Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369936

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 George Hyzler GĦANDEK 'IL FUQ MINN 30 SENA? TIXTIEQ TIEĦU LVAĊĊIN KONTRA LCOVID19? VACCIN.GOV.MT JEW IBGĦAT INNUMRU TALKARTA TALIDENTITÀ TIEGĦEK B'SMS FUQ: 99180045 99180044 BIEX TITLAQQAM MALTA BIEX TITLAQQAM GĦAWDEX €5,000 għal kull fabbrika tan-nar għal titjib infrastrutturali u għal aktar sikurezza Il-Gvern reġa' ħabbar il-Fond annwali għall-Kmamar tan- nar Maltin li jaħdmu fuq bażi volontarja, li għandu l-għan li jtejjeb kontinwament il- karatteristiċi ta' sigurtà fil- kmamar tan-nar filwaqt li jikkontribwixxi għat-titjib globali tal-industrija piroteknika. F'dan il-Fond ġie allokat total ta' €170,000 għas-sena 2021 u se jkun amministrat mill-Kunsill Malti għall-Arti. Kull fabbrika tan-nar tista' tibbenefika minn għotja ta' €5,000, li tista' tintuża kollha għal użu infrastrutturali. Waqt it-tnedija tal-fond, il- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera ddeskriva l-importanza ta' tali fondi li joffru għajnuna speċifika u ddedikata lil oqsma partikolari fi ħdan is-setturi kulturali u kreattivi. "Il-logħob tan-nar mhuwiex biss parti mill-wirt kulturali lokali tagħna. Dan jiġbor flimkien komunità ta' voluntiera li ta' kuljum jaħdmu biex jipproduċu spettakli pirotekniċi tal-ogħla standard, u għandna dejjem infittxu li nappoġġjaw l-isforzi tagħhom billi ninvestu fl-infrastruttura meħtieġa biex jitjiebu elementi importanti bħas-sikurezza", qal il-Ministru Herrera. L-għan tal-fond, li jinsab fir- raba' edizzjoni tiegħu, huwa li jtejjeb is-sikurezza fil-kmamar tan-nar kemm matul il-proċess ta' manifattura kif ukoll matul l-isparar tal-logħob tan-nar. L-għotja hija maħsuba għal volontarji biex jinvestu fit-taħriġ, l-iżvilupp u r-riżorsi biex titjieb is-sikurezza tas- sistemi pirotekniċi Maltin u t-titjib tal-prodott finali, speċjalment minħabba r-rwol prominenti ta' din l-industrija fil-kultura Maltija. "It-tnedija ta' tali fondi hija xhieda tat-twemmin li l-Kunsill Malti għall-Arti u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali verament jimu l-importanza tal- espressjoni tal-poplu u l-kreattività tal-wirjiet tal-logħob tan-nar", qal il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall. Sabiex jikkwalifikaw għal dan il-fond, il-kmamar tan-nar huma meħtieġa li joħorġu b'ideat u proposti biex jaġġornaw u jtejbu l-infrastruttura tal-kmamar tan-nar billi jinvestu f 'makkinarji u għodod li jiffaċilitaw il-manifattura tal- logħob tan-nar u jagħmlu l-proċess aktar sikur; jinvestu f 'tagħmir li jtejjeb is-sikurezza matul l-isparar tal-logħob tan-nar; iwettqu taħriġ u żvilupp tar-riżorsi relatati mas- sikurezza tal-logħob tan-nar kif ukoll irawmu sinerġija aħjar bejn il-kmamar tan-nar Maltin. Il-fond huwa miuħ għal kmamar tan-nar b'liċenzja rreġistrata bħala organizzazzjonijiet volontarji. Fil- każ ta' kmamar tan-nar li huma parti minn każini tal-banda, il- każin tal-banda jeħtieġ li jkun irreġistrat bħala organizzazzjoni volontarja. L-applikazzjonijiet eliġibbli kollha se jiġu evalwati minn bord ta' evalwaturi skont il-linji gwida stabbiliti u ppubblikati. Il-linji gwida dwar kif wieħed għandu japplika għall-fond li joffri appoġġ finanzjarju lill- kmamar tan-nar Maltin li jaħdmu fuq bażi volontarja huma disponibbli fuq www.artscouncil. mt. L-applikazzjonijiet kollha qed jintlaqgħu biss online sat-18 ta' Ġunju 2021. Għal appoġġ u għajnuna, wieħed jista' jċempel fuq 23347230 jew jibgħat email lil fundinfo@artscouncil.mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021