Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
15 kultura illum • IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 Sebastjan għall-maħżen ta' San għeżież għal Qriema MARIANNA CALLEJA "Mela t-Tnejn noħorġu l-patrun. L-Erbgħa u l-Ħamis imorru l-marċ. Is-Sibt wara ġ-ġiġġifogu mmur ndur ir-raħal ma' sħabi u l-Ħadd filgħodu nmorru niċċelebraw bil-kbir. L-irqad mhux importanti, imma nistrieħ it wara nofsinhar biex filgħaxija inmur nimxi fil-purċissjoni wara l-kbir." Dik hi l-ġimgħa tal-festa għall- bosta. Il-ġimgħa tal-festa tvarja minn paroċċa għall-oħra iżda ħafna jkunu qed jistennew sena wara l-oħra biex jaraw x'se joffru l-għaqdiet tar-raħal. Il-Qriema wkoll ikunu fuq ix- xwiek jistennew din il-ġimgħa, b'differenza li Ħal Qormi għandhom żewġ paroċċi u mhux waħda. Fil-fatt iż-żewġ paroċċi jiċċelebraw din il-ġimgħa b'mod differenti. Kulħadd jaf li bħal tal- Ħamrun jew tal-Belt Valletta, il-Qriema wkoll ikollhom xi it xi jgħidu minħabba dawn il- qaddissin. Imma ejja ninsew it il- pika u niddiskutu l-preparamenti li hemm wara l-organizzazzjoni ta' dawn iż-żewġ festi kbar. Matul il-ġimgħa tal-festa, il- Qriema bħal kull raħal ieħor, jżejnu it-toroq bl-istatwi u l-bandalori. Jlestu n-nar biex jinħaraq u jiħu żaqqhom għall-ikel tal-kjoskijiet li jsibu posthom fil-pjazzez. Għall-aħħar artiklu tal-'Ġimgħa Qormija', din il-gazzetta żaret lin- nies li huma l-moħħ wara l-armar tar-raħal. Sintendi ż-żewġ għaqdiet, kemm dik ta' San Sebastjan u anke dik ta' San Ġorġ. Laurence Zammit – Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Issa kien imiss lil ta' san Ġorġ biex jgħidu x'jagħmlu matul il-ġimgħa tal-festa. Fuq dan il-gazzetta tkellmet ma' Laurence Zammit, li bieżel bħal dejjem irnexxilu jsib ħin għal mistoqisjiet ukoll. Il-marċi tal-banda diġà huma parti integrali miċ- ċelebrazzjonijiet tal-festa imma f 'San Ġorġ hemm daqxejn ta' differenza. Il-paroċċa ta' San Ġorġ għal kuntarju tal-paroċċa ta' San Sebastjan għandhom żewġ għaqdiet tal-banda. Dawn huma L-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri magħrufin aħjar bħala Tal-Werqa u l-Għaqda Soċjo- Mużikali Anici. Dan kollu jfisser li l-pjanijiet ta' matul il-ġimgħa jkunu naqra differenti minn tal- Bastjaniżi. "L-għaqda tal-armar tibda bil-preparamenti fuq barra f 'Sette Giugno," spjega Zammit. Dan ma jfissirx li matul is-sena jieqaf ix-xogħol iżda fuq dan is- suġġett jgħidilna aħjar f 'filmat fuq illum.com.mt. Nibdew mill- ewwel ġurnata tal-ġimgħa fejn jinħareġ San Ġorġ martri m i n - n i ċ ċ a . It-Tlieta ma jkun hemm xejn pjanat min-naħa tal- għaqda imma tkun dedikata g ħ a l l - G ħ a q d a Piroteknika. L - E r b g ħ a t i b d a ċ-ċelebrazzjoni, dan għaliex skont Zammit jitella San Ġorġ fil-pjazza tal-Vitorja. Wara jsir l-marċ u dakinhar jdoqqu l-banda tal-Aniċi. Li jdoqqu l-Anici hi raġonevoli għax fil-qalba tal-Vitorja nsibu l-każin tal-banda tagħhom li nfetaħ fl-1987. Il-Ħamis jittella San Ġorġ fuq iż-żiemel fil-pjazza ta' San Franġisk, wara jerġa jsir marċ. Din id-darba jdoqqu Tal-Werqa, każin tal-banda li nfetaħ fl-1893 u li qiegħed ftit metri l-bogħod minn fejn jitla' San Ġorġ fuq iż- żiemel. Il-Ġimgħa jseħħ kunċert mill- banda Anici u l-kunċert mill- banda Tal-Werqa jseħħ is-Sibt. Is-Sibt filgħaxija imbgħad jkun hemm l-ispettaklu tal-logħob tan-nar. Ħal Qormi hu magħruf għall-kapaċità li għandhom iż- żewġ kamamar fil-piroteknika. Ħeqq hu fejn se tarah aħjar dan l-ispettaklu jekk mhux fil-festa? Taħt l-ġigġifogu u l-irdieden tan-nar, il-Ġorġjaniżi jieħdu l-aħħar pinta birra għall-kwiet għax l-għada jibda l-briju kif tmiss il-liġi. Filgħodu, fl-aħħar Ħadd ta' Ġunju, f 'Ħal Qormi jkun hemm żewġ marċi, wieħed għal banda Tal-Werqa u l-ieħor għall-Anici. Din id-darba l-baħar aħmar jinqasam wieħed fin-naħa ta' fuq u l-ieħor fin-naħa t'isfel ta' Ħal Qormi. Filgħaxija din il-qasma tintesa' u flimkien jingħaqdu għall-purċissjoni fejn tlett baned idoqqu u jfaħħru lil San Ġorġ. It-Tnejn, l-aħħar ġurnata ta' ċelebrazzjoni permezz ta' xalata u mit-Tlieta jerġa jibda' ix- xogħol għas-sena ta' wara.