Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
16 letteratura IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-qagħda żvantaġġjata tal- letterati Maltin f'pajjiżhom Fejn tibda u tintemm il-letteratura politika? Bħalma bassru bosta persuni midħla tax-xena letterarja tagħna – mhux l-inqas jien ġaladarba m'għandix l-għażla li ma nsegwix dawn l-episodji – il-kontroversji rigward il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura (PUEL) tul dawn l-aħħar jiem komplew jirrankaw qatigħ. U kif spiss jiġri meta tasal xi okkażjoni ta' xi premju letterarju – daqqa fil- miuħ u daqqa fil-magħluq – ma naqsux is-suppożizzjonijiet, il-malintiżi, l-allegazzjonijiet, l-akkużi, il-battibekki, u l-bqija. Tassew bħalissa qiegħed ngħix bit-tama – u nispera li did- darba ma mmutx bil-piena – li jiġri x'jiġri fil-jiem li ġejjin ma jirreputax ruħhom ċerti stejjer komuni tas-soltu li minn daqqiet saħansitra, jaħasra, sfrattaw il- kollaborazzjonijiet letterarji u ġieli adirittura kissru l-ħbiberiji personali bejn il-partijiet interessati. Madankollu nnotajt ukoll għadd ta' żviluppi pożittivi, bħal pirkażu l-pubblikazzjoni ta' ċertu materjal relevanti u utli, kritiki u suġġerimenti kostruttivi kif ukoll, għall-inqas għal darba, turiji ta' solidarjetà u xewqat sbieħ bejn il- kittieba li ntlaqtu, tajjeb jew ħażin, mid-deċiżjonijiet pjuttost dubjużi li ktibt dwarhom ġimgħa ilu. Aktarx l-iktar żvilupp konkret kien il- pubblikazzjoni minn Alfred Sant tal-korrispondenzi li saru bejnu u r-rappreżentanti ewlenin tat- tliet entitajiet responsabbli mill- fondi tal-PUEL, voldieri l-Kunsill Ewropew tal-Kittieba (KEK), il-Federazzjoni tal-Pubblikaturi Ewropej (FPE) u l-Federazzjoni tal- Bejjiegħa tal-Kotba Internazzjonali u Ewropej (FBKIE). Tabilħaqq għaldaqstant issa nistgħu ngħidu li dan il-każ – bis-saħħa ta' dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom – seħħlu jasal sal-ogħla qċaċet amministrattivi ta' dan il-premju letterarju Ewropew. Fil-fehma tiegħi l-ittri inkwistjoni xeħtu dawl siewi ħafna fuq il-veduti – uħud minnhom f 'lokhom mentri oħrajn inqas – ta' bosta partijiet interessati, qabelxejn fuq dawk t'Alfred Sant u dawk ta' dawn it-tliet ġesturi. F'dawn l-interventi uffiċjali Sant ilmenta li r-regoli uffiċjali tal-PUEL imkien ma jispeċifikaw, la b'mod impliċitu u lanqas b'mod espliċitu, li dan il-premju huwa "apolitiku". Żied jgħid illi dan il-kriterju it li xejn jagħmel sens għax li jħoll u jorbot kollox għandu jkun, fl-aħħar mill-aħħar, il-livell tal-kontenut letterarju mressaq mill-awturi u mhux in-natura tal-pubblikaturi tagħhom. Bl-istess argument, kompla jargumenta Sant, ikun jenħtieġ jiġu esklużi mill-PUEL pubblikaturi affiljati mal-knejjes, mat-trejdunjins u l-bqija. F'intervent ieħor t'Alfred Sant, din id-darba fuq Twitter, ingħatat ukoll tweġiba ċara għall-mistoqsija, pjuttost retorika iżjed milli ħaġ'oħra, li staqsejt hawnhekk il-ġimgħa li għaddiet dwar jekk kienx hemm xi pubblikazzjoni tas-Sensiela Kotba Soċjalisti (SKS) li ngħatat il-ġenb mid-deċiżuri tal-premju. Filfatt issa ħareġ fid-dieher illi difatti wieħed mix-xogħlijiet letterarji skwalifikati kienet il-ġabra ta' stejjer ta' qosra Għall-Glorja tal-Patrija ta' Alekx Farrugia – mitbugħa proprju mill- SKS – li din is-sena rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija rispettiva tagħha. Fil-biċċa l-kbira tal-oġġezzjonjiet imressqa minn Sant ma nsib xejn ħażin. Anzi, b'mod ġenerali nemmen bis-sod illi l-ilmenti ta' Sant huma tabilħaqq validi u ġġustifikati bis-sħiħ. Madankollu, forsi Sant seta' evita ċertu diskors kemxejn affrettat, bħal ngħidu aħna forsi d-deskrizzjoni skjetta tal- każ bħala "manuvra" u "skandlu" jew l-insinwazzjoni li did-darba fil-proċess tal-għażla bilfors kien "hemm xi ħaġa tinten". Ibda biex suġġerimenti bħal dawn – ġaladarba lkoll nafu ben tajjeb kif aħna – taw lok aktarx xejn f 'loku għal spekulazzjonijiet u teoriji ta' konfoffa pjuttost imġebbda, tant illi ċerti kummentaturi saħansitra mbagħad żeffnu fil-kredu l-ismijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti! Mill-banda l-oħra, it-tweġiba konġunta ta' dawn it- tliet entitajiet ngħid għalija sibtha daqstant ieħor akka, adirittura inkwetanti. Qabelxejn, fir-rispons tagħhom imkien ma dehret xi rieda li ssir reviżjoni ta' din ir- rakkomandazzjoni esklużiva jew inkella, almenu, xi diskussjoni miuħa viżavì l-merti tar-rationele illi ggwida dina l-esklużjoni arbitrarja. Mhux talli dan ma sarx, talli it-tliet entitajiet inkwistjoni tawna wkoll ħafna x'nimu li mis-sena d-dieħla biħsiebhom jikkonvertu dan il-prinċipju konswetudinarju u impliċitu f 'regola formali u espliċita ħalli ma tibqa' ebda ambigwità f 'dan ir- rigward. Madankollu dawn it-tlieta stiednu lill-eks mexxej Laburista biex jiddiskutu miegħu – għandna nimu wiċċ imb wiċċ fil-privat – l-ilment imqajjem minnu u minn diversi osservaturi letterarji. Għaldaqstant tajjeb illi meta jasal il-waqt inkunu nafu x'ser ikun sewwasew l-eżitu aħħari ta' din il- laqgħa. Iżjed minn hekk, nistieden ukoll lil Sant kif ukoll lid-diriġenti tal-SKS u tal-PIN sabiex jipproponu reviżjoni sħiħa tar-regoli uffiċjali tal- PUEL, b'mod speċjali fir-rigward ta' żewġ kundizzjonijiet dubjużi oħra: l-ineliġġibiltà awtomatika tal- awturi li jaħdmu fl-istituzzjonijiet u fil-korpi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll – daqsinsew – ta' dawk il- kittieba li tul it-tmintax-il xahar li jinzertaw jippreċedu l-proċess aġġudikattiv jkunu ppubblikaw inqas minn żewġ xogħlijiet letterarji jew inkella iżjed minn erbgħa. Minn stqarrija mogħtija lill-ġurnal MaltaToday minn wieħed mill- membri tal-ġurija, voldieri Albert Marshall, tħabbar ukoll illi kaġun ta' dawn ir-regoli – sewsew minħabba dina l-klawsola speċifika ta' inqas- minn-tnejn-iżda-mhux-ikt ar- minn-erbgħa – pubblikazzjoni tal-awtriċi Clare Azzopardi sfat ukoll imwarrba sa mill-bidu nett mil-lista qasira mħejjija għal dan Ittra 1: Il-korrispondenzi bejn Alfred Sant u l-PUEL Ittra 2: Il-korrispondenzi bejn Alfred Sant u l-PUEL