Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369930

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jsegwi ilment reċenti li ressaq Alfred Sant lill-Kummissjoni Ewropea rigward ir-regoli attwali li jrieġu l-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura. Sant staqsa għaliex il-pubblikaturi politiċi qegħdin jiġu esklużi milli jikkompetu f'dan il-konkors, saħansitra meta ma hemm ebda regola uffiċjali li teżiġi skwalifikazzjoni awtomatika għal xogħlijiet letterarji maħruġa minn dawn il-pubblikaturi. Saliba jikkummenta dwar diskussjoni bejn diversi awturi Malti, imqajma ftit jiem ilu fuq il-midja soċjali mill-kittieb John Portelli, rigward l-ilment imressaq minn Sant. Ikompli jfisser ukoll l-implikazzjonijiet ta' diversi regoli relevanti oħrajn li tabilħaqq żgur jinsabu fis-seħħ filwaqt li jistieden lill-awturi u lit- tradutturi biex iressqu ilmenti bħal dawn fil-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba tad-29 ta' Mejju. permezz ta' din il-mistoqsija relevanti ħafna mill-kittieb Alex Vella Gera: "x'taħsbu dwar awtur li jiġi eskluż minħabba l-impjegatur tiegħu/tagħha?" Jidhirli li din il- mistoqsija – anzi, dan l-ilment – akkont jirrigwarda kwistjoni ferm iżjed pertinenti għal-letterati tagħna, l-iżjed meta nqisu li bosta kittieba lokali jaħdmu ta' tradutturi mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal- Unjoni Ewropea. Nistqarr illi dan il-kriterju ma kontx naf bih. Mid-diskussjoni ħareġ ukoll illi fl-imgħoddi dan il-premju kien intrebaħ minn kittieb impjegat mal-istituzzjonijiet tal-UE u li kien biss fl-aħħar snin illi dan sar ipprojbit sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta' interess. Hu x'inhu, jekk dan huwa minnu, ifisser illi dawn it-tradutturi – għal ġieħna wħud minnhom, fosthom Vella Gera stess, awturi ewlenin li rebħu wkoll il-Premju Nazzjonali tal- Ktieb – issa ma baqgħux iżjed eliġibbli biex jikkompetu f 'dan il-premju. Il-kittieba Loranne Vella – li fil-fehma tiegħi dis-sena setgħet faċilment issib ruħha fost iż-żewġ finalisti tagħna bil-ktieb Mill-Bieb 'il Ġewwa – f 'kontribut minn tagħha saħansitra stqarret illi ġieli kkunsidrat tirriżenja mill- impjieg tagħha ta' traduttriċi mal- istituzzjonijiet sabiex issir eliġibbli għal dan il-premju letterarju tal- Unjoni Ewropea. F'dawn il-kontributi ma nistgħux ma nagħrfux kemm tassew tfisser il- kitba u l-pubbliċità internazzjonali għall-awturi tagħna. Minkejja li Alex Vella Gera osserva wkoll illi – ladarba l-ġurija hija filfatt Maltija dan il-premju mhuwiex unur daqstant kontinentali – l-opportunità fejjieda li xogħol l-awturi Maltin jinqaleb f 'ilsna Ewropej oħrajn ma tiġix kuljum. Għandi niem illi t-tħassib ta' dawn iż-żewġ tradutturi u kittieba lokali ewlenin jittratta sewwasew lil dan it-telf – aktarx it li xejn iġġustifikat – ta' din l-opportunità tant meħtieġa. F'dar-rigward ma nistax ma naqbilx mat-tħassib ta' dawn il-kittieba, iżjed u iżjed meta niakar li Malta għandha l-akbar perċentwal Ewropew ta' kittieba u tradutturi ewlenin li jaħdmu wkoll mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal- Unjoni Ewropea. M'hemmx dubju li dan kollu jpoġġina fi żvantaġġ sproprzjonat. Mill-banda l-oħra, napprezza wkoll il-fehma tal-awtur Mark Vella li rrimarka li ma nistgħux inlumu lill-UE għaliex tadotta l-istandards regolari tagħha dwar xenarji possibbli ta' kunflitti ta' interess potenzjali, b'xorti ħażina anke fil-qasam tal-letteratura. Biss, ngħid għalija ma nistax inlum lill- kittieba lanqas – b'mod partikulari lil dawk ta' din Malta ċkejkna – li f 'sitwazzjonijiet bħal dawn spiss iħossu li qegħdin iħabbtu l-pinna tagħhom kontra ostakoli impossibbli. Snin ilu sfajt f 'qagħda assurda u f 'xi aspetti kemxejn simili meta ressaqt applikazzjoni fi skema għat-tradutturi letterarji Ewropej imnedija mill-istess programm Creative Europe, għad illi dika d-darba l-anomalija fir- regoli kienet tinsab fl-istatus tal- lingwa-sors tat-test inkwistjoni. Minn dak iż-żmien komplejt niem – bħalma imt tul kemm domt naħdem fit-traduzzjoni teknika mal-istituzzjonijiet – kemm fl-Unjoni Ewropea it li xejn hemm għarfien kwantu l-qagħda spiss anomala ta' dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jaħdmu bil-lingwa Maltija. Nemmen bis-sħiħ li din id- diskussjoni – anke jekk għad jirriżulta li l-ilment t'Alfred Sant kien filfatt bla bażi – kapaċi jagħmlu ġid kbir lill-ktieb Malti. Jekk xejn, iservu biex jagħtuna stampa ferm iżjed ċara tal-bosta diffikultajiet illi għadhom ixekklu bil-kbir l-isforzi tagħna l-kittieba u t-tradutturi fil-livell nazzjonali u xejn inqas lil hinn minnu. Għaldaqstant jenħtieġ illi dawn l-ilmenti jitpoġġew fuq nett tal- aġenda tal-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba tad-29 ta' Mejju li ġej. Jenħtieġ ukoll, m'hemmx xi ngħidu, il-parteċipazzjoni sħiħa tagħkom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021