Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 Ħames persuna li bidlu pajjiżhom Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il- ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Kofi Annan - 2003, Stati Uniti tal-Amerika Kofi Annan kien is-Segretarju Ġenerali tan-Ġnus Maqgħuda (UN). Waqt it-tmexxija tiegħu hu ħadem biex isaħħaħ rabtiet aktar b'saħħithom mas-soċjetà ċivili fit-tfittxija għall-għanijiet tagħha ta' paċi, ġustizzja u drittijiet tal- bniedem. Il-Premju Sakharov li ingħata lil Annan, onora b'mod partikolari l-istaff tal-UN, li jaħdmu bla heda għall-paċi fid-dinja, ħafna drabi taħt kundizzjonijiet diffiċli. Il-premju ngħata wkoll b'tiira speċjali ta' Sergio Vieira de Mello. Dan kien il-Kummissarju tal- UN għad-Drittijiet tal-Bniedem li, waqt li kien qed iservi bħala r-rappreżentant speċjali ta' Kofi Annan fl-Iraq, kien fost dawk li nqatlu f 'attakk fuq il-kwartieri ġenerali tal-UN f 'Bagdad fl-2003. Fl-2005 Kofi Annan ippreżenta lill-Assemblea Ġenerali tal-UN rapport, li fih iddeskriva l-viżjoni tiegħu għal riforma komprensiva u estensiva tal-UN. Fost miżuri oħra dan irriżulta fil-ħolqien ta' Kunsill ġdid tad- Drittijiet tal-Bniedem biex jieħu post il-Kummissjoni l-antika dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. L-għan kien li jissaħħaħ il-makkinarju tal-UN għall- promozzjoni u l-protezzjoni tad- drittijiet fundamentali u għat- trattament ta' delinkwenti ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem. Fl-2007, wara li temm żewġ termini bħala Segretarju Ġenerali tal-UN, Annan sar involut f 'diversi organizzazzjonijiet li jiffokaw fuq kwistjonijiet globali u Afrikani. Mill-2013 sal-2018 huwa kien il- President ta' 'e Elders', grupp ta' mexxejja tad-dinja indipendenti mlaqqa' propju minn Nelson Mandela. L-għan kien wieħed, li jaħdmu flimkien għall-paċi u d-drittijiet tal-bniedem. Kofi Annan miet f 'Awwissu tal- 2018, fl-età ta' 80 sena. Fi stqarrija wara mewtu, António Guterres, is-Segretarju Ġenerali attwali tal-UN, iddeskrivih bħala "forza ta' gwida għat-tajjeb." Ali Farzat - 2011, 'Rebbiegħa Għarbija', Sirja Ali Farzat hu satirista politiku li dejjem imbutta l-konfini tal-libertà tal- espressjoni fis-Sirja. Ħafna minn xogħlu jikkritika r-reġim u l-forzi tas-sigurtà li minn dejjem waħxu lil poplu Sirjan. Imwieled f 'Hama, Sirja fl-1941, Farzat ippubblika aktar minn 15,000 karikatura f 'gazzetti Sirjani u internazzjonali. Rebaħ numru ta' premijiet fosthom għall- karikaturi ta' dittaturi bħal Saddam Hussein u Muammar Gaddafi waqt li ħakmu l-Iraq u l-Libja rispettivament. Hekk kif ir-Rebbiegħa Għarbija laħqet is-Sirja fl-2011, Farzat sar aktar dirett fl-attakki tiegħu fuq figuri tal-gvern, partikolarment il-President Bashar al- Assad. Il-poplu Sirjan saħansitra xejru l-karikaturi tiegħu fit-toroq fil-protesti tagħhom kontra r-reġim. Wara l-publikazzjoni tal-karikatura ta' Assad jitla' fil-karozza mad-dittatur Libjan Muammar Gaddafi, waqt li qed jaħrab b'veloċità kbira, Farzat ġie attakkat fil-Pjazza Umayyad ta' Damasku. Huwa ġie msawwat minn irġiel b'wiċċhom mgħotti, li deliberatament kissrulu jdejh waqt li għajtu miegħu biex jirrispetta lill-President Assad. Ftit mumenti wara hu tilef sensih bis-swat. Farzat ġie marbut u mkaxkar fit-triq u wara tħalla fit-triq għall-mejjet. Eventwalment Farzat salva. Mhux biss irkupra l-użu ta' jdejh, iżda kisser il-barriera tal-biża' biex sar wieħed mill- aktar kritiċi ħorox tar-reġim, kemm permezz ta' kliemu kif ukoll bl-arti. Hu rebaħ l-premju Sakharov fl-2011. Fl-istess sena Ali Farzat żar Malta fejn ta bosta lezzjonijiet liż-żgħażagħ fl- MCAST, Istitut tal-Arti u l-Kreattività u anke fl-Universita ta' Malta. Dawn kienu organizzati mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f 'Malta, b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tar- Relazzjoni Internazzjonali u l-Istitut tal- Istudji Ewropej. Malala Yousafzai | 2013, Pakistani Fl-età ta' 11 –il sena hi bdiet il-ġlieda tagħha għad-drittijiet tal-bniet għall- edukazzjoni u kontra l-estremiżmu Taliban fil-Pakistan. Il-ġlieda ta' Malala għall-edukazzjoni bdiet meta kitbet djarju anonimu dwar il-ħajja ta' tifla tal-iskola taħt it-Taliban fil-Pakistan. Fl-2009 it-Taliban iddeċidew li l-iskejjel kollha tal-bniet fil-Pakistan għandhom jagħlqu waqt li l-armata Pakistana ġġieldet magħhom għall- kontroll. Malala u l-familja tagħha ġew sfurzati jaħarbu minn pajjiżhom. Meta rritornaw lura s-sitwazzjoni tas-sigurtà kienet ħafna aħjar. Fil-fatt Malala u missierha Ziauddin, li hu stess kien imexxi skola tal-bniet, komplew jippromwovu l-edukazzjoni tal-bniet minkejja t-theddid. Malala u missierha xtraw vann li fih kienu jieħdu l-bniet l-iskola. Kien propju f 'dan il-vann fejn Malala flimkien ma' żewġ studenti oħra ġew attakkati u midruba fl-2012. Sena wara, Malala ingħatat il-Premju Sakharov. Fl-2014 Malala ingħatat ukoll l-Premju Nobel għall-Paċi, "għall- ġlieda tagħha kontra t-trażżin tat-tfal u ż-żgħażagħ u għad-dritt tat-tfal għall- edukazzjoni." Dan għamilha l-iżgħar rebbieħa tal-Premju Sakharov kif ukoll tal-Premju Nobel. Fl-2017, Malala rreġistrat bħala studenta fl-Università ta' Oxford, ir- Renju Unit. Hija użat il-flus mill-Premju Nobel biex fetħet skola għall-bniet f 'belt twelidha fid-distrett Shangla fil- Pakistan. Fetħet ukoll il-Fond Malala. Il-Fond Malala jappoġġja edukaturi lokali f 'reġjuni fejn ħafna bniet qed jitilfu l-iskola.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021