Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 ambjent Il-Gamiema – għasfur tipiku tal-istaġun maġiku tar-rebbiegħa! RAY VELLA L-ebda għasfur ieħor ma jissimbolizza bl-aħjar mod il-passa tar-rebbiegħa daqs il- Gamiema (European Turtle- dove bl-Ingliż). Dan l-għasfur jippersonifika l-ġlieda ta' din l-ispeċi biex tirritorna lejn l-Ewropa kull sena biex tbejjet mill-postijiet fejn tkun qattgħet ix-xitwa fir-reġjun tas-Sahel, fin-Nofsinhar tas-Sahara – vjaġġ li l-Gamiema tagħmel tul meded twal ta' deżert u baħar miuħ biex tasal lura fil-postijiet fejn tbejjet bejn in-naħa t'isfel tal-Ingilterra u l-Punent tar-Russja. B'xorti ħażina, imma, din l-ispeċi tqanqal ukoll passjoni (minn aspett negattiv, naturalment) fost il-kaċċaturi f 'Malta, li għal snin twal iddeċidew li huwa xi dritt mogħti lilhom minn Alla li jikkaċċjawha tul ir-rebbiegħa. Madanakollu, in-numri tal- Gamiema ilhom neżlin 'l isfel għal dawn l-aħħar 50 sena jew aktar. Il-popolazzjoni ta' dan l-għasfur naqset b'xejn inqas minn 95% fl-Ingilterra, u b'75% oħra madwar l-Ewropa. Hemm ħafna x'wieħed jgħid dwar għaliex din l-ispeċi – li xi darba kienet ikonika – illum saret daqstant skarsa. Il-prattiċi agrikoli tal- industrija tal-biedja tal-lum li qed jittrasformaw l-irziezet f 'fabbriki tal-ikel, ħafna drabi mingħajr l-użu tal-ħaxix bnin, bl-użu tal-pestiċidi, u l-qerda ta' zoni kbar ta' ċnut naturali... dawn kollha qed ikollhom effett negattiv fuq l-ispeċi. Probabbli anke l-ammont kbir ta' Gamiem li jinqatel mill-kaċċaturi fin-naħa t'isfel tal-Ewropa qed iħalli l-effett tiegħu. Illum spiċċa ż-żmien meta f 'April – kif kien jiġri sa nofs is-sebgħinijiet – mal-ewwel riħ mix-Xlokk, wieħed josserva passa kbira ta' mijiet, jekk mhux eluf, ta' Gamiem għaddejjin minn fuq rasna. Meta titkellem ma' nies li llum jgħoddu 80 jew 90 sena, jirrakkontawlek dwar ġranet meta mijiet ta' Gamiem kienu jinqatlu jew jinqabdu. Anke birdwatchers fl-Ingilterra, pajjiż fejn dan l-għasfur qatt ma kien jiġi kkaċċjat, jgħidulek li n-numri tant kienu jkunu kbar li lanqas biss kienu jindenjaw jgħoddu l-għasafar minħabba li l-Gamiema kienet daqshekk komuni. Fi Sqallija kienu jaraw qtajja' enormi ta' Gamiem qed ipassi tant li saħanistra nsibu postijiet bħal Marsamemi (mill-Għarbi, li tfisser id-daħla għall-port tal-Gamiem) li huma msemmijin hekk proprju minħabba f 'dan. Illum, sfortunatament, li tara Gamiema fl-Ingilterra tant saret xi ħaġa rari li wieħed ikun obbligat jirrapporta dan il-fatt lil bord apposta sabiex tkun verifikata l-preżenza tagħha. F'Malta n-numri, bħal kullimkien, naqsu b'mod konsiderevoli imma xorta teżisti pressjoni kontinwa sabiex tiġi permessa l-kaċċa għall-Gamiem tul ir-rebbiegħa, minbarra fil- ħarifa. Illum wasalna f 'punt li dan l-għasfur ġie kklassifikat bħala vulnerabbli u mhux permess li jiġi kkaċċjat aktar fir-rebbiegħa. Minkejja f 'dan, dak li ġara fl-aħħar it snin ma għen xejn għall-konservazzjoni ta' din l-ispeċi. Minkejja li d-deroga għall-kaċċa tal-Gamiem twaqqfet minħabba l-istat prekarju ta' din l-ispeċi, id-dati tad-deroga biex jinfetaħ staġun għas-Summiena (Common Quail) tmexxew 'il quddiem mill-Kumitat ORNIS mill-bidu t'April għall-perjodu bejn nofs ix-xahar u t-tmiem tiegħu, b'mod li jaħbtu mal-perjodu meta l-passa tal-Gamiema tkun qed tilħaq il-milja tagħha. Dan huwa ż-żmien meta l-Gamiem, bin- numri dejjem jonqsu, ikun qed ipassi u għaldaqstant mhu xejn ħlief paraventu biex bl-iskuża tas-Summien xorta waħda jkun jista' jiġi kkaċċjat il-Gamiem anke jekk b'mod illegali. Kif nistgħu nittieħdu bis-serjetà li rridu ngħinu lil din l-ispeċi u nħarsuha tul il-vjaġġ tagħha lejn l-Ewropa biex tbejjet meta qed nippermettu l-kaċċa illegali fuq l-istess speċi? Kull Gamiema li tinqatel tfisser Gamiema inqas biex tbejjet – xi ħaġa li tikkontribwixxi għall- irkupru ta' din l-ispeċi. Għall- kuntrarju, l-aġenda ta' kulħadd – inkluż tal-kaċċaturi – messha tkun li nħarsu din l-ispeċi għax mingħajr l-għajnuna tagħna dalwaqt se tisparixxi. Wieħed irid jiakar li sa 100 sena ilu l-aktar Gamiema abbundanti fl-Amerika ta' Fuq, il-Passenger Pigeon, spiċċat fil-mira bl- istess mod li qed tispiċċa fil- mira l-Gamiema llum. Din tant kienet komuni li s-smewwiet kienu jkunu mimlija bi qtajja' ta' dawn l-għasafar. Anke l-isem 'clay pigeon' ġej mill-fatt li dan l-għasfur kien jintuża minflok il-plattini (sakemm, fi snin aktar riċenti, ħadulu postu l-plattini). Dan l-għasfur kien jinqatel b'mod insostenibbli sakemm tant sar rari li ħadd ma seta' jsib raġel wieħed biex ibejjet mal-aħħar mara ta' din l-ispeċi – li mietet fiz-Zoo ta' Cincinatti fl-1914 – u saħanistra ġie offrut kumpens ta' $1,000 biex jinstab raġel. Illum qed isiru ħafna sforzi biex il-Gamiema tiġi megħjuna tirkupra madwar l-Ewropa. L-hekk imsejħa Operation Turtle-dove fl-Ingilterra qed tipprova tirrestawra art agrikola sabiex tagħmilha aktar attraenti għal dawn l-għasafar. L-Unjoni Ewropea, min-naħa tagħha, qed tħarrax il-passi legali kontra Stati Membri bħal Spanja u Franza sabiex jiġu imposti kwoti aktar stretti fuq l-ispeċi fil-ħarifa u naturalment Malta tinsab għal darba oħra taħt il- lenti b'rabta mal-hekk imsejjaħ staġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa għas-Summien li d-dati tiegħu jikkonċidu mal-qofol tal-passa tal-Gamiema. Lil hinn mill-kaċċa...April u Mejju huma l-aħjar xhur meta tista' tosserva dan l-għasfur mill- isbaħ, bl-għajta unika tiegħu. Għasfur tipiku tal-istaġun maġiku tar-rebbiegħa! II-kampanja #onthemove Wara s-suċċess tal-kampanja tal-passa tal-ħarifa s-sena li għaddiet, BirdLife Malta nidiet it-tieni kampanja #onthemove biex tesponi s-sbuħija li jipprovdi l-ispettaklu tal-passa tal-għasafar, din id-darba dik tar-rebbiegħa. Il- kampanja għandha l-għan li tispira lill-pubbliku biex igawdi, jieħu ħsieb u jħares l-għasafar li jpassu minn fuq Malta tul ir-rebbiegħa. Żur https://birdlifemalta.org/ onthemove biex tiskopri aktar dwar din il-kampanja. Gamiema Riħana Il-Gamiema

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021