Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 George Hyzler YENDRICK CIOFFI Il-postijiet tad-divertiment, ewlenin fosthom in-nightclubs, issa ilhom xhur li għalqu l-bibien tagħhom, b'uħud minnhom saħansitra anke sena, minħabba l-pandemija. Issa li Malta laħqet l-immunità tal-massa, u t-tilqim għadu għaddej b'ritmu mgħaġġel ħafna, qed iħejju u jittamaw li ma jdumux ma jerġgħu jiħu l-bibien tagħhom. Iżda mhux huma biss. Fil-fatt, minn sondaġġ xjentifiku li l-gazzetta ILLUM għamlet permezz ta' POLAR, jirriżulta li maġġoranza assoluta tal-poplu, jew aħjar kważi 74% tal-Maltin u l-Għawdxin, jemmnu li l-postijiet tad-divertiment, inkluż in- nightclubs għandhom jerġgħu jiħu l-bibien tagħhom għal dawk li huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19. Il-mistoqsija li l-gazzetta ILLUM poġġiet lil dawk li ħadu sehem f 'dan is-sondaġġ kienet: Taqbel li postijiet tad-divertiment għandhom jinfetħu jekk min jidħol fihom ikun imlaqqam? It-tweġiba kienet ċara hekk kif 21% biss qalu li ma jaqblux li dawn għandhom jinfetħu. 5% wieġbu li ma jafux. Kif tħabbar nhar il-Ġimgħa, filwaqt li attivitajiet ikkontrollati għal dawk li jkollhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin jistgħu jibdew isiru mill-5 ta' Lulju (bil-massimu ta' persuni li jistgħu jattendu se jiżdied kull ħmistax), l-udjenza trid tibqa' bilqieħda biex tinżamm id-distanza soċjali. Dan ifisser li l-parties, f 'postijiet tad-divertiment kif wieħed huwa mdorri bihom, għalissa ma jistgħux isiru u lanqas hemm indikazzjoni meta se jirritornaw. Ftit li xejn differenza fl-etajiet... Anke għax postijiet tad- divertiment huma mfittxija l-aktar miż-żgħażagħ, li ċċaħħdu minn ħafna affarijiet matul il-pandemija, wieħed kien jistenna li dawn se jkunu ħafna aktar favur il-uħ tal- postijiet tad-divertiment għal min hu mlaqqam, minn parteċipanti ta' etajiet oħra. Madanakollu, mill-istess sondaġġ ma jirriżultax li kien hemm xi differenzi kbar fl-etajiet. Fil-fatt, 75.8% taż-żgħażagħ li għandhom bejn is-16 u l-35 sena jaqblu li l-postijiet tad- divertiment jiħu għal min hu mlaqqam kompletament. Għall- istess mistoqsija, 74.2% ta' dawk li għandhom aktar minn 65 sena wkoll wieġbu favur u kienu 20.6% biss li wieġbu kontra. Anke jekk id-differenza hija minima, l-anzjani kienu aktar favur mill-bqija tal-parteċipanti dwar il- uħ tal-postijiet tad-divertiment għal min ħa l-vaċċin. 72.2% ta' dawn li għandhom bejn 36 u 50 sena u 73.4% ta' dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena huwa favur li l-postijiet tad-divertiment jiħu. Mill-banda l-oħra 21.5% u 22.2% (rispettivament) ma jaqblux. Hemm differenza bejn ir-reġjuni? Anke bejn ir-reġjuni it li xejn kien hemm differenza, għalkemm kien hemm inqas Għawdxin favur li l-postijiet tad-divertiment jiħu għal dawk imlaqqma, milli kien hemm f 'reġjuni oħra. Fil-fatt, kienu 67.7% tal- Għawdxin li ħadu sehem li wieġbu favur il-uħ tal-postijiet tad- divertiment. 24.5% wieġbu kontra filwaqt li madwar 8% ma kinux jafu jwieġbu. Simili għall-Għawdxin, kien hemm ir-residenti li jgħixu fin- nofsinhar tal-port, jiġifieri fil- lokalitajiet madwar il-Belt, il- Kottonera, il-Fgura u Ħal Tarxien, għalkemm xorta l-maġġoranza assoluta tibqa' favur. 69% ta' dawn il-parteċipanti wieġbu favur u 29% qalu li huma kontra. L-aktar favur kienu dawk li jgħixu fl-inħawi tat-Tramuntana tal-Port, jiġifieri dawk li jgħixu fil-lokalitajiet ta' Ħal Qormi, Birkirkara, il-Gżira, il-Ħamrun, l-Imsida, Pembroke, il- Pietà, San Ġiljan, San Ġwann, Santa Venera, Tas-Sliema, is-Swieqi u Ta' Xbiex. 79% tal-parteċipanti minn dawn il-lokalitajiet huma favur li l-postijiet tad-divertiment jiħu għal min ħa l-vaċċin. 16.3% biss kienu kontra. Il-persentaġġi fil-bqija tal- lokalitajiet jibqgħu simili, b'aktar minn 70% tal-parteċipanti jgħidu li huma favur il-uħ tal-postijiet tad- divertiment għal min ħa t-tilqima. L-irġiel aktar favur minn nisa... Kemm l-irġiel u anke n-nisa huma favur il-uħ tal-postijiet tad-divertiment għal dawk li laqgħu l-istedina u ħadu l-vaċċin, iżda bejn dawn iż-żewġ kategoriji d-differenza ħarġet xi it aktar. Fil-fatt, l-irġiel jaqblu aktar minn nisa dwar il-uħ tal-postijiet tad- divertiment. Bejn l-irġiel u n-nisa, is-sondaġġ sab differenza ta' kważi 13%. 79.8% tal-irġiel huma favur il- uħ tal-postijiet tad-divertiment għal min ħa t-tilqima. 16.1% huma kontra. Madwar 4% ma kinux jafu jwieġbu. Mill-banda l-oħra, fost il- parteċipanti nisa, 67.3% kienu favur il-uħ ta' postijiet tad-divetiment għal dawk imlaqqma. 26.7% kienu kontra u madwar 6% ma kinux jafu jwieġbu għal din il-mistoqsija. X'irrapportat l-ILLUM fl-aħħar ġimgħat? Matul l-aħħar ġimgħat u xhur, il-gazzetta ILLUM kienet minn tal- ewwel li bdiet titkellem ma' diversi stakeholders f 'Malta (mhux biss ma' sidien u operaturi ta' postijiet ta' divertiment), dwar kif iċ-ċertifikat tal-vaċċin jista' jkun strumentali biex jinfetħu attivitajiet li sa issa ma jistgħux isiru. Fost dawn, kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat dak li qed tipproponi l-kampanja Restart, li warajha hemm DJs u operaturi ta' postijiet ta' divertiment. Fil-fatt dawn ippreżentaw pjan lill-awtoritajiet tas-saħħa, mifrux fuq diversi xhur, biex b'mod gradwali, issa li l-pajjiż laħaq l-immunità tal-massa, jibdew jiħu mill-ġdid attivitajiet, inkluż postijiet tad-divertiment, għall-persuni li jkollhom f 'idejhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin u f 'postijiet liċenzjati fejn ikun jista' jsir kontroll. Il-kampanja Restart qed titlob biex fil-każ ta' dawn l-attivitajiet, in-nies ma jkunux obbligati jibqgħu bilqiegħda u allura ma tinżamx id-distanza soċjali, ġaladarba jkunu mlaqqma. Madanakollu, kif tħabbar nhar il-Ġimgħa, għalissa l-attivitajiet li jistgħu jiġu organizzati mill-5 ta' Lulju, se jkunu attivitajiet ikkontrollati, b'numru massimu ta' persuni li jistgħu jattendu u bilqiegħda. L-ILLUM tkellmet ukoll mad- DJ internazzjonali Joven Grech, magħruf aħjar bħala Tenishia, li tkellem dwar il-fatt li parties xorta waħda qed isiru fl-għelieqi u fuq il- bajjiet, mingħajr l-ebda kontroll jew restrizzjonijiet. Grech saħansitra saħaq mal-ILLUM li jekk il-postijiet tad-divertiment jinfetħu, anke għax fihom faċilment isiru l-kontrolli kollha neċessarji, dawn il-parties illegali se jieqfu u għalhekk ikun hemm inqas ċans li jinxtered il- virus. 74% tal-Maltin jaqblu li l-postijiet tad-divertiment jiftħu għal min ikollu f'idu ċ-ċertifikat tal-vaċċin Sondaġġ xjentifiku li l-gazzetta ILLUM għamlet permezz ta' POLAR juri kif il-maġġoranza assoluta tal-poplu, irrispettivament mill-età, jemmnu li l-postijiet tad-divertiment għandhom jiftħu għal min hu mlaqqam Iva 73.9% Le 21.1% Ma nafx 5% Taqbel li postijiet tad-divertiment għandhom jinfetħu jekk min jidħol fihom ikun imlaqqam?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021