Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369930
16 letteratura IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-qagħda żvantaġġjata tal-letterati Maltin fl-UE Stedina għall-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba 2021 Din il-ġimgħa l-kittieb, fundatur tad-dar ta' pubblikazzjoni Sensiela Kotba Soċjalisti u Membru Parlamentari Malti Alfred Sant ressaq Mistoqsija Parlamentari lill-Kummissjoni Ewropea rigward ir-regoli attwali li jrieġu l-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura. Fid-domanda tiegħu staqsa għaliex il-pubblikaturi politiċi m'humiex jingħaddu b'eleġibbli biex jieħdu sehem f 'dan il- premju. Żied jgħid illi r-regoli ppubblikati fis-sit web tal- Kummissjoni Ewropea mkien ma jispeċifikaw bis-sħiħ illi xogħlijiet letterarji mitbugħa minn pubblikaturi politiċi għandhom jiġu esklużi b'mod awtomatiku milli jikkompetu f 'dan il- konkors. Għaldaqstant talab lill- Kummissjoni Ewropea tressaq kopja sħiħa tar-regoli inkwistjoni sabiex tibgħata kjarifika dwar il- kriterji speċifiċi li jiskwalifikaw sa mill-bidu nett lil dawn ix-xogħlijiet letterarji. Ta' min ifakkar illi l-Mistoqsija Parlamentari t'Alfred Sant saret biss it jiem wara l-aħbar li l-kittieba Maltin Joe Pace (Papa Aħmed) u Lara Calleja (Kissirtu Kullimkien) – it-tnejn ippubblikati minn Merlin Publishers – iddaħħlu fil-lista l-qasira tal-Premju tal- Unjoni Ewropea għal-Letteratura organizzat mill-programm Creative Europe. Il-premji letterarji, kemm lokali u kemm internazzjonali, spiss iqajmu l-kontroversji. Fula f 'qargħa trid tkun biex premju jiġi u jgħaddi bla ma jsir ebda tgergir, ġieli wkoll minn qabel jitnieda l-proċess tal-aġġudikazzjoni. Tul l-aħħar sena f 'din il-paġna kkumentajt dwar dan diversi drabi, b'mod partikulari kwantu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019. Bħala ġieli rrimarkajt, mhux għax jien inzerta għandi xi stima kbira lejn konkorsi bħal dawn jew wisq rispett lejn awturi li jqisu 'l dawn it-tlielaq bħala l-ogħla (jekk mhux ukoll l-uniku) ċertifikat letterarju validu immaġinabbli. Pjuttost minn daqqiet nagħmel dan għax jidhirli li l-premji letterarji, tajjeb jew ħażin, huma suġġett ta' interess partikulari għal dawk illi jsegwu x-xena letterarja. Iżjed minn hekk, ħafna drabi dawn il- premji għandhom ħabta jixħtu dawl siewi ħafna fuq il-qagħda tal-industrija tal-ktieb u fuq il- problemi li jħabbtu wiċċhom bosta awturi. Barra dan, ikun tajjeb ukoll illi minn żmien għal żmien din il-paġna toffri kummentarju rigward materji letterarji: għalxejn nikkritikaw ix-xogħlijiet letterarji kemm-il darba ma nqisux il- kundizzjonijiet illi l-awturi tagħhom jaħdmu fihom. Il-Mistoqsija Parlamentari li ressaq Alfred Sant qajmet diversi reazzjonijiet validi, b'mod speċjali fuq il-midja soċjali. Uħud minnhom saħansitra jirrigwardaw anomaliji oħrajn illi skont ċerti osservaturi qegħdin ipoġġu lil ċerti kittieba Maltin fi żvantaġġi inġusti. Fost dawn laqatni kumment mill-kittieb John Portelli li – kif mistenni sintendi – bħal Sant it li xejn jaqbel man- nuqqas identifikat mill-Mistoqsija Parlamentari. Għaldaqstant fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu Portelli stieden – ta' min jgħid li b'mod mill-iżjed ġenwin – lill- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, lill- bqija tal-għaqdiet tal-Malti u lill-pubblikaturi lokali kollha biex f 'dan ir-rigward ma jonqsux milli jiddefendu lill-kittieba tagħna. Ġenwina kemm kienet ġenwina, l-istedina ta' Portelli – bħalma rrimarka l-Kap Eżekuttiv tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri f 'intervent minnhom – għandu mnejn ma kinitx f 'lokha għalkollox, l-iżjed għax minn banda injorat ċerti realtajiet tekniċi bħal min hu responsabbli għal xiex fil-proċeduri amministrattivi ewlenin tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura. Il-fatt illi l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa responsabbli mill-Premju Nazzjonali tal-Ktieb b'ebda mod ma jfisser illi din l-entità lokali għandha wkoll xi rwol fit-tfassil tar-regoli li jrieġu l-Premju tal- Unjoni Ewropea għal-Letteratura. Jekk niġu f 'dan, il-Kap Eżekuttiv – bħalma rrimarka tajjeb Camilleri – lanqas biss għandu influwenza fuq id-deċiżjonijiet aġġudikattivi tal-ġuriji tal-Premju Nazzjonali, aħseb u ara, imbagħad, kemm jista' jimponi bi dritt fuq deċiżjoni meħuda minn għaqda distinta oħra, f 'dan il-każ l-Akkademja tal- Malti. Wisq inqas imbagħad jista' jisfida b'mod leġittimu – ġaladarba l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb s'issa għadu mhuwiex f 'qagħda li jiġi rrikonoxxut b'mod uffiċjali mill- Kunsill Ewropew tal-Kittieba – id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Għaldaqshekk Camilleri żied jgħid li fil-mument m'għandu ebda bażi legali biex iressaq l-ilment imqajjem minn Sant. Iktar importanti minn hekk, kompla jgħid illi – l-iżjed meta nqisu li teknikament ir-rwol prinċipali tal-Akkademja huwa li jmexxi 'l quddiem l-ilsien Malti iżjed milli jfettaq fuq il-locus standi tal- letterati nfushom – l-uniku mod kif il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jista' jkollu din il-bażi legali fil-ġejjieni huwa li jsir dak kollu possibbli sabiex il-KNK jibda jitqies mill- Kunsill Ewropew tal-Kittieba bħala r-rappreżentant ewlieni tal- kittieba Maltin. Sabiex isir dan – kif saħaq bosta drabi tul dawn l-aħħar ġimgħat – Camilleri sostna li t-treġija tal-Kunisll Nazzjonali tal-Ktieb jenħtieġ tibda tinħatar bi proċess demokratiku mill-kittieba u l-pubblikaturi u mhux iżjed mill- Gvern. Temm iħeġġeġ biex ilmenti bħal dawn isiru fil-fora x-xierqa, fosthom fil-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba li ser jitlaqqa' dalwaqt, sewsew fid-29 ta' Mejju. Mal-ħin segwew bosta kontributi interessanti minn għadd ta' kittieba. Qabelxejn, ħaġa ċara li kulħadd fehem il-pożizzjoni ta' Camilleri u li żgur ħadd m'akkuża lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb illi b'xi mod jew ieħor naqas milli jiddefendi l-interessi tal-kittieba Maltin fuq il-livell Ewropew. Madankollu nemmen illi wħud minn dawn il-kontributi, b'mod partikulari ċerti mistoqsijiet f 'waqthom illi saru, tassew stħaqqhom diskussjoni għalihom u tkun ħasra jekk ma jerġgħux isiru fil-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba. Uħud staqsew jekk l-ilment ta' Sant hux tabilħaqq minnu u jekk – ladarba r-regoli tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura huma aċċessibbli għal kulħadd fuq is-sit web uffiċjali tal-Premju – it-talba ta' Sant hix tassew iġġustifikata. Jibqa' l-punt, madankollu, illi fis-sew din ir- regola ma teżistix u għaldaqstant kien hemm min staqsa wkoll jekk, fl-aħħar mill-aħħar, filfatt din is-sena ngħatax il-ġenb lil xi awturi Maltin b'xogħol maħruġ mill-pubblikatur Sensiela Kotba Soċjalisti minkejja li m'hemm ebda regola li tistipula tali skwalifika. Sa dalgħodu dwar jekk dan sarx jew le ma waslet ebda kjarifika. Il-kittieb Karl Schembri, b'mod ferm iżjed pertinenti, intant xorta waħda staqsa jekk huwiex ġust illi l-kittieba jiġu skwalifikati minħabba n-natura tal- pubblikaturi rispettivi tagħhom. L-intervent ta' Schembri daħħal id-diskussjoni f 'ambiti ferm iżjed konkreti, b'mod partikulari