Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
12 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 • illum Alan Borg Aktar pajjiżi jitolbu test negattiv qabel turist jaqbad l-ajruplan u mhux wara YENDRICK CIOFFI Aktar pajjiżi qed jitolbu test negattiv għall-Covid-19 qabel ma' turisti jew vjaġġaturi jaqbdu l-ajruplan u mhux malli jaslu fl-ajruporti u saħansitra qed jobbligaw linji tal-ajru biex jirriutaw li jtellgħu passiġġieri abbord jekk ma jippreżentawx it-test. Ħmistax wara li l-gazzetta ILLUM żvelat il-lista tal-pajjiżi li qed jitolbu test negattiv qabel ma turist jew vjaġġatur jaqbad arjuplan minn Malta, din il-lista kienet aġġornata biex issa qed tinkludi aktar pajjiżi, jiġifieri ċ-Ċekja u l-Portugal. Fil-fatt, għal darb'oħra, il- gazzetta ILLUM kisbet il-lista tar-rekwiżiti li qed issegwi l-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta. Għal titjiriet minn Malta, iċ- Ċekja qed jitolbu test negattiv tal-Covid-19 (PCR/Antigen), sakemm persuna ma tkunx miċ- Ċekja jew inkella ma tkunx fil- pussess ta' ċertifikat tal-vaċċin maħruġ mill-pajjiż. F'każ ta' PCR test (jiġifieri swab test komuni), dan irid ikun sar fi żmien 72 siegħa qabel it-tluq. Fil-każ tal-Antigen (rapid test), dan irid ikun sar fi żmien 24 siegħa qabel it-tluq. Jekk turist jew vjaġġatur ma jippreżentax dan it-test, mhux qed jitħalla jitla' abbord l-ajruplan. Il-Portugal ukoll qed jitlob li turist ikun għamel test (PCR) fi żmien 72 siegħa qabel it-tluq. Anke f 'dan il-każ, jekk persuna ma tippreżentax it-test mhux qed titħalla taqbad l-ajruplan minn Malta lejn il-Portugal. Apparti minn hekk, għal titjiriet minn Malta, l-Awstrija qed titlob test negattiv tal-Covid-19 (PCR/ LAMP/TMA jew Antigen). It- test irid ikun sar 72 siegħa qabel persuna tkun se tasal fil-pajjiż jew 48 siegħa qabel il-wasla, fil-każ tal-Antigen test. Jekk persuna ma tippreżentax dan fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, xorta waħda qed titħalla titla' fuq l-ajruplan, iżda qed tkun mitluba tagħmel test fi żmien 24 siegħa minn meta tasal l-Awstrija u tkun hi stess li tħallas għalih. Dawn ikomplu jiżdiedu mal- lista ta' pajjiżi oħra li wkoll qed jitolbu test negattiv għall- Covid-19 qabel ma' persuna taqbad l-ajruplan minn Malta, jew inkella tinżamm milli titla' abbord. Il-pajjiżi l-oħra huma Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u l-Iżvezja. Fil-każ tar-Renju Unit, li sa issa għadu qed iqis lil Malta bħala pajjiż ta' riskju għoli, dan qed jitlob test tal-Covid-19 (PCR/ Antigen/Lamp) kif ukoll evidenza li persuna tkun ibbukkjat test għat-tieni u tmien ġurnata tal- kwarantina li se tkun obbligata tagħmel malli tasal. It-test irid ikun sar sa tlett ijiem qabel it-tluq. Jekk passiġġier ma jippreżentax it-test, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. Malta, minkejja li qed titlob test negattiv (PCR), sa issa ma hemm l-ebda struzzjonijiet biex it-turisti jew il-vjaġġaturi ma jitħallux jitilgħu abbord l-ajruplan lejn Malta. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif l-awtoritajiet qed iħarsu lejn l-1 ta' Ġunju li ġej bħala d-data minn meta dawk kollha li jiġu Malta se jkunu qed jintalbu jipprovdu r-riżultat ta' test tal- Covid-19 qabel ma jaqbdu l-ajruplan lejn Malta u mhux malli jaslu fil-pajjiż u jidħlu l-Ajruport. Din id-data kienet ikkonfermata wkoll mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas- Saħħa Chris Fearne li spjega kif Malta se tkun qed titlob test negattiv tal-Covid-19 jew ċertifikat tal-vaċċin qabel mat- turisti jaqbdu l-ajruplan għal Malta. Preżentament Malta ma għandha l-ebda pajjiż fuq il-lista l-ħadra, bil-maġġoranza tal- pajjiżi jinsabu fuq il-lista amber. Kif inhi l-liġi bħalissa, kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista amber għandu jipprovdi PCR Covid-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f 'Malta. Vjaġġaturi li jkunu ġejjin f 'Malta minn dawn il-pajjiżi u li jonqsu milli jipproduċu dan it-test ikunu sottomessi għall- ittestjar f 'Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina. Malta se tkun qed tagħmel l-istess mill-1 ta' Ġunju...