Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 rakkont Sharon Calleja It-tfajla tas-Sajf (l-ewwel parti minn erbgħa) W ara li kien iggradwa, Frederick qatt ma kien reġa' ħares lura. Minn dejjem kien jinteressah ix-xogħol tal-bank, iċ- ċifri, numri u s-somom twal. U issa kellu ċ-ċans iwettaq dak li dejjem kien ħolom fuqu. Fil-bidu kien sab ħafna toroq magħluqin. Jaħseb 'l hawn. Jokrob 'l hemm. U kien daħal jaħdem ma' bank prestiġġjuż barra mir-raħal. Fil-bidu kien daħal bħala persuna li kienet tagħti l-għajnuna lil ħaddieħor. Iżda mbagħad kien tefa' moħħu hemm. Kien lagħaq lil min kien sab fin- naħa ta' fuq tas-sellum. Kien uża ħiltu kollha sabiex jilħaq dak li kien illum. Illum. Illum kellu l-bank tiegħu. Iva, tiegħu. U ħadd ma kien jindaħallu dwar kif kellu jmexxi. Frederick Lewis De Cezar ħareġ mill-bieba ta' wara tal-karozza s-sewda li waqfet eżatt quddiem il-bini għoli tal-ħġieġ. Filwaqt li l-karozza ried ikollok seba' għajnejn biex taraha, il-bini ta' biswitha ma tantx kien jonqsilha mill-preġju! Kien bini maestuż. Moħluq mill-għaraq ta' ġbinu. Bini li fih kien jinkorpora balla nies distinti, kollha jaħdmu id f 'id sabiex jilħqu l-istess għan. L-għan li dan il-bank De Cezar kien ser jilħaq il-quċċata ta' hemm fuq. Mhux tar-raħal biss. Iżda tal-pajjiż kollu. U ma tantx kien il-bogħod. Le, ma tantx kien fadal. In-numri tal-ishma tiegħu kienu dejjem qegħdin jiżdiedu ġmielhom. Kienu qegħdin joqorbu. Kienu ser jaslu. U eżatt malli ħareġ minn ġol- karozza, liebes libsa griża tad-ditta, biż-żarbun ilellex fid-dawl tax- xemx, għolla idejh lejn xagħru u uża pettne fittizja biex jirranġah. Għalkemm kien diġa għalaq il-ħamsin sena, Frederick Lewis De Cezar kien għad għandu qoffa xagħar ġmielha sewda u skura aktar mill-faħam, wiċċ ruxxan u sabiħ mingħajr tikmix u kien għad għandu ġisem qisu wieħed li għadu jagħlaq it-tletinijiet. Xuejh kienu kbar, magħmulin perfetti biex iżommu dawk is- sigarri ta' Cuba li tant kien iħobb. U għolla ħarstu 'l fuq. Tbissem waħdu. Is-sodisfazzjon qatt ma kien jonqos. Mhux xħin kien jara dik it- tabella kbira u wieqfa mal-bini tiegħu hemm fuq. It-tabella kienet tindika li l-bank kien tiegħu. Tiegħu. Iva. U hekk bħas-soltu, ħass l-istonku joqgħod f 'postu. Ħassu kburi. Ħassu eċċitat. Sellem lil dak il-ġuvnott irqiq li kien għadu qed iħares lejh b'ammirazzjoni, iżommlu l-bieba tal-karozza ħalli jidħol fil-bini maestuż tiegħu. U mingħajr ma ħares lura lejhom, mexa lejn il-bieb ewlieni tal-ħġieġ li kien qiegħed eżatt quddiemu, qalb l-ammirazzjoni u t-tpespis ta' bosta nies li nzertawh dieħel ġewwa. Ma tax kashom. Ma dawwarx ħarstu. Anzi, biex aħna nkunu għedna kollox, baqa' jħares fiss lejn il-bieb tal-bank. U daħal. Hemm ġewwa, kulħadd beda' jsellimlu b'qima. Kulħadd isejjaħlu minn taħt, kollha jafu li l-ilħna għoljin kienu jagħtuh fastidju. U mar malajr fl-uffiċju tiegħu. Dalgħodu kellu riħa ta' sapun ġdid. Sapun li kienet xtratlu dik il- qaħba li kien iżżewweġ xi snin ilu u li kienet telqitu qabel ma kien laħaq dak il-bniedem li hu llum. "Sur De Cezar!" sema' leħen is- segretarju tiegħu, ippanikjat iżjed mis-soltu, aġitat waħda sew. "Dan il-bonġu tiegħek, Nicky?" staqsieh Frederick, imur wara l-iskrivanija, jinjora l-veduta bellezza li kien hemm wara l-ħġieġ ta' warajh ta' bini urban imxerred ma kullimkien quddiem sfond ta' ħames muntanji kbar li kienu jilħqu s-sħab abjad imferrex f 'sema ċara ċelesti. "Problemi, problemi Sur De Cezar! Taf li l-ishma tal-Bank ta' Carlo telgħu aktar minn tagħna?" qallu Nicky iberraq għajnejh griżi mimlija vini ħomor riżultat ta' nuqqas ta' rqad. Nicky, għad li kien għadu kemm għalaq l-erbgħin sena, kienu jidhru kollha fuqu, u iżjed magħhom ukoll. Kellu wiċċu twil u abjad, xuejn bla kulur u kien twil għalxejn għax kien iżomm ruħu kemmxejn ħotbi. "Imma aħna ogħla minn tagħhom!" wieġbu Frederick, jaħseb f 'sigarru ta' Cuba u taqbdu leblieba għalih. "X'għandu x'jaqsam! Daqt jilħquna! Daqt!" kompla jgħidlu s-segretarju fidil li kellu. "Tieħux ħsieb u toqgħodx tinkwieta żżejjed sieħbi!" U dak il-ħin, ħabbat il-bieb tal- uffiċju. Mingħajr ma kellmu, Frederick għamel mossa lil Nicky, li mar minnufih jiaħ il-bieb malajr. U kien propju dak il-ħin li raha l-ewwel darba. It-tfajla li dejjem ħolom li jkollu. Riedha. Xtaqha. Kollha tiegħu. Tiegħu biss. Kellha wiċċ perfett qisu ta' xi pupa. Għajnejha kemmxejn imġebbdin 'l fuq u kbar skuri. Xuejn żgħar imma ffurmati sbieħ. Samranija. Qamħija. Beda jxebbaħha ma għalqa qamħ sabiħ, jiċċaqlaq maż-żiffa tar-riħ taħt ir-raġġi fietla tax-xemx. Kienet liebsa libsa bajda bil-uri. Kienet qisha ura tax-xemx. It-tfajla. It-tfajla tas-Sajf. "X'għandek bżonn Sinjorina?" staqsieha Nicky, b'leħen baxx. "Eeeee, naħseb ħabbatt ħażin..........ġejt biex nagħmel intervista........naħseb ħabbatt bieb ħażin!" weġbitu, tinfixel għall- aħħar. Daret biex toħroġ. Frederick innota li sidirha kbir kien iċċaqlaq mal-moviment u tbissem bilmod waħdu. "Le tajjeb ġejt. Tajjeb ġejt!" weġibha, jinjora l-ħarsa stramba ta' Nicky. Dak baqa' b'ħalqu miuħ għal mod ta' kif kien laqagħha Frederick. Mhux hekk tgħid! Ma kienx ser joqgħod jagħmel l-intervisti hu! Is-Sur Frederick Lewis De Cezar! Zekzek xuejh waħdu, baxxa rasu u telaq 'l barra. Kienet għoġbitu! Żgur għalhekk! U hekk kif kien qed jagħlaq il- bieb warajh, ra lis-Sinjorina tpoġġi bilqegħda faċċata ta' Frederick. U l-ħarsa tal-imgħallem tiegħu xejn ma kienet għoġbitu. Ara hu jħabbel moħħu fuq ix- xogħol u l-ieħor infixel għax kien ra dublett. "X'jismek?" staqsieha Frederick minn ġol-uffiċju. "Samira." "U?" "Samira Grech." "Għal liema pożizzjoni applikajt?" staqsieha. Għalkemm kien innota li kellu sigarru fil-ġenb tal-iskrivanija, għajnejh baqgħu mkaħħlin fuq din il-ġmiel ta' tfajla li kellu quddiemu. "Il-pożizzjonijiet kollha jogħġbuni." Tbissmitlu. Il-kamra xegħlet. U Frederick kien għoddu xeraq fil-bżieq tiegħu stess. "Taf li diġa qed togħġobni?" staqsieha, jqum bilwieqfa u jmur warajha, ir-riħa tal-fwieħa tagħha timlielu mnifsejh. "Mela nista' ngħodd ruħi ġewwa?" daħqet bilmod. "Żvelta wisq. Eżatt kif jogħġbu lili." U t-Tnejn ta' wara bdiet taħdem magħhom. U Frederick kien ħa ħsieb ilestilha l-uffiċju ta' ħdejh. Ma kienx jaf x'kienet tagħmillu. Ma kienx jaf għalfejn kien iħossu hekk. Imma din kienet tfajla............... Kienet it-tfajla tas-Sajf li dejjem xtaq. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021