Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 • illum 'Il-PN qed jisfida t-tmexxija oxxena li hemm fil-ħabs'; mal-esperti u l-ġurnalisti Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' esperti u persuni li jaħdmu u li huma viċin il-priġunieri. X'jaħsbu dwar il-proposti tal-PN għall-ħabs? Fattibbli? Maħsuba tajjeb? YENDRICK CIOFFI Il-Partit Nazzjonalista ppubblika sett ta' proposti biex titjieb is-sitwazzjoni fil- Faċilità Korrettiva ta' Kordin wara ħidma mill-cluster tas- sigurtà, wieħed mill-gruppi li waqqaf il-PN biex jiddiskuti u joħroġ bi proposti f 'setturi u oqsma varji. Id-dokument, bit-tema: 'Għal Detenzjoni b'Dixxiplina u Dinjità," jispjega kif apparti t-tnaqqis fil-popolazzjoni tal- ħabs, il-proposti jaħsbu għal kundizzjonijiet aktar umani għall-priġunieri, ambjent tax- xogħol aħjar għall-gwardjani u s-serħan tal-moħħ li s-sitwazzjoni fil-ħabs tkun aktar ikkontrollata. Iżda lilhinn mill-Partit Nazzjonalista, x'jaħsbu l-esperti, dawk li jaħdmu direttament mal-priġunieri u dawk li tul is- snin investigaw u tkellmu ma' residenti jew eks residenti tal- ħabs? 'Jeħtieġ jibda jsir xi ħaġa mill-bidu u mhux fl-aħħar tas-sentenza biss' Dwar il-proposti tal-PN, partikolarment dik dwar akkomodazzjonijiet għall- priġunieri li jkunu waslu fl-aħħar tas- sentenza, għall-integrazzjoni mill-ġdid fis-soċjetà, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Charles Mifsud mill-Fondazzjoni RISe. Mifsud saħaq li ma jistax ma jaqbilx ma' din il-proposta meta ħames snin ilu, hu flimkien ma' Dun Franco Fenech, eks kappillan tal-ħabs, kienu waqfu l-Fondazzjoni RISe u bdew jilqgħu priġunieri, li jkunu waslu biex jiskontaw is- sentenza, f 'residenza fil-Belt Valletta biex jgħinhom jintegraw lura fis-soċjetà u jibdew jibnu ħajjithom qabel itemmu s-sentenza. Fil-fatt, tista' tgħid li din il-proposta ġiet ippruvata, b'Mifsud jisħaq li dak li beda bħala proġett pilota llum kiber għax ħalla suċċess. "Kien suċċess u għalhekk irridu nibdew nagħtuh iżjed ħsieb u nibdew nattwawh b'aktar serjetà," insista Mifsud. Fil-fatt, mill-2016 'l hawn, għaddew mill- programm tar-RISe madwar 60 persuna. "Ħadd minnhom ma ħareġ u sab ruħu bla saqaf fuq rasu jew inkella bla xogħol. Għalihom it-triq kienet faċli aktar minn min ħareġ direttament mill-ħabs," insista Mifsud. Fil-fatt, tul dawn is-snin, il-gazzetta ILLUM kellha diversi okkażjonijiet li titkellem mhux biss ma' dawk li jmexxu l-programm imma anke mar-residenti infushom li spjegaw kemm il-Fondazzjoni għinithom biex reġgħu bnew ir-relazzjoni mal-familji tagħhom u anke biex sabu xogħol. "Hemm ħafna iżjed xi jsir," insista Mifsud. "Irid jibda jsir xi ħaġa mill-bidu u mhux fl- aħħar snin tas-sentenza biss." Djar żgħar fil-komunità minflok ħabs tradizzjonali? Spjega kif il-Fondazzjoni RISe hija membru wkoll tar-RESCALED Movement, li taħdem fuq livell Ewropew u fost oħrajn temmen li l-ħabs tradizzjonali għandu jispiċċa u minflok ikun hemm djar żgħar fil- komunità. Mifsud saħaq li hemm pajjiżi, bħan- Norveġja, il-Belġju u anke l-Olanda li bdew jaħdmu fuq dan u qed ikollhom suċċess. Spjega kif fil-każ tan-Norverġja, ir-rata ta' reċidività, naqset minn 90% għal 20% fi it snin u fl-Olanda ngħalqu xejn inqas minn 23 ħabs. Qal li hemm ukoll pajjiżi li jħaddnu l-kunċett ta' 'open prisons' fejn fl-aħħar it snin tas-sentenza, il-priġunieri jitħallew joħorġu mill-ħabs biex, pereżempju, jmorru jaħdmu. 'Priġunier għandu jitlef biss il-libertà u mhux id-dinjità' "Priġunier għandu jitlef biss il-libertà u mhux id-dinjità," insista Mifsud. "Dawn il-pajjiżi marru għall-kunċett tar- rijabilitazzjoni u rintegrazzjoni." Tkellem dwar l-importanza ta' sentenzi alternattivi, fosthom dawk ta' tagging elettroniku. Fil-fatt Mifsud jaqbel ukoll ma' din il-proposta li qiegħed jagħmel il-PN u li l-Gvern diġà qal li qed jaħdem fuqha. Il-Partit Nazzjonalista qed jisħaq ukoll dwar l-importanza ta' aktar kundizzjonijiet umani għall-priġunieri. Mifsud insista li dan huwa importanti, għax fi kliemu, priġunier għandu jkollu drittijiet daqs kull bniedem ieħor. 'Hemm bżonn bidla fil-kultura qabel jinbidlu l-policies' Spjega kif hemm pajjiżi wkoll fejn saħansitra għandhom assoċjazzjonijiet, indipendenti mill-gvernijiet, li jirrappreżentaw id-drittijiet tal- priġunieri. "Bħalma hemm l-Ombudsman għaċ- ċittadini kwalunkwe, il-priġunieri jkollhom assoċjazzjoni li jmorru għandha jekk iħossu li d-drittijiet tagħhom ikunu qed jiġu miksura," kompla jisħaq Mifsud. Insista li aktar mill-kastig, wieħed irid jifhem il-bżonnijiet tal-priġunieri, biex ikun jista' jindirizzahom u jassigura li malli jtemmu s-sentenza, ma jerġgħux jaqgħu għall-kriminalità. Fuq kollox, Charles Mifsud saħaq li qabel bidla fil-policies, irid ikun hemm bidla fil-kultura, għax l-istigma għadha qawwija u mhux tgħin biex persuna terġa' tintegra fis-soċjetà. 'Il-PN ippropona mhux għall-voti imma għax ispirat mis-sewwa' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mal- ġurnalist Peppi Azzopardi li tkellem kemm- il darba dwar is-sitwazzjoni fil-ħabs. Kien pożittiv ħafna għal dawn il-proposti. Insista li l-PN qiegħed jisfida "t-tmexxija oxxena li hemm fil-ħabs bħalissa" u li Beppe Fenech Adami kellu l-kuraġġ li jagħmel proposti "mhux biex il-PN jakkwista l-voti imma għax ispirtat mis-sewwa." Fakkar li fil-prattika, il-PN qed jipproponi li l-priġunieri b'mard serju u persuni anzjani ħafna ma jibqgħux jiskontaw is-sentenza fil- ħabs kif, fi kliemu, qed jiġri bħalissa "b'mod vendikattiv." "B'mod konkret il-PN qed jgħid li għandu jinħoloq post fejn il-prigunier ikun jista jiltaqa' ma uliedu bogħod mill-ħabs għax mhux sewwa tara tfal ta' erba' snin li kull gimgħa jridu jmorru l-ħabs," insista Azzopardi. Faħħar ukoll il-proposta biex kull min għandu l-vizzju tad-droga ma jibqax il-ħabs imma jintbagħat f 'post fejn ikun jista' jfieq mill-vizzju. 'Priġunier jintbagħat f'pajjiżu jekk ikun irid hu' "B'mod konkret, il-PN qed jgħid li għandu jkun hemm iżjed djar, bħal dik immexxija mill-Fondazzjoni RISe, li għandha tkun ta' eżempju kif għandu jitmexxa ħabs, jiġifieri bl-imħabba, tant li minkejja li l-bieb ikun miuħ għal barra ħadd ma jaħrab," insista Azzopardi. Dwar il-proposta biex il-priġunieri barranin jintbagħtu lura pajjiżhom, Azzopardi qal li trid tkun spjegata aħjar. Insista li din għandha ssir biss jekk il- priġunier ikun jixtieq jagħmel hekk u jkun assigurat li dawn il-ħabsijiet "ma jkunux tal-biża' bħal ta' Malta jew agħar minn hekk." 'Il-proposta tal-Gvern għat-tagging elettroniku hija mnebbħa mill-populiżmu politiku' Qal ukoll li ma jaqbilx mal-PN dwar il-proposta biex jitkabbar il-ħabs. Fi kliemu, dan huwa sinjal ta' falliment. "Jekk il-ħabs ikun immexxi bl-imħabba u bir-rispett, il-priġunieri jirrifurmaw, inqas persuni jerġgħu jirritornaw il- ħabs u tonqos il-kriminalità. "Allura jonqsu l-priġunieri u l-ħabs jista' jiċkien." Qabel ukoll mas-sistema tat-tagging elettroniku, iżda insista li din ma għandha qatt issir kif inhi proposta fil-Whitepaper li ppreżenta l-Gvern. "Il-Gvern qed idaħħalha b'nofs kedda, imnebbħa mill-populiżmu politiku."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021