Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 aħbarijiet KONSULTAZZJONI PRELIMINARI MAS-SUQ ĊEKKJATUR TAL-ORTOGRAFIJA U L-GRAMMATIKA TAL-MALTI U SERVIZZI RELATATI L-iskop ta' din il-konsultazzjoni hu li tidentifika soluzzjonijiet diġitali potenzjali u operaturi ekonomiċi fis-suq li jistgħu jipprovdu ċekkjatur tal-ortografija u l-grammatika tal-Malti. Għal tagħrif ieħor idħol fis-sit etenders.gov.mt L-AVVIŻ TAL-OFFERTA: MHAL/01/2021 Dawk kollha interessati għandhom idaħħlu l-offerta tagħhom mis-sit tal-e-tenders mhux aktar tard mit-30/06/2021 f'12:00 C M Y CM MY CY CMY K Spell Checker Ad MT.pdf 2 27/05/2021 10:32 YENDRICK CIOFFI Il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja għadu kemm nieda skema li permezz tagħha s-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin se jkunu qed jingħataw għajnuna finanzjarja biex iwettqu proġetti li fost l-oħrajn itejbu l-aċċessibilità kif ukoll iżidu l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità. Għal din l-iskema ġiet allokata s-somma ta' €100,000 b'kull soċjetà tista' tibbenefika sa massimu ta' €10,000. L-iskema tħabbret waqt Konferenza tal-Aħbarijiet mill- Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli li matulha saħqet kemm is-soċjetajiet mużikali kellhom u għad għandhom "rwol importanti fl-iżvilupp kulturali u soċjali, partikolarment fejn jidħlu l-festi tradizzjonali fl-ibliet u l-irħula." Iddeskriviet il-każini tal-banda bħala pilastru ewlieni fil-qasam tal- volontarjat u faħħret ukoll l-impenn tagħhom fejn jidħol it-tagħlim tal- mużika b'xejn lil tfal u ż-żgħażagħ. "Huwa dover tagħna bħala Gvern li nkomplu nirrikonoxxu l-ħidma tagħhom permezz ta' għajnuniet bħalma hija din l-iskema," saħqet il-Ministru. Il-Ministru Farrugia Portelli żiedet tgħid li permezz ta' din l-iskema, se tkompli wkoll il- ħidma favur l-inklużjoni ta' persuni b'diżabbiltà. Saħqet li din l-iskema hi parti minn numru ta' inzjattivi li bħala Ministeru qed jieħu sabiex tkompli tissaħħaħ l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità. Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Matthew Vella spjega kif biex soċjetà mużikali tkun eliġibbli li tipparteċipa f 'din l-iskema trid tkun reġistrata mal- Uffiċċju tal-Kummissarju għall- Organizzazzjonijiet Volontarji u tkun konformi mal-liġi li tirregola s-settur volontarju fid-data tal- għeluq tal-applikazzjonijiet. Il- proġett li tressaq s-soċjetà mużikali jrid jippromwovi l-inklużjoni u l-aċċessibilità b'mod ħolistiku (wieħed jew aktar minn dawn l-elementi: aċċessibilità fiżika, intelletwali u/jew sensorjali). Se tkun qed tingħata kunsiderazzjoni xierqa lil proġetti innovattivi li jridu jkunu ta' xprun għall-kumplament tal-komunità. Kriterju ieħor huwa li s-Soċjetà Mużikali trid tkun attiva kif ukoll rreġistrata mal-Għaqda Każini tal- Baned. L-applikazzjonijiet għal din l-iskema jintlaqgħu onlajn sal- Ġimgħa, 30 ta' Lulju 2021. Aċċess għall-formola tal-applikazzjoni jista' jinkiseb mis-sit https://inclusion. gov.mt/socjetajiet-muzikali-iktar- inklussivi/ Kull każin tal-banda jista' jibbenefika minn għotja ta' €10,000 biex isir aktar inklussiv Il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-miżuri li ħabbar il-Gvern biex b'mod gradwali jibdew isiru xi attivitajiet soċjali u kulturali, ma jagħmlu l-ebda sens finanzjarju għall-artisti u kull min hu nvolut fis-settur tad-divertiment. Fi stqarrija, il-PN saħaq li flimkien mal-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-artisti, ilu jisħaq li dawn is-setturi għandhom jinfetħu b'mod u manjiera li filwaqt li jittieħdu l-miżuri kollha kontra l-COVID-19, dawn il-persuni jkunu jistgħu jibdew jiġġeneraw it dħul. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Karl Gouder saħaq li l-Partit Nazzjonalista jemmen li bin-numru ta nies vaċċinati dejjem qed jogħla, u b'kontroll sod ta' kull min qed jidħol f 'pajjiżna mill-portijiet tagħna, seta' jinstab bilanċ fin-numru ta' nies li jattendu attivitajiet. "Bilanċ bejn li nipproteġu s-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin iżda fl- istess ħin tgħin lill-Artisti jibdew iqumu fuq saqajhom bil-mod," insista Gouder. Il-Partit Nazzjonalista temm jappella lill-Gvern sabiex kemm jista jkun malajr jiltaqa' mar- rappreżentanti ta' dawn is-setturi u jilħaq hehim raġonevoli sabiex kif ġara f 'kull settur ieħor, anki dan is- settur ikun jista' jibda jirkupra. 'Il-miżuri li ħabbar il-Gvern ma jagħmlu ebda sens finanzjarju għall-artisti' - PN

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021