Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369936

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 'Niġi naqa' u nqum għax magħluq, ħallas il- kera jew barra!' Żewġ persuni li jmexxu lukandi u anke ristoranti - l-aktar f'San Ġiljan u San Pawl il-Baħar b'appelli għall- għajnuna fil-kirjiet, fosthom permezz ta' posponiment - qabel jispiċċaw jitkissru b'mod assolut ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Għandi kera ta' negozju li ili snin immexxi ta' €420,000 fis- sena. Qatt ma kellna problemi, dejjem ħallasna fil-ħin, it jiem ilu ġie s-sid u qalli li hu jiġi jaqa' u jqum għax magħluq u lanqas qed nagħmel imqar ċenteżmu, għax jekk ma nħallsux parti mill-kera kif konna ehmna qabel kellna nerġgħu nagħlqu, se jkeċċini. Kelli mmur nissellef mingħand ħabib tiegħi ... aħna mhux qed ngħerqu, aħna għeriqna - jew wasalna biex - u għandna bżonn l-għajnuna." Dan huwa l-kliem ta' żewġ negozjanti fil-qasam tat-turiżmu li jmexxu diversi negozji - l-aktar f 'San Ġiljan u San Pawl il-Baħar u li qed jikru l-proprjetajiet mingħand sidien diversi. Flimkien, f 'negozji separati huma jħaddmu madwar 120 persuna fl-aqwa tal-istaġun u ħafna mill- proprjetajiet li jmexxu huma ta' tliet stilel. "Aħna legalment qatt ma konna magħlquin fil-verità imma operajna biss għal it ġimgħat is- sena l-oħra," qalu ż-żewġ negozjanti li xtaqu jibqgħu anonimi minħabba diversi raġunijiet - għalkemm urew lil din il-gazzetta diversi messaġġi li bagħtu, inkluż lill-Prim Ministru Robert Abela biex jgħarrfuh dwar is-sitwazzjoni mwiegħra tagħhom. "Waħda mill-akbar problemi tagħna u ta' bosta oħrajn hija li dawn is-sidien - ħafna minnhom kuntratturi kbar, li jaħdmu fil- kostruzzjoni - settur li baqa' mifqugħ bix-xogħol - jekk il-kera hija €420,000, daqshekk iridu - meta x-xogħol huwa żero," qal wieħed miż-żewġ negozjanti li jgħid illi tilef eluf kbar f 'xogħol li kellu jiġi ikkanċellat minħabba l-għeluq tan- negozji. "Aħna mhux sinjuri, imma konna ngħixu komdi. Din il-ġimgħa l-mara kellha bżonn tmur għand dentist, għidtilha li aħjar inħalluha għalissa għax ma naffordjawhiex. Il-flus li kellna riżerva kollha użajnjihom issa." 'Is-suppliment tal-paga, għen lill- impjegati, mhux lilna' 'Imma l-Gvern m'għinkomx bis-Suppliment tal-Paga?' tistaqsi l-gazzetta ILLUM. It-tnejn li huma qalu li huma baqgħu jħallsu l-paga normali, lill-ħaddiema tagħhom. "Sa madwar €170,000 aktar milli jagħti l-Gvern," jgħid wieħed minn negozjanti li jisħaq illi apparti minn hekk issa għadu kif daħħal ħames koki ġodda. "Kienu ilhom jistaqsuni hux se nibdew u dejjem ngħidilhom jistennew it - imma issa daħħalthom inkella meta niġu biex niħu ma nsibx." Huwa qal li ma jistax jiem kif l-istabbiliment li jmexxi f 'San Ġiljan se jmexxi b'ammont ta' xogħol vijabbli sal-5:00 p.m. "Is-Suppliment tal-Paga qed jgħin lill-impjegati - qed jgħin biex inżommu lill-impjegati, minflok inkeċċuhom u jispiċċaw jirreġistraw. Li suppost se nieħu jiena huwa €3,750 li minnhom għadni ma rċevejt xejn!" jisħaq. Jistaqsi jekk hux ġust li hu qed jieħu għajnuna daqs ħwienet ta' sbuħija, meta hu - u dawk kollha fit-turiżmu - intlaqtu ħafna u ħafna agħar. "Aħna rridu nkunu protetti u mgħejjuna fuq il-kirjiet," qalu mal-ILLUM filwaqt li taw eżempji differenti ta' x'qed jagħmlu pajjiżi oħrajn u x'jista' jseħħ hawn Malta. Huma urew lil din il-gazzetta aħbar fuq is-sit reuters li turi kif il- Gvern reġjonali Katalan kien ordna li l-kirjiet jitnaqqsu b'50% waqt li bars u ristoranti jkunu magħlquin, filwaqt li l-Gvern Portugiż iddiferixxa l-ħlasijiet tal-kirjiet kummerċjali ta' ċerti stabbilimenti waqt li kien iddikjarat stat ta' emerġenza. "Aħna xejn ma aħna protetti," sostnew ma' din il-gazzetta. Huma appellaw biex il-Gvern jikkunsidra għajnuna, fosthom il-posponiment tal-kirjiet ta' ċerti stabbilimenti għal din is-sena jew inkella għajnuna permezz ta' krediti ta' taxxa. Huma qalu illi jekk il-Gvern jiffranka t-taxxa fuq il-kirja lis- sidien għal tliet snin, l-ammont jiġi daqs sitt xhur kera. Sostnew illi filwaqt li dan ikun inqas mid-dħul mill-kirjiet li qed iħallsu, xi ħaġa bħal din issalvahom minn ħalq il- falliment u allura milli l-impjegati tagħhom ukoll jispiċċaw mingħajr impjieg. 'Jekk ma nilħqux iż-żewġ miljun turist, daqshekk!' Huma saħqu illi ħafna se jorbot ma' dan is-sajf u kif se mmorru f 'volum ta' turisti. "Jekk mhux se jkollna xogħol tajjeb u jekk mhux se nlaħħqu ż-żewġ miljun turist - u naħseb li kapaċi nilħquhom, daqshekk! Inkunu tlifna dan is-sajf u dak tad-dieħla," qal wieħed minn dawn in-negozjanti. Hu saħaq illi kien pożittiv u ottimist ħafna għal dan is-sajf, sakemm raw ir-rotot il-ġodda tal- Air Malta. Hawnhekk jispjega u jfakkar kif fir-Renju Unit sa issa diġà hemm madwar 30 miljun persuna ħadu ż-żewġ dożi u hemm miljuni ta' nies li mxennqin biex malli l-PM Boris Johnson iħabbar li s-safar huwa permessibbli, jaqbdu arjuplan u jsiefru. "Imbagħad joħorġu d-detinazzjonijiet tal-AirMalta u malajr marli dak l-ottimiżmu. Se topera minn Heathrow u Manchester biss - filwaqt li l-Easyjet u r-Ryanair se joperaw lejn Gatwick/Mancester u Luton rispettivament." Huma fakkru li dan ifisser illi bejn dawn it- tliet linji tal-ajru se tiġi koperta Londra u Manchester biss, l-Iskozja se titħalla kollha barra, filwaqt li mhux se jkun hemm konnessjonijiet ma' postijiet bħal Bristol u Birmingham. "Dawn huma it wisq," jinsistu. L-Airmalta l-ġimgħa l-oħra ħabbret li dan is-sajf se tkun qed ittir lejn 20 destinazzjoni. Fosthom se tkun qed topera titjiriet diretti lejn/minn Amsterdam, Brussell, Katanja, Frankfurt, Ġinevra, Lisbona, Londra Heathrow, Lyon, Manchester, Munich, Milan Linate, Moska, Palermo, Pariġi Charles de Gaulle, Pariġi Orly, Praga, Ruma, Tel Aviv, Vjenna u Zurich. Minkejja li din il-gazzetta żvelat kif pajjiżna se jkun fuq il-Lista l-Ħadra tar-Renju Unit u anke li x-xogħol jidher promettenti għal Lulju u ħafna iktar minn hekk għal Awwissu - dawn iż-żewġ negozjanti sostnew li s-settur ta' tliet stilel għadu lura, bi it li xejn bookings għal ġimgħat u xhur li ġejjin. Mistoqsijin dwar is-suq domestiku - Maltin jew Għawdxin li jqattgħu vaganza jew joħorġu lokalment - huma qalu illi dan huwa suq żgħir u jikkumplimenta, mhux jagħmel tajjeb għal nuqqas ta' turiżmu, speċjalment f 'Malta - kuntrarjament forsi għal Għawdex li jiddependi ħafna mis-suq Malti. Huma stiednu lill-Prim Ministru biex jiltaqa' magħhom u ma' diversi negozjanti oħrajn li qed jikru u jmexxu ristoranti, bars u anke diskoteki f 'San Ġiljan u Paceville biex jisma' l-uġigħ u l-inwkiet tagħhom. "Aħna xogħol irridu! Tuna x-xogħol - aħna l-qasba rridu mhux il-ħuta! Imma għinuna biss ħalli nsalvaw biex inkunu nistgħu naħdmu," jappellaw mill-qalb ma' din il-gazzetta fil-laqgħa li saret magħhom fil-kamra tal-aħbarijiet tagħna. "Aħna mhux qed ngħidu profitt, imma imqar li nibqgħu neżistu - l-problema hija l-kirjiet. Għandna bżonn l-għajnuna!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021