Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 opinjoni illum • IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 davidcasa.eu Approvati! €90 Biljun Fond Soċjali Ewropew + Dawn il-fondi Ewropej se jgħinu direttament lill-familji, l-ħaddiema, liż-żgħażagħ lit-tfal u anke lin-negozji, persuni b'diżabbiltà, kunsilli lokali u għaqdiet, bi flus amministrati mill-Gvern Malti. €90 biljun f'fondi Ewropej It-Taljani u l-irġiel fost l-iktar li żaru Malta - It-turisti waqt il-lockdown parzjali... MARIANNA CALLEJA Matul ix-xahar ta' April, Malta kienet għaddejja mit-tieni lockdown parzjali tagħha. Madankollu dan ma jfissirx li t-turiżmu f 'Malta waqaf għal kollox f 'dan il-perjodu. Fil-fatt, filwaqt li l-Maltin kienu qed jitgħalmu kif jaħmu l-ħobż bil-banana, jiġġieldu mal-internet qabel xi meeting jew inkella jonfqu paga ta' xahar fuq xi xirja ħwejjeġ online, ġie innutat li turisti f 'Malta baqgħu jiġu kemm għal vaganzi u anke għal-skopijiet ta' xogħol. B'dan kollu f 'moħħna, tajjeb li ngħidu li April ta' din is-sena fl- ebda ħin ma ra l-istess ammont ta' turisti li kien ra April tal-2019. Nuqqas drastiku fin-numru ta' turisti kien innotat, iżda jekk tikkumpara sew mal-2020 diġà hemm titjib notevoli. Il-gazzetta ILLUM, analizzat iċ- ċifri li ħarġu mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq it-turiżmu f 'April u fi tliet punti se tispjega x'kienu l-aktar fatti interesanti li ħarġu minnhom. It-Taljani l-iktar li żaru Malta Matul ix-xahar ta' April, żaru Malta it inqas minn 11,300 turist. Kif diġà għidna qabel, dawn huma ċiċri jekk tikkumparahom mal-kważi 250,000 turist li ġew fl- 2019. Li hu interessanti mhux li f 'Malta kien hawn nuqqas fin-numru ta' turisti, għax din hija ovvja, iżda li kważi nofs it-turisti li ġew huma Taljani. Ir-raġuni għaliex hi sempliċi. Sena wara sena, il-maġġoranza ta' turisti li ġew Malta kienu jkunu Ingliżi. Tant hu hekk li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu nediet kampanja sħiħa għall-Ingilterra biss propju din is-sena. F'April tal- 2019 kienu ġew iktar minn 50,000 turist Ingliż f 'Malta. Madankollu l-Ingilterra għadha magħluqa sa issa u għalhekk l-Ingliżi ma jistgħux jiġu f 'Malta. It-tieni l-aktar li kienu jżuru Malta kienu t-Taljani. Fil-fatt f 'April tal-2019 ġew iktar minn 30,000 turist Taljan. F'April li għadda ġew it aktar minn 4,000 turist Taljan. Il- kumplament tat-turisti ġew mill- Ġermanja u Franza filwaqt li inqas minn 1,300 turist ġew minn pajjiżi barra mill-Ewropa. Il-medja ta' kemm turist iqatta ljieli f'Malta jitla' għal 17 –il lejl L-istatistika tal-NSO taqsam il-kategorija ta' "ljieli mqatta f 'Malta", fit-tlieta; bejn lejl u tliet iljieli, bejn erba' ljieli u sitt iljieli u seba' ljieli jew aktar. Kemm fl-2019 u kemm din is- sena, il-maġġoranza ta' turisti li ġew f 'Malta qattgħu aktar minn seba' ljieli f 'Malta. Minkejja dan, xorta ġiet innutata differenza waħda. Sal- 2019, il-medja ta' kemm turist iqatta ljieli f 'Malta kienet ta' sitt iljieli. Din is-sena il-medja ta' kemm turist qatta ljieli f 'Malta telgħat għal 17-il lejl. Turisti li ġew mill-pajjiżi li kienu fil-lista amber matul ix- xahar ta' April kellhom joqgħodu kwarantina la darba ma jurux test tal-COVID-19. Dan jaf kien fattur importanti f 'din l-istatistika. L-irġiel vjaġġaw iktar min-nisa lejn Malta Hemm affarijiet oħra li ħarġu m i n n dawn iċ- ċifri li juru bidla interessanti fil-mudell li kien ikollna fis-snin ta' qabel. Fosthom insibu li f 'April ta' din is-sena, l-irġiel vjaġġaw lejn Malta iktar min-nisa. F'April tal-2019, it inqas minn 130,000 turisti nisa żaru Malta. Kważi 20,000 elf iktar mill-irġiel (110,000). Din is-sena f 'April, it-turisti irġiel li ġew f 'Malta ammontaw għal it iktar minn 6,500. Numri simili dehru fix-xhur ta' qabel ukoll tant li f 'Marzu it inqas minn 7,000 turist ta' sess maskili żar Malta. Kemm ġew turisti f'Malta waqt li l-Maltin kienu għaddejin minn lockdown parzjali? Il-gazzetta ILLUM tanalizza n-numri maħruġa mill-NSO dwar it-turisti f'Malta fix-xahar ta' April

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021