Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369936

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 Carmel Bonnici Sacco e Vanzetti - Film storiku u klassiku Taljan Dan l-artiklu se jkun iddedikat għal żewġ individwi, li ħafna ma jafux bihom fiż- żminijiet tal-preżent, imma kważi 100 sena ilu l-każ tagħhom qajjem sensazzjoni sħiħa kemm fl-Istati Uniti, fejn ġraw l-inċidenti, li se nsemmi u anke fil-gazzetti u radji Ewropej. Nicola Sacco u Bartolomeo Vanzetti li twieldu fl-Italja kienu żewġ anarkisti li ġew mixlija bi qtil u b'serqa bl-armi u anki ħadu l-mewt fuq is-siġġu elettriku meta kien hemm indikazzjoni ċara li kienu innoċenti. Fl-1971 inħadem il-film Sacco E Vanzetti (Sacco And Vanzetti) tad-direttur Giuliano Montaldo, bl-atturi li nterpretaw lil dawn it-tnejn ikunu l-bravu Gian Maria Volonte' (l-kattiv f 'Per Un Pugno Di Dollari (1964) (A Fistful Of Dollars) u s-sequel Per Qualche Dollaru In Piu' (1965) (For A Few Dollars More)) u Riccardo Cucciolla. F'dan il-film ta' sagħtejn ħadmu wkoll l-Irlandiż Milo O'Shea u l-Ingliżi Cyril Cusack u Geoffrey Keen flimkien mal-kantanta Taljana Rosanna Fratello. L-interess għal din il-produzzjoni tkompla tkabbar minħabba l-mużika evokattiva tal-mibki kompożitur Ennio Morricone u l-ballati (3) kantanti minn Joan Baez, esponenta ewlenija ta' dawk imsejħa "protest songs". Morricone flimkien ma' Baez ikkomponew il-kanzunetta forma ta' marċ Here's To You (li jinstema' waqt il-kreddti tal- aħħar) li tagħti omaġġ denju lil dawn iż-żewġ vittmi bla ħtija. Nicola Sacco kien jaħdem bħala watchman ta' bil-lejl u anki jagħmel iż-żraben. Hu twieled nhar it-22 ta' April 1891 f 'Torremaggiore, fil- provinċja ta' Foggia, fir-reġjun Apulia. Ta' 17- il sena emigra lejn l-Istati Uniti. Bartolomeo Vanzetti li twieled fil-11 ta' Ġunju 1888 f 'Villafalletto, fil-provinċja ta' Cuneo, reġjun ta' Piedmonte, l-Italja, kien bejjiegħ tal-ħut. Hu wasal l-Amerika ta' 20 sena. Dawn iż- żewġt irġiel telqu mill-Italja fl-1908 u ltaqgħu flimkien għall-ewwel darba fl-1917 waqt strike. Kien maħsub li dawn kienu segwaċi ta' Luigi Galleani, anarkista Taljan li kien iħaddan vjolenza rivoluzzjonarja, nkluż assassinji u tqegħid ta' bombi. F'dak iż-żmien, il-grupp Galleani, kif kienu magħrufa kienu fl-ogħla post tal-lista tal-Gvern Amerikan ta' għedewwa perikolużi. Sa mill-1914, din l-għaqda kienet identifikata f 'diversi attentati ta' qtil u bombi, kif ukoll attentat biex javvelenaw ħafna nies. Il-pubblikazzjoni ta' ktieb Cronaca Sovversiva ta' Luigi Galleani kienet projbita u mwaqqfa f 'Lulju 1918. Galleani u tmienja mill-ħbieb intimi tiegħu ġew iddeportati fl-24 ta' Ġunju 1919. Dawk il-Galleani li baqgħu fil-pajjiż, forsi kienu sittin b'kollox, nedew kampanja ta' vjolenza bla waqfin kontra l-politiċi, l-imħallfin u uffiċjali federali oħrajn tal- Istati Uniti. F'wieħed minn dawn l-attentati biex jisplodu d-dar ta' Avukat Ġenerali, miet Carlo Valdenoci li kien l-editur ta' Cronaca Sovversiva u ħabib ta' Sacco u Vanzetti. Il- bomba li kien qrd iġorr f 'idu splodiet qabel il-ħin. Ħafna assoċjati ta' din l-għaqda li kienu suspettati f 'dan l-inċident ġew interrogati. Jumejn biss qabel Sacco u Vanzetti ġew arrestati, Andrea Salsedo waqa' mit-tieqa tad-Dipartiment tal-Ġustizzja fi New York City u miet. Roberto Elia, stampatur bħal Salsedo u li ammetta li kien anarkist, waqt li kien investigat li Salsedo kkommetta suwiċidju għax beża' li jikxef lil sħabu. Wara, Elia biddel il-verżjoni tiegħu u qal li Aġent Federali tefgħu mit-tieqa għall-isfel. Il- mewt ta' Salsedo serviet ta' diżastru għal dan id-Dipartiment. Meta arrestaw lil Sacco u Vanzetti nsabet korrispondenza ma' diversi Galleanisti u ittra waħda avżat lil Sacco biex jeqred il-korrispondenza kollha wara li tinqara. Il-kumpanija taż-żraben Slater-Morrill Shoe Company kienet tinsab f 'Pearl Street, fil-belt ta' Braintree, Massachusettes. Nhar il-5 t'April 1920, żewġ irġiel ġew misruqin u maqtula meta kienu jġorru l-pagi kollha tal-ħaddiema f 'żewġ kaxxi tal-azzar għall- fabbrika propja. Wieħed minnhom, Alessandro Berardelli sparawlu erba' darbiet hekk kif ipprova joħroġ il-pistola tiegħu biex jiddefendi ruħu. Din l-arma baqgħet mal-art wara dan l-inċident. Ir-raġel l-ieħor, dak li jħallas il-pagi li ma kellux armi fuqu, sparawlu darbtejn, darba f 'sidru u t-tieni tir li kien fatali, f 'dahru meta pprova jaħrab. Nicola Sacco u Bartolomeo Vanzetti ġew mixlija li kienu nvoluti f 'din is-serqa u l-qtil li seħħ. Waqt ġuri li dam it sigħat biss, huma nstabu ħatja ta' qtil volontarju nhar l-14 ta' Lulju 1921. Wara saru serje ta' appelli mill- fondi tal-Kumitat Difensiv tagħhom, ditta privata. Dawn l-appelli saru wara li xi xhieda bidlu l-versjoni tagħhom, evidenzi ballistiċi li ma qablux, ġurija preġudikata minn qabel u allegatament wieħed mill-ħallelin stqarr is- sehem tiegħu f 'din l-affari. L-appelli kollha ma ġewx milquha mill-Imħallef Webster ayer u anki eventwalment mill-Qorti Suprema tal-Istat ta' Massachusettes. Sal- 1925, dan il-kas ġibet attenzjoni globali. Meta d-dettalji tal-ġuri u l-innoċenza tal-imputati saret magħrufa, Sacco u Vanzetti sabu rwieħhom fiċ-ċentru tal-aqwa mill-kawżi ċelebri tal-istorja moderna. Fl-1927, protesti għall-ħelsien taghħom saru fl-ibliet maġġuri tal-Amerika ta' Fuq u tal-Ewropa, kif ukoll f 'Tokjo, Sydney, Sao Paolo, Rio De Janeiro, Buenos Aires u Johannesburg. Kittieba rinomati, artisti u akkademiċi talbu biex jinħelsu u jsir ġuri ġdid. Il- Professur Felix Frankfurter li studja l-liġi f 'Harvard u li l-quddiem sar imħallef tal- Qorti Suprema argumenta għall-innoċenza tagħhom f 'artiklu f 'Atlantic Monthly li qrawh ħafna nies u wara ppubblikah fi ktieb. Imma, dawn iż-żewġ imsejknin inqatgħatilhom għall-mewt f 'April 1927, fejn l-għajta aktar kibret. Il-Gvernatur ta' Massachusettes irċieva numru enormi ta' telegrammi kollha jsostnu biex jaħfrulhom u kummissjoni ta' tlieta apposta inħatret biex tinvestiga l-kas. Wara gimgħat jiddeliberaw bejniethom bil-moħbi, li jinkludu intervisti ma' mħallef, avukati u diversi xhieda, l-kummissjoni qablet mal- verdett ta' qabel. Sacco u Vanzetti ngħataw is-siġġu elettriku nhar it-23 t'April 1927. F'irvelli li qamu wara, nqerdet propjeta' f 'Pariġi, Londra u f 'xi bliet oħra. Investigazzjonijiet dwar dan il-każ komplew matul is-snin 30 u anki 40. Il-pubblikazzjoni tal-ittri ta' dawn iż-żewġ vittmi fejn huwa pproklamat b'qawwa l-innoċenza tagħhom intensifikaw il-qbil li dawn ġew maqtula mhux għas-serqa u l-qtil li sar imma minħabba t-twemmkin politiku tagħhom. Fl-1977, il-Gvernatur ta' Masschusettes, Michael Dukakis (kuġintu Olympia kienet attriċi li rebħet l-Oscar u mietet reċentement, fit-9 TA' MEJJU), ħareġ proklama li Bartolomeo Vanzetti u Nicola Sacco ma kellhomx ġuri sinċier u kull diżunur minn fuqhom għandu jitneħħa, imma qatt ma pproklama li kienu innoċenti. Barra l-film Taljan tal-1971 li semmejt qabel, ħarġu diversi xogħlijiet ċinematografiċi oħra u serje televiżiva dwar dawn iż-żewġ emigranti Taljani li tassew, intortament, spiċċaw ħażin. L-aħjar fost dawn, huma: SACCO UND VANZETTI (1927) Film Germaniż; L'AFFAIRE SACCO ET VANZETTI (1967) Film Franċiż; SACCO AND VANZETTI (1972) (serje tat-TV); THE DIARY OF SACCO AND VANZETTI (2004). Il-kritiku rinomat Roger Ebert kien ilu xahar jilmenta minn ruxxmata ta' films medjokri pero' f 'salt wieħed waslu diversi ta' livell għoli u sostna li Sacco And Vanzetti kien l-aħjar fosthom. Ħaddieħor iddikjara li dan hu xogħol li direttament jolqot l-aħjar preġjudizzji tagħna u li jidħol sparat fis- sentimenti li nħossu (forsi bil-mużika tal- maestro mibki Ennio Morricone u l-ballati ta' Joan Baez). Il-kanzunetta tal-aħħarnett Here's To You turi dan: 'Here's to you Nicola and Bart. Rest forever here in our hearts, the last and final moments is yours, that agony is your triumph...'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021