Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 George Hyzler Abigail Mamo tappella biex il-vouchers tal-ħwienet li fetħu diġà joħorġu kemm jista' jkun malajr ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din l-aħħar ġimgħa kienet tajba ħafna għal ħwienet tas-sbuħija bħal barbiera, hairdressers, beauticians, ħwienet tad- dwiefer u oħrajn simili, tant li kienu bosta dawk li rrappurtaw illi kellhom bejgħ qawwi ħafna bil-klijenti ma jiqfux (ara paġna 4). Ikkonfermat dan il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) Abigail Mamo li sostniet iżda illi s-sitwazzjoni fost il- ħwienet tal-ħwejjeġ, żraben u aċċessorji fl-ewwel ħamest ijiem wara r-rilaxx ta' ftit mill-miżuri, kien ħafna aktar kajman u ddeskrivietu biss bħala 'ċaqlieq żgħir.' "Din il-ġimgħa se nkunu qed nagħmlu sondaġġ biex naraw aktar fid-dettall, imma sa issa s-sentiment hekk hu - jiġifieri li fil-bejgħ bl-imnut (retail) ix- xogħol kien bil-mod - xi ftit qadjiet u min kellu bżonn ibiddel xi ħaġa li kien xtara. Dan minkejja li għad irridu naraw ukoll x'ġara illum li hija festa (Ilbieraħ kien l-1 ta' Mejju) biex ikollna stampa aħjar." Hija qalet illi fi ħwienet tas-sbuħija is-sitwazzjoni kienet "kompletament differenti" tant li semmiet każ f 'lokalità fejn kellu jinqata' d-dawl għal xi ħin minħabba manutenzjoni u qam pandemonju għax il-ħwienet kellhom ħafna klijenti, propju wara xahar magħluqin. Hija tgħid ukoll li l-moral huwa ħafna aħjar u ħafna iktar pożittiv, issa li n-negozji reġgħu fetħu. Minkejja dan Abigail Mamo sostniet illi "meta tqabbel iċ-ċaqlieq fix-xogħol din il- ġimgħa ma kemm għandhom bżonn biex ma jibqgħux jagħmlu telf kbir, għadna 'l bogħod ħafna." Hi fakkret illi issa l-ħwienet reġgħu qed iħallsu l-kirjiet u anke l-pagi b'mod sħiħ, kif ukoll ikollhom spejjeż bħall-kontijiet li jiżdiedu għax naturalment il-ħanut qed jintuża. Għalhekk hija appellat biex il-Gvern joħroġ il-vouchers li huma marbutin mal-ħwienet li jbiegħu prodotti mhux essenzjali, qabel ma jistenna li jkunu fetħu n-negozji l-oħrajn kollha. Hi qalet illi l-Kamra tal-SMEs ressqet din il-proposta diġà quddiem il-Prim Ministru Robert Abela u "nittamaw li dan iseħħ malajr ħalli jiċċaqalqu l-affarijiet għax vera hemm bżonn." Mamo qalet ukoll li jidher li hemm reazzjoni pożittiva minn persuni mill-Gvern dwar din il- proposta, li qed taqbel magħha wkoll il- Kamra tal-Kummerċ. Il-vouchers kienu kruċjali s-sajf li għadda biex eluf ta' negozji seta' jkollhom ammont ta' negozju, speċjalment fid- dawl ta' turiżmu kważi non eżistenti. Nhar it-Tnejn li għadda fetħu l-ħwienet kollha li joffru servizzi mhux essenzjali, wara li infetħu l-iskejjel u anke l-knejjes filwaqt li l-gruppi permessibbli, barra u anke ġewwa, telgħu għal persuni minn erba' familji (households). Nhar it-Tnejn 10 ta' Mejju - l-għada ta' Jum l-Omm se jkunu qed jiftħu r-ristoranti, snackbars u anke kafetteriji imma se jibqgħu miftuħin sal-5:00 p.m. - xi ħaġa li ntlaqgħet bi ftit kritika mhux ħażin, hekk kif ħafna mix-xogħol ikun ġeneralment iġġenerat filgħaxijiet, għajr il-Ħdud meta ħafna jmorru jieklu barra għal nofsinhar. Sa issa għadu mhux ċar meta se jiftħu l-bars, każini u diskoteki li ilhom magħluqin minn Awwissu tas-sena l-oħra. Abigail Mamo B'23.2% Malta fil-quċċata tal-lista Ewropea ta' nies li ħadu ż-żewġ dożi Malta tinsab fuq quddiem nett fl-Unjoni Ewropea f 'dak li jirrigwarda persentaġġ tat- tieni dożi mogħtija, saħansitra aktar mir-Renju Unit. Fil-fatt skont statistika ppubblikata mis-sit Our World in Data, sa din il-ġimgħa kienu b'kollox 23.2% tal- popolazzjoni Maltija li kienet ħadet it-tieni doża wkoll, ftit iktar mir-Renju Unit fejn il- persentaġġ kien ta' 21.5%. Il-pajjiżi li jikklassifikaw wara huma s-Serbja b'19.5%, l-Ungerija bi 18.5% u d-Danimarka bi 11%. Il-Finlandja b'2.9%, il- Bulgarija b'2.7% u l-Latvja b'2.3% huma l-pajjiżi illi l-inqas li taw dożi, skont din l-istatistika. Intant l-każ attivi komplew neżlin sew 'l isfel hekk kif ilbieraħ tħabbar li fiequ 74 persuna oħra, filwaqt li mill- 1,781 swab test li saru rriżultaw biss 15-il każ ġdid li jfisser illi l-każi attivi tal-Covid-19 niżlu għal 270. Intant ir-rata ta' vaċċinazzjoni kompliet titjieb hekk kif f '24 siegħa ingħataw xejn inqas minn 4,410 dożi oħra għal total ta' 335,848 doża. Sal-bieraħ, b'kollox, 107,068 persuna ingħataw it-tieni doża wkoll Sfortunatament, wara ħamest ijiem mingħajr imwiet tħabbru żewġ imwiet oħra ta' nies li kienu pożittivi għall-virus: Anzjan ta' 70 sena u ieħor ta' 91 sena, biex l-imwiet totali telgħu għal total ta' 415.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021