Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369936

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 li jdoqqu l-qniepen? Dan biex ma nsemmix li hemm nies li għalihom il-festi huma ħajjithom. Bħalma hawn min jekk ma jmurx sal-gym jew sal-każin ma jħossux tajjeb, hemm min ukoll jekk ma jmurx sal-maħżen jiġġennen! Minkejja kollox, anke jekk b'għafsa ta' qalb għax din se tkun it-tieni sena bla festa, kif kellna t-tieni sena bla Ġimgħa Kbira u Għid, huma rassenjati. Il-festi jerġgħu jsiru u lesti jagħmlu dan is-sagrifiċċju. Hemm ukoll is-sidien tal-clubs li għadhom fil-limbu u artisti oħra li anke jekk se jiċċaqilqu it, fadlilhom biex jerġgħu jaraw quddiemhom l-eluf. Lanqas dawn mhu qed jaraw kbir. Anke huma fehmu li, forsi aktar minn ħaddieħor, hemm bżonn jagħmlu l-parti tagħhom. Fl-aħħar ġimgħat din il-gazzetta tkellmet mal- Assoċjazzjoni Maltija għall-Arti u d-Divertiment u anke s-sidien tal- clubs. Ħadd minnhom mhu qed jippretenti li niġu naqgħu u nqumu, niħu l-bibien beraħ u mbagħad jiġri x'jiġri. Ħadd ma jrid jirrepeti l-iżball tas-sena l-oħra. Dan ukoll juri sens ta' responsabbilità u tama b'kawtela. Miż-żgħażagħ għall-anzjani... F'din il-pandemija kulħadd bata. Bata s-sid tar-ristorant li għalaq. Batew dawk il-ġenituri li mid-dar riedu jlaħħqu max- xogħol tagħhom u l-lezzjonijiet onlajn ta' uliedhom. Batew l-isportivi li ma setgħux ikomplu jitħarrġu. Bata min is-safar huwa ħajtu. Kollha ninsabu fl-istess dgħajsa. Madanakollu hemm żewġ kategoriji ta' nies li batew l-aktar. L-anzjani, partikolarment dawk fid-djar tal-anzjani. Il-kamra tagħhom kienet saret kważi ċella u għamlu żmien ikellmu lill- qraba tagħhom qishom minn ġo akkwarju. Dawn ma ħaqqhomx ftit tama? Staqsu x'ħassew il-qraba ta' dawn l-anzjani meta reġgħu bdew jiltaqgħu magħhom mingħajr il-perspex tifridhom. Biżżejjed tidħol f 'dar tal-anzjani u tarahom kollha miġbura jaraw it-televiżjoni u jitkellmu. Mil-banda l-oħra hemm iż- żgħażagħ, li xi drabi ninsewhom jew nakkużawhom biss għax ikun hemm erba' minnhom li jiġu jaqgħu u jqumu u jorganizzaw festin f 'għalqa. Iż-żgħażagħ batew ukoll. Filli għandhom elf post fejn imorru jiddevertu u filli sabu ruħhom bilqiegħda fuq sufan, bir- remote f 'idhom minn filgħodu sa filgħaxija. Dawn mhux ukoll ħaqqhom ftit tat-tama. Sakemm joħorġu u jieħdu gost b'kawtela, x'se jkunu qed jagħmlu ħażin? Il-vaċċin, il-miraklu u ċ-ċertifikat Il-Gvern żbalja ħafna fil- pandemija u għamel ħafna tajjeb ukoll. Tista' taqbel u tista' le. Żgur li fuq il-vaċċin ħadd ma jista' jgerger. Hawn ninżgħu l-kappell lill-awtoritajiet kollha tas-saħħa u lill-frontliners li għamlu l-mirakli. Il-vaċċin u dan is-suċċess bla dubju ta' xejn li huwa wieħed mill- fatturi ewlenin għaliex il-moral tal-pajjiż reġa' beda jieħu r-ruħ. L-awtoritajiet ħadmu fuq li ħadmu u l-poplu kkopera wkoll. Imma issa la ħadna l-vaċċin wieħed jistenna li nibdew naraw ukoll ir-riżultati mhux biss mill- aspett tan-numri. Din il-ġimgħa, il-Ministru Chris Fearne tkellem dwar l-użu ta' ċertifikat tal-vaċċin biex ikun jista' jintuża f 'Malta f 'każ ta' attivitajiet tal-massa jew attivitajiet li jirrikjedu lin-nies jiġu flimkien. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ħafna dwar dan. Dan ukoll jista' jagħti tama li xi forma ta' normalità mhijiex fil-bogħod. Se jkun hawn min jargumenta li mhux sew għal min iddeċieda li ma jridx jieħu l-vaċċin. Imma allura, minħabba nies li taw aktar każ ta' dak li jgħid ċikku u peppa fuq Facebook, milli l-fatti li tippreżenta x-xjenza, se jibqa' lura kulħadd? Il-moral, l-elezzjoni u l-PN... Żgur li kulħadd għaddietlu minn moħħu. Jekk is- sitwazzjoni tibqa' kif inhi, il-każi jibqgħu baxxi u minn hemm u minn hawn ikollna sajf tajjeb, nistennew Elezzjoni Ġenerali. Ma għandi l-ebda dubju li din anke minn moħħ il-Prim Ministru għaddiet. Mhux ovvja! Jekk wara xhur ta' qtigħ ta' qalb, il-ħajja se tibda tirritorna lura għan-normal u jiżdied dak li nsejħulu 'il- feel-good-factor,' Ottubru u Novembru se jkunu x-xhur ideali meta ssir Elezzjoni Ġenerali. Il-Partit Nazzjonalista wkoll kellu bżonn jifhem din għax donnu mhux jinduna. Ħadem, ħareġ bi proposti tajbin u qed jirnexxielu jippreżenta lilu nnifsu aħjar, imma teatrin bħal dak tal-Ħamis li għadda reġa' tefgħu lura x-xhur! Jew se jqum mir-raqda jew il-Partit Laburista se jerġa' jtellaq waħdu! Kif qed ikun ippjanat li jonqsu r-restrizzjonijiet sa Ġunju? Għada: • Jiħu r-ristoranti u l-isnackbars sal-ħamsa ta' waranofsinhar • Jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar bejn Malta u Għawdex • Ikomplu l-attivitajiet estrakurrikulari • Ikomplu l-lezzjonijiet tad-duttrina • Jerġa' jibda t-taħriġ tal-isport professjonali kollu • Ikomplu l-isport non-contact mingħajr spettaturi • Jarmaw is-swieq miuħa 17 ta' Mejju: Jonqsu aktar restrizzjonijiet fid-djar tal-anzjani. Fost oħrajn, l-anzjani se jkunu jistgħu jilqgħu aktar viżitaturi, għal ħinijiet itwal u b'mod aktar frekwenti. Aktar dettalji dwar dan se jingħataw mill- Ministeru responsabbli mid-djar tal-anzjani. 24 ta' Mejju jinfetħu: • Ristoranti u snack bars jiħu sa nofsilejl • Jinfetħu l-pools sat-8:00pm iżda ristretti għal attivitajiet ta' għawn biss • Jinfetħu l-gyms • Jinfetħu ċ-ċentri ta' matul il-jum • Ikompli t-taħriġ tal-contact sports għal persuni ta' 17+ • Ikompli n-non contact sports, iżda mingħajr spettaturi 1 ta' Ġunju: • Jibdew isiru t-tiġijiet. 100 persuna fuq ġewwa u sa 300 persuna fuq barra - dejjem madwar mejda • Jinfetħu wkoll l-iskejjel tal-lingwa 7 ta' Ġunju: • Jiżdiedu għal sitta n-numru ta' persuni madwar medja f 'ristorant jew snack bar. Ir-ristoranti jibqgħu jiħu sa nofsilejl • Permessi gruppi ta' sitt persuni fil-pubbliku • Jiħu ċ-ċinema u t-teatri • Jiħu l-bars u l-każini sa nofsilejl. In-nies jistgħu joqogħdu biss bilqiegħda • Ikomplu l-kompetizzjonijiet tal-contact u team sports għal persuni ta' 17+, mingħajr spettaturi 28 ta' Ġunju: • Ikompli l-contact sports għal dawk li għandhom inqas minn 17 • Jistgħu jibdew jiħu l-iskejjel tas-sajf

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021