Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 kultura IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 • illum L-ARALDIKA: ARTI MKEBBSA MIS-SEKLI AMY BRIFFA, HERITAGE MALTA Għalkemm bħala Maltin ma rridux wisq biex għajnejna jaqgħu fuq xi arma l-ġmiel tagħha fost il- bosta li jżewqu l-faċċati, palazzi u knejjes fit-toroq ta' pajjiżna, xogħol l-artist li joħloq dawn il-kapolavuri spiss ikun inqas magħruf. Minkejja li msaltna minn tradizzjoni twila u mmexxija minn pataflun regoli li ffurmaw matul iż-żminijiet, id-dinja tal-araldika taf toffri għażla affaxxinanti ta' mergħat fejn il-moħħ kreattiv jista' jimraħ. Sabiex niem dan aħjar, tkellimt ma' erba' artisti araldiċi li bħalissa jpinġu armi araldiċi għall-Uffiċċju tal-Kap Araldista ta' Malta, imwaqqaf sentejn ilu taħt il-kappa ta' Heritage Malta u bbażat fil-Forti Sant'Iermu, il-Belt Valletta. Għeruq l-araldika jmorru lura sal-eqqel taż-Żminijiet tan-Nofs, madwar is-seklu 12, meta l-użu ta' armaturi sħaħ fil-kampijiet tal- battalja kien qed joħloq intopp biex jintgħarfu ħbieb minn għedewwa. Dan wassal għall-bżonn ta' sistema ta' identifikazzjoni, u għalhekk inħolqu l-ewwel armi araldiċi. Tul is-sekli li skorrew wara, l-użu ta' dawn l-armi evolva u b'hekk evolvew ukoll l-istili li fihom kienu jiġu mfassla. Minn mod sempliċi u prattiku ta' identifikazzjoni, minħabba l-użu tagħhom f 'turnej sas-seklu 15, bdew jiżdiedu ħafna aktar dekorazzjonijiet u pomperiji mal-armi, l-istil li probabbli ħafna minna l-aktar li nafu. Andrea Sacco Baldacchino, artist araldiku lokali, irrakkontali kif kien proprju dan il-livell għoli ta' dettall u l-istorja għanja li ġibduh lejn l-arti araldika. Huwa spjegali kif għalih kollox beda meta kellu jagħmel riċerka għal proġett personali li kien jirrigwarda armi araldiċi tan- nobbiltà f 'pajjiżna. Msaħħar mill-isbuħija ta' dawn l-armi, tħajjar imidd idu għal din l-arti. Iżda minħabba li f 'pajjiżna l-għarfien dwarha għadu qed jinbet, l-ewwel pass ta' Andrea kien li jirriċerka u jipprattika għal rasu. Maż-żmien iżda, wara li kkummissjona l-arma personali tiegħu, ġie f 'kuntatt u beda jitħarreġ mal-artist araldiku magħruf Spanjol Maestro Carlos Navarro. Appassjonat tal-istorja sa minn ċkunitu, Andrea spjegali kif fil- fehma tiegħu kull individwu għandu jkollu l-arma personali tiegħu. Fi kliemu, għalkemm jeżistu l-armi tal-kunjomijiet ta' pajjiżna, dawn ma kinux maħsuba biex jiffunzjonaw minflok armi individwali li juru dak li jagħmel persuna unika. 'L-araldika tinvolvi anke x-xjenza, għax fiha kollox fih sinjifikat. Pereżempju anke jekk fuq abjad u iswed, linji dritti juru li huwa kulur aħmar. Kull dettall fih ħsieb warajh, mhux kemm qbadt u ddisinjajt l-arma u daqshekk.' U kultant ikunu proprju l-iċken dettalji - bħal jekk iljun hux impinġi b'saqajh mgħollija jew imserrħa jew xi stilel fuq l-isfond tal-arma - li għalkemm għajn mhux mgħarrfa hemm ċans li lanqas biss tagħti kashom, jagħmlu d-differenza kollha. F'dan l-aħħar każ, Andrea semmieli kif armi Maltin spiss juru l-istilel, speċjalment fi gruppi ta' tlieta, bħala simbolu li dik il-familja hija Kristjana. Artista araldika oħra li tagħmel xogħol għall-Uffiċċju tal-Kap Araldista f 'pajjiżna hija Tania Crossingham, li tispeċjalizza fl- armi araldiċi medjevali. L-istorja tagħha mal-araldika tmur lura għal żgħożitha, meta kienet għadha tpinġi biss manuskritti illuminati. Għajnejha leqqew it aktar meta rrakkontatli kif waqt li kienet fit-tinda tagħha, fejn kienet qed tesibixxi xogħolha f 'fiera medjevali fl-Awstralja, persuna midħla tas-settur kienet ġibditilha l-attenzjoni li kien imissha tipprova l-arti araldika. Fi kliemha, l-illuminazzjoni u l-arti araldika huma aħwa li jikkumplimentaw lil xulxin. Hija stqarret miegħi li sakemm tgħallmet l-araldika l-paċenzja kienet meħtieġa sew, minħabba li din tinvolvi ħafna aktar regoli mill- illuminazzjoni, u għalhekk kellha bżonn it taż-żmien sakemm dak li setgħet u dak li ma setgħetx tilgħab bih. Bi tbissima ta' sodisfazzjon, iżda, qaltli kif illum il-ġurnata hi tħossha libera biżżejjed biex tesprimi lilha nnifisha f 'dak li tpinġi. Fost il-modi kif tista' tesperimenta, hija semmietli wkoll l-użu ta' materjali differenti, bħat-trab tal-mica li jagħti bixra metallika. "Għalija huwa importanti ħafna li nagħti lill-klijent xi ħaġa li hija speċjali għalih, li jħoss li jista' jgħaddi lil uliedu u wlied uliedu." Min-naħa l-oħra, l-artist araldiku Amy Briffa minn Heritage Malta titkellem ma' erba' artisti araldiċi li qed iżommu ħajja anke f'Malta din l-arti li tmur lura sal-eqqel taż-Żminijiet tan-Nofs, madwar is-seklu 12 meta l-użu ta' armaturi sħaħ fil-kampijiet tal-battalja kien qed joħloq intopp biex jintgħarfu ħbieb minn għedewwa. Dan wassal għall-bżonn ta' sistema ta' identifikazzjoni, u għalhekk inħolqu l-ewwel armi araldiċi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021