Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 aħbarijiet 'Għandna l-Għaqda, in-nies u l-kamra imma ma nistgħux naħdmu n-nar u ħadd ma jrid jgħinna' Membri mill-Għaqda tan-Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu jitkellmu mal-gazzetta ILLUM... YENDRICK CIOFFI "Għandna l-Għaqda tan-nar, in-nies li huma entużjasti biex jaħdmu n-nar u saħansitra nħallsu l-kera għall-kamra tan-nar, imma ma nistgħux naħdmu n-nar u ħadd ma jrid jgħinna minkejja li ilna nsemmgħu leħinna." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM Andre Azzopardi, is-Segretarju tal- Għaqda tan-Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu. "Xbajna bid-Deputati tad- Distrett jgħidulna li se jgħinuna u mbagħad ħadd ma jagħmel xejn," saħaq Azzopardi. Insista li t-talba tagħhom hija li l-Gvern jgħinhom isibu post alternattiv minn fejn ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jaħdmu n-nar għall-festa ta' Santa Liena, għax minkejja li għadhom iħallsu l-kera għall-kamra tan-nar, li tinsab fl-inħawi tax-Xwieki, fil- limiti ta' Ħal Għargħur, permess biex jaħdmu u jaħżnu n-nar fiha, ma hemmx. Iżda din is-sitwazzjoni ma bdietx ilbieraħ u ilha ġejja mill- 2007, meta kienet seħħet splużjoni fl-istess kamra tan-nar li ħasdet il- ħajja ta' ħames persuni. Il-gazzetta ILLUM imxiet pass pass ma' Azzopardi, l-istorja ta' din l-għaqda tan-nar. Is-Segretarju tal- Għaqda spjega kif fl-1927 kienet twaqqfet is-St Helena Fireworks Factory. "Tista' tgħid li kienet pijuniera f 'ħafna affarijiet. Kienet minn tal-ewwel li daħlet id-daħna kkulurita, fost affarijiet oħra," saħaq Azzopardi. Sa qabel l-1982, din il-kamra tan-nar kienet tinsab fuq art tal- Kolleġġjata ta' Santa Elena, fejn illum hemm l-Iklin. Ġara li l-bini beda jersaq lejn il-kamra tan-nar u għalhekk il-Gvern kien tahom kamra tan-nar oħra fl-inħawi tax- Xwieki, fil-limiti tal-Għargħur, fil-post fejn l-Ingliżi kienu jaħżnu l-bombi u l-isplussivi. Fil-fatt, din l-art kienet maqsuma bejn żewġt ikmamar tan-nar. Parti ngħatat lis-St Helena Fireworks Factory u l-parti l-kbira lill-kamra tan-nar ta' Charles Briffa. "Dan kellu jkun post temporanju iżda nżamm dan il-post. Nassumi li dak iż-żmien ħassewhom komdi għax ngħiduha kif inhi, mhux faċli biex tmexxi kamra tan-nar minn post għall-ieħor," insista Azzopardi. Mat-traġedja tal-2007 kien miet ukoll l-interess Maż-żmien kien hemm żewġ inċidenti. Fl-1994 kien hemm splużjoni u fiha kienet mietet persuna. Il-parti tal-kamra tan-nar li ġġarfet kienet reġgħet inbniet. Madanakollu, l-akbar traġedja, li għadha tissemma sal-lum, kienet dik tal-2007 meta kienu mietu ħames persuni. "Wara dak l-inċident qisu kulħadd sparpalja. Anke il- Kumitat. Qiesu ħadd ma ried jissogra għalkemm il-parti li ġarrbet il-ħsarat reġgħet inbniet," saħaq Azzopardi. Fil-fatt, kien miet ukoll il-licencee, Vince Galea, apparti Sunny Borg, Richard Cardona, Paul Bonnici u Carmel Farrugia, Belti li kellu biss 22 sena u kien jaħdem in-nar ukoll għall- festa tal-Madonna tal-Karmnu tal- Belt. Minkejja dan kollu, il-kirja tal- art baqgħet titħallas sal-lum. Dan ifisser li l-art, sal-lum, għadha tgħajjat lis-St. Helen's Fireworks Factory. Sar ftehim mar-residenti ... aħna ma nafux x'inhu Mela allura għalxiex ma jistgħux jerġgħu jużawha? Azzopardi spjega kif fl-2008 kien tressaq Mandat ta' Inibizzjoni minn residenti, kontra ż-żewġt ikmamar. Fil-fatt kien twaqqaf il-permess tal-kamra tan- nar. Dan għadu jgħodd sal-lum. Apparti minn hekk, kompla jispjega Azzopardi, fl-2009 kienet infetħet kawża, fil-Qorti Ċivili, kontra l-Gvern u l-awtoritajiet, kawża li r-residenti kienu ċedew fl-2017. "Sar ftehim bejn il-Gvern u r-residenti. Dan il-ftehim aħna ma nafux x'inhu. Tkellimna ma' residenti u ma' Ministri u ħadd ma jgħidilna. Imma nistgħu nobsru x'kien la ċedew il- kawża," insista Azzopardi. Kien hawn li insista li għalkemm jifhem lir-residenti li ma jkunux iridu kamra tan-nar ħdejn id-dar tagħhom, appella lill-Gvern biex jgħinhom isibu post alternattiv minn fejn jista' jkun li jerġa' jibda jinħadem in- nar, anke għax issa reġa' hemm l-interess. 'Qabel l-elezzjoni tal-2008 saru studji iżda wara ntesa kollox' Fil-fatt insista kif is-Soċjetà Don Filippo Borgia (li tiġbor fiha l-għaqdiet kollha Karkariżi) għamlet tliet snin tiġbor biex xorta jkun hemm in-nar fil- festa ta' Santa Elena. Aktar tard twaqqfet l-Għaqda tan-Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu li għal dawn l-aħħar snin kienet qed tiġbor u tixtri n-nar għall- festa, anke jekk hemm membri tal-istess Kumitat li jaħdmu n-nar imma fi kmamar tan-nar ta' festi oħra. Azzopardi insista kif qabel l-elezzjoni tal-2008 kienu saru studji biex jinsab post alternattiv fejn il-kamra tan-nar setgħet tkun rilokata. "Imma wara l-elezzjoni miet kollox," insista. Kien hawn li s-Segretarju lmenta kif minkejja li jiġu mwiegħda ħafna għajnuna mid-Deputati tad-distrett ħadd minnhom ma ħareġ għonqu għalihom, kif għamlu deputati f 'distretti oħra ma' kmamar tan- nar rispettivi. Temm jappella lill-Gvern biex jgħin lil dawn id-dilettanti biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil din il- kamra tan-nar antika. "Hemm l-entużjażmu u lesti nibdew naħdmu. Sa issa għandna kollox imma ma għandna xejn fl-istess ħin," temm jisħaq. Andre Azzopardi - Segretarju tal-Għaqda tan-Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021