Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 • illum Il-premju Sakharov - Ħames u lid-dinja F'għeluq il-mitt sena mit-twelid ta' Andrei Sakharov, il-gazzetta ILLUM tagħżel ħames rebbieħa favoriti tagħha tal-premju Sakharov, premju tal-Parlament Ewropew mogħti lill-ġellieda tad-drittijiet tal-bniedem. MARIANNA CALLEJA Qatt smajt bil-premju Sakharov? Jekk le, mela serraħ saqajk u prepara belgħa te għax l-istorja wara dan il-premju fiha naqra minn kollox. Rabja, dwejjaq, ferħ imma fuq kollox kuraġġ ta' iljun. Dan il-premju hu magħruf bħala l-Premju Sakharov iżda propjament jismu 'l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb.' Imsemmi għall-ixjentist, Andrei Sakharov, dan il-premju jonora individwi jew gruppi li ddedikaw ħajjithom għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-ħsieb. Il-premju Sakharov ġie stabbilit f 'Diċembru tal-1988 mill- Parlament Ewropew. Vera li dan il-Premju se jagħlaq 33 sena f 'Diċembru li ġej iżda l-persuna li dan il-premju ġie msemmi għalih, fil-21 ta' Mejju għalaq 100 sena. Fl-għeluq iċ-ċentinarju mit- twelid ta' Andrei Sakharov, il- Gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn uħud minn dawk li ġew mogħtija dan il-premju. Fil-fatt din il-gazzetta se tkun qed tħares lejn il-ħames eroj li f 'ħajtek għandek tkun taf bihom. Min hu Andrei Sakharov? Ara s-sit illum.com.mt Nelson Mandela - 1988, Afrika ta' Isfel Deskritt bħala l-ikona fil- ġlieda kontra r-razziżmu, Nelson Mandela mexxa t-transizzjoni storika tal- Afrika ta' Isfel li waslet għal demokrazija razzjali inklużiva filwaqt, li ppromwova opportunitajiet indaqs u paċi għal kulħadd. Flimkien mad-dissident Sovjetiku Anatoli Marchenko, huwa kien l-ewwel benefiċċjarju tal-Premju Sakharov tal- Parlament Ewropew fl-1988. Dak iż-żmien Mandela kien għadu miżmum taħt arrest mir- reġim tal-Apartheid fl-Afrika ta' Isfel. Ir-reġim kien ikkundanna lil Mandela għal 27 sena ħabs, għall-ġlieda tiegħu kontra r-razziżmu. Mandela kien membru attiv tal-Kungress Nazzjonali Afrikan u ko-fundatur tal- ewwel ditta legali b'avuakti ta' karnaġjon iswed fl-Afrika ta' Isfel. Iktar kemm l-Apartheid kibret u aktar kemm saret oppressiva, Mandela iktar sar attiv u militanti. Fil-fatt hu ġie kkundannat għall-għomru l-ħabs fl-1964 u finalment meħlus fl-1990, hekk kif ir-reġim tal-apartheid beda jċedi taħt pressjoni internazzjonali u domestika. Ftit wara l-ħelsien tiegħu, Mandela tkellem mal- Parlament Ewropew dwar il-ħtieġa ta' soluzzjoni ġusta biex l-Afrika ta' Isfel tiġi trasformata f 'pajjiż magħqud u demokratiku. Anzi l-attivist kien insista li "kwalunkwe soluzzjoni inqas tkun insult għall-memorja tal-għadd ta' patrijotti fl-Afrika ta' Isfel u l-bqija tar-reġjun tagħna, li ssagrifikaw ħajjithom". Fid-90ijiet, Mandela kompla jmexxi mhux biss bħala attivist iżda bħala President, mill-1994 sal-1999. Dejjem emmen li l-verità u r-rikonċiljazzjoni huma l-unika triq għall-paċi. Il-mewt ta' Nelson Mandela lura fl-2013 ġiet milqugħha b'niket kbir inkluż mill- Parlament Ewropew. Leyla Zana - 1995, Turkija L-ewwel mara Kurda li ġiet eletta fil-Parlament Tork, lura fl- 1991. Leyla Zana dejjem kienet minn ta' quddiem fil-ġlieda għad-demokrazija kif ukoll għad-drittijiet u d-dinjità tal- bniedem. Imwielda fl-1961, missierha kien bniedem konservattiv u pjuttost tradizzjonali tant li ppermettilha tattendi l-iskola elementari għal sena u nofs biss. Fl-età ta' 14 -il sena, hi sabet ruħha fi żwieġ isfurzat ma' Mehdi Zana, li kien 20 sena ikbar minnha. Il-quddiem hu sar is-sindku ta' Diyarbakir u aktar tard sar wieħed mill- priġunieri politiċi, konsegwenza tal-ħakma militari fit-Turkija, fit- tmeninijiet. L-ewwel darba li Leyla Zana intbagħtet il-ħabs, kien propju wara l-arrest tar-raġel tagħha. Leyla Zana kienet il-ħabs għal xahrejn wara li mexxiet protesta minn familji li kienu projbiti milli jżuru lil qrabathom fil-ħabs. Hija tgħallmet it-Tork bħala riżultat taż-żjarat tagħha lil żewġha fil- ħabs, iżda malajr tgħallmet li l-forzi tas-sigurtà kienu vjolenti aktar lejn kull min jitkellem bil- Kurd. Zana tgħallmet iktar minn sempliċi lingwa. Fl-età ta' 23 sena, hi kisbet iċ-ċertifikati tal-iskola kemm primarja u sekondarja. Dan kollu wassalha biex fl- 1991 hi tiġi eletta bil-kbir għall- assemblea Torka, iżda damet biss saċ-ċerimonja tal-ġurament. Hija ħadet il-ġurament bil- Kurd waqt iċ-ċerimonja tal- ġurament tagħha, fi żmien meta li titkellem il-lingwa tal-Kurdi fil-pubblika kien għadu reat kriminali. Minħabba dan ġiet ikkundannata għal 15-il sena priġunerija għal tradiment u sħubija fil-Partit tal-Ħaddiema Kurdi (PKK). Fl-1995, il-Parlament Ewropew taha l-Premju Sakharov bħala simbolu tal-ġlieda tagħha għad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità tal-poplu Kurd, imma ma setgħatx tiġbru għax kienet taħt arrest. Inħelset fl-2004 u kienet dik is-sena stess meta kkomunikat għall-ewwel darba mal-Parlament Ewropew. Leyla Zana tibqa' mfakkra għas-sehem tagħha fin-negozjati ta' paċi bejn il-mexxej tal-PKK Abdullah Öcalan u l-Gvern Tork, fl-2013 wara tliet deċennji ta' ġlied u kunflitti.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021