet meta Dante kellu biss 10 snin. Missieru reġa' żżewweġ lil waħda jisimha Lapa ta' Chiarissimo Cialuffi. Dante kien iltaqa' ma' Beatrice Portinari - mara li ħalliet impatt qawwi fuqu - meta kellu disa' snin. Madankollu meta kellu 12-il sena, ġiegħluh jiżżewweġ lil Gemma ta' Manetto Donati, membru attiv fil-familja Donati, u sar il-ehim b'kuntratt quddiem nutar. Ma nafux id-data taż-żwieġ iżda qabel l-eżilju fis-sena 1301, kellu tliet itfal: Pietro, Jacopo u Antonia. Dante ha sehem mal- Kavallerija tal-Guelfi fil-Battalja ta' Campaldino fil-11 ta' Ġunju 1289, li ġabet riforma fil-Kostitutzzjoni Fiorentina. Biex jissieħeb fil-ħajja pubblika, ingħaqad ma' xirka ta' negozjanti fil-kummerċ u fl-arti u ssieħeb mat-tobba u mal-ispiżjara. Ftit li xejn nafu dwar l- edukazzjoni tiegħu ħlief li kien jattendi xi skola maġenb il- knisja jew xi monasteru ġewwa Firenze. Kien jistudja l-poeżija Toskana u jammira lill-poeta Boloniż Gwido Guinizelli li fix-xogħol tiegħu 'Purgatorju Numru 26' qiesu bħala missieru. Wera interess fil-poeżija medjevali ta' Provenza u fil-kittieba Latini fosthom Ċiċerun, Ovid u Virġilju. Ingħaqad ma' poeti u kittieba ta' żmienu biex jaċċenna l-istil (dolce stil novo) biex jistħarreġ l-aspetti tal-imħabba ewlenija li kellu lejn Beatrice. Wara li kien qara De Consolatione Philosophiae ta' Boethius u De Amicitia ta' Ċiċerun, beda jitgħallem il-filosofija fl-iskola Dumnikana ta' Santa Maria Novella u kien jipparteċipa f 'taħdidiet bejn l-Ordni Franġiskan u dak Dumnikan - l-ewwel fuq San Bonaventura u t-tieni dwar it-Teoriji ta' San Tumas ta' Akwino. L-istil (dolce stil novo) żviluppah ma' Gwido Cavalcanti, Lapo Ganni, Cino da Pistoia u Brunetto Latini. Dante għandu madwar 50 kummentarju poetiku. Dante issieħeb fl-iskorta ta' Charles Martel ta' Anjou, in-neputi ta' Charles I ta' Anjou meta kien għadu Firenze. Biex itejjeb il- karriera politika tiegħu, sar spiżjar. Wara l-gwerra bejn il-Guelfi u l-Gibellini, tas-sena 1298 u wara r-rebħa tal-Guelfi, dawn inqasmu fil-Guelfi Bojod, il-partit ta' Dante taħt Vieri dei Cerchi u l-Guelfi Suwed taħt Corso Donati. Dawn tal-aħħar kienu jżommu mal-Papa filwaqt li l-Bojod riedu iżjed ħelsien mill-Papa. Il-Bojod kisbu l-poter u keċċew lis-Suwed. Meta fis-sena 1301 Charles Valors, ħu r-Re Filippu IV ta' Franza ntagħżel biex imur Firenze, bħala ambaxxatur tal-Papa għall- paċi, il-Gvern tal-Belt ma mexiex sewwa u talab għall-indipendenza mill-Papa. Peress li Charles Valors kellu struzzjonijiet mhux uffiċjali, il-Kunsill bagħat delegazzjoni li tinkludi lil Dante biex jaċċerta l-ideat tal- Papa. Il-Papa Bonifaċju VIII warrab id-delegati u talab lil Dante biex jibqa' Ruma. Valors ingħaqad mal-Guelfi Suwed fl-1 ta' Novembru 1301 u f 'sitt ijiem qerdu l-Belt u qatlu bosta għedewwa. Għalhekk twaqqaf Gvern tal-Guelfi Suwed u Conti dei Gabrielli de Gublio inħatar mexxej tal-Belt. F'Marzu 1301 Dante safa' mitfugħ sentejn fil-ħabs talli kien iżomm mal- Guelfi Bojod u kien jappoġġja lill-familja Gherardini. Hu kien mixli b'għemil ħażin finanzjarju u bil-korruzzjoni waqt li kien qed jaqdi dmiru ta' Prijur għal xahrejn fis-sena 1300. Firenze taħt il-Guelfi Suwed qieset lil Dante bħala wieħed li ħarab mill-ġustizzja, filwaqt li ma kienx ħallas il-multa li weħel għax qatt ma' ħass li huwa ħati. Ħa sehem f 'rewwixti mal-Guelfi Bojod, iżda dawn fallew minħabba l- qerq. Mar Verona bħala mistieden ta' Bartolomeo I della Scala, imbagħad f 'Sazzara ġewwa Liguria. Sorsi jgħidu li mar ukoll Pariġi bejn 1308 u 1310 u forsi ukoll f 'Oxford. Kellu għerf profond, barra l-għerf li kiseb fuq il-filosofija u interessi oħra letterarji waqt li kien fil-ħabs. Fis-sena 1310 assista għad-dħul ta' Neriku VII tal- Lussemburgu bħala Karlemanju ġdid li kellu jissielet kontra l-Guelfi Suwed b'qawwa ta' 5,000 suldat biex waqqaf mill-ġdid l-Imqaddes Imperu Ruman. Talab l-intervent t'Alla kontra l-Belt u kontra l-għedewwa tiegħu, u waqt li kiteb Le Monarchia, ippropona Saltna Universali taħt dan is-Sultan. Fis- sena 1312 Neriku VII attakka lil Firenze u għeleb lill- Guelfi Suwed iżda malajr miet bid- deni sena wara. Dante mar lura Verona, u kkoresponda mat-teologu Dumnikan Patri Nichola Brunacci O.P (1240 – 1322) li tgħallem taħt Tumas D'Akwinu u taħt Albertu l- Kbir. Wara li Uguccion dalla Faggruola beda jsaltan f 'Firenze, ta amnestija lill-ħabsin u Dante kellu jibqa' arrestat f 'daru u kellu jmur f 'Firenze biex jaħlef li ma' jerġax imur lura fil- Belt. Hu rriuta li jagħmel dan u għalhekk ingħata s-sentenza tal-mewt flimkien ma' wliedu. Hu għadda għal ħajja ta' dejjem fl-14 ta' Settembru tas- sena 1321 fl-età ta' 56 sena bil-marda tal-malarja li ħa waqt żjara fuq missjoni diplomatika fir- Reppublika ta' Venezja. Indifen f 'Ravenna fil- Knisja ta' San Pier Maggiore, u fis-sena 1483, Bernardo Bembo il-Prijur ta' Venezja waqqaflu qabar. Tajjeb li nsemmu li nhar il-25 ta' Marzu 2021, il-Papa Franġisku kiteb Eżortazzjoni Appostolika dwar Dante Alighieri f 'għeluq is-seba' ċentinarju tal-mewt tiegħu. Fiha l-Papa faħħar il-ħila kbira ta' Dante li kien wera l- fond tal-misteru tal-imħabba t'Alla fil- poeżija tiegħu li hija meqjusa bħala waħda mill-ogħla espressjonijiet tal-ġenju uman. Bosta Papiet oħra taw ġieh u żejnuh b'tiir. Saħansitra il-Papa Benedittu XV kien iċċelebra s- sitt ċentinarju ta' Dante fis-sena 1921. Il-Papa San Pawlu VI għaraf il-ġenju artistiku ta' Dante li kellu viżjoni tal-ħajja eterna bil-qawwa tal-ħsieb teoloġiku minsuġ f 'dija qawwija tal-arti u tal-poeżija. Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-komunitajiet insara u istituzzjonijiet akkademiċi oħra biex iħejju inizjattivi ħalli jwasslu l-messaġġ ta' dan il-ġenju. Dan għandu jsir biex jixxandru l-aktar veritajiet profondi bl-ilsien artistiku biex jgħaddilna aħbar ta' sliem, ħelsien u fraternità.