Illum previous editions

ILLUM 16 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 Carmel Bonnici Il-qawmien taċ-ċinema Awstraljana (1) Għall-ħafna, l-Awstralja hu l-kontinent imbiegħed "ta' taħtna" fejn fis-snin 50 u 60, emigraw fih ħafna Maltin biex jaħdmu u jgħixu hemm. Meta nsemmu dan il-pajjiż ftit huma dawk li jafu li lejn nofs is-snin sebgħin inħoloq moviment attivist fl-isfera taċ-ċinema li l-prodott tagħhom kien l-għira ta' Hollywood! Għal żmien twil, l-Awstralja kellha moviment ċinematografiku mħarrek li iżda ma kienx jgħodd għall-bqija tad- dinja. Hemm, l-industrija tal-films bdiet tirranka ġmielha fis-snin 30 u l-produttur u direttur Ken G. Hall, bl-istudjo tiegħu Cinesound Studios, kienu joħorġu films popolari lokalment. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, investiment li għamel l-Ingliż J. Arthur Rank (tal-kumpanija rinomata The Rank Organisation) temm l-involviment ta' Hall fil-produzzjoni. L-aqwa direttur magħruf ta' dan il- kontinent sas-snin ħamsin kien Charles Chauvel, imma anki l-produzzjonijiet tiegħu ftit li xejn ħarġu barra l-pajjiż. Nista' ngħid li kien hemm eċċezzjoni waħda – fl-1954 ħadem il-film Jedda, l-aħħar wieħed tiegħu, dwar storja ta' mħabba tal-Aboriġini, l-abitanti ndiġeni ta' dan il-kontinent. Dan ix-xogħol intwera fil-festival ta' Cannes, pero' fl- Awstralja ma marx tajjeb f 'termini ta' dħul. Fir-Renju Unit ħarġuh il-British Lion Films, l-istess anki f 'Malta u fl-Amerika, fejn semmewh Jedda The Uncivilised. Ħafna jqisuh bħala l-aqwa film Awstraljan sas-snin 70. Fit-tieni parti ta' dan ir- rapport nagħtikhom aktar tagħrif dwaru. Chips Rafferty kien forsi l-aktar attur tipikament Awstraljan li rnexxa f 'pajjiżu. Persuna soda li ma jittolerax ksuħat, li kien kapaċi jegħleb kull ostaklu wara li beda jaħdem sa mis-snin erbgħin u spiċċa anki fi produzzjonijiet Amerikani u Brittaniċi. Fis-snin ħamsin u sittin diversi films b'tema Awstraljana nħadmu fir- Renju Unit, partikolarment mill-Ealing Studios, fosthom The Overlanders, Eureka Stockade, The Shiralee u Robbery Under Arms, bl-attur Awstraljan Peter Finch li wara sar popolari u anki rebaħ l-Oscar wara mewtu. Dan apparti films Amerikani bħal On The Beach, bl-atturi Gregory Peck, Ava Gardner u Fred Astaire ġo sottomarin qrib il- kosta Awstraljana jistennew il-"fallout" wara gwerra nukleari li qerdet id-dinja. Summer Of The Seventeenth Doll b'John Mills, Ernest Borgnine u Anne Baxter (li marret tgħix hemm), dwar dawk li jaħdmu fil-kannamieli, The Sundowners, Robert Mitchum u Deborah Kerr, Chips Rafferty u oħrajn. Din il-vija laħqet il-quċċata tagħha fl- 1970 meta d-direttur Tony Richardson ħadem il-film Ned Kelly, kriminal/ folkloristiku maħrub mill-liġi flimkien mal-gang tiegħu, b'Mick Jagger fil-parti prinċipali bħala l-ħalliel/qattiel tat-titlu. Sena wara ħareġ Walkabout tad-direttur Nicholas Roeg, dwar żewġt itfal mitlufa fid-deżert Awstraljan li jkunu mgħejjunin minn wieħed Aboriġinu (l-attur popolari David Gulpilil li deher f 'ruxxmata ta' films ta' pajjiżu, fosthom il-wisq popolari Crocodile Dundee). Wara 20 sena ta' ftit sforzi qawwija u ebda suċċess, l-industrija tal-fims Awstraljani kienet tidher mejta u midfuna, sa l-aħħar tas-snin 60. Xi ħaġa kellha bżonn issir u bil-għajnuna tal-flus miġbura minn bwiet il-poplu, l-qawmien mirakuluż ċinematografiku beda bejn is- snin 1974/75. L-indikazzjoni pero' bdiet turi t-triq sa mill-1972 bl-avvenimenti spiritużi ta' Barry MacKenzie. Fis-sena 1974 wasal id-direttur Peter Weir li wara sar aktarx l-iżjed wieħed li mpressjona fl-irxoxt taċ-ċinema ta' dan il-kontinent ta' taħt. L-ewwel xogħol tiegħu, The Cars That Ate Paris kien film eċċentriku, umoristiku u anki xi ftit tal-biża'. Paris, hawn hija belt żgħira f 'nofs deżert abitata minn nies strambi. Ta' min ikun jaf li l-attur ewlieni tiegħu hu Terry Camilleri, li sirt naf li kien Għawdxi u anki baqa' jidher f 'films oħra ta' dan id-direttur meta wara mar fl- Istati Uniti. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 May 2021