Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 Dawn l-artikli jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill- informazzjoni hawn provduta. Impatt Covid-19: Għal kull 100 ġuvni fqir hemm 118-il tfajla fil-faqar Konsultazzjoni Pubblika Onlajn consultations@mecp.gov.mt www.environment.gov.mt 2 ta' Lulju fit-15.00 Irriserva post sa mhux iktar tard minn nofsinhar tat-30 ta' Ġunju 2021 permezz ta' e-mail fuq: consultations@mecp.gov.mt Sottomissjonijiet mill-Pubbliku Gheluq tal-konsultazzjoni: 13 ta' Lulju 2021 Il-gazzetta ILLUM tanalizza l-istudju dwar id-differenza fil-faqar bejn is-sessi wara l-pandemija. MARIANNA CALLEJA "In-nisa kienu ċ-ċentru għar- rispons kontra l-COVID-19, hu biss ġust li issa l-mara tkun fil- qalba tal-irkupru ugwali." Hekk qalet ir-riċerkatriċi u analista veterana tal-EuroGender Jolanta Reingarde li fetħet id-diskussjoni dwar id-differenza fil-faqar bejn is-sessi wara l-pandemija. Fost l-iktar fatti ta' sustanza li ħarġu mid-diskussjoni li seħħet it- Tlieta 15 ta' Ġunju, hemm iċ-ċifri nnifishom kif ukoll spjegazzjoni tal-istudju li ħa f 'konsiderazzjoni wkoll metodi ġodda ta' xogħol bħal teleworking u negozji żgħar permezz ta' pjattaformi online. L-introduzzjoni ta' Jolanta Reingarde kienet waħda b'saħħitha u appoġġjata minn numru ta' statistika. Ir-riċerkatura u analista bdiet billi qalet li mill-ewwel numri hemm indikazzjoni ċara li kemm l-irġiel u anke nisa ġew milquta mill-COVID-19 speċjalment fejn jidħlu l-impjiegi. L-istudju juri li fil-bidu tal- pandemija ż-żewġ sessi sofrew kważi b'mod ugwali minħabba li t-tnejn urew żieda fir-rata tal- qgħad. Intant l-istudju juri wkoll li sas-sajf tal-2020, il-maġġoranza tal-irġiel li tilfu xogħolhom fil-bidu tal-pandemija kienu sabu xogħol ieħor. Dan l-effett kien imsejjaħ mill-analisti u r-riċerkaturi bħala "rebound". Ir-rata ta' rebound fl-irġiel kienet tajba u kif diġà għidna l-maġġoranza reġgħu sabu saqajhom iżda fil-każ tan-nisa r-rebound kien kważi ineżistenti. Issa faċli naqgħu għal numru ta' konklużjonijiet bħal, "u iva probabbli sabet ruħha komda d-dar u baqgħet hemm" jew inkella sempliċiment "sinjal li ma riditx taħdem." Madankollu jekk idaħħal saqajk fiż-żarbun ta' dawn in-nisa li sfaw bla xogħol intortament tista' tiem li hemm numru ta' raġunijiet għaliex qed isibuha diffiċli biex isibu xogħol. Fost ir-raġunijiet hemm l-iktar waħda li nisimgħu biha u dik hi t-tfal. Fil-pandemija numru ta' tfal sabu ruħhom jsegwu l-lezzjonijiet tagħhom fuq il-mejda tal-pranzu bil-pitazz taħt il-borma tal-ikel minflok f 'ambjent kwiet u sigur l-iskola. L-omm u l-missier dejjem jippruvaw jagħmlu li jistgħu u xi drabi jkollok tirrikorri għal metodi ġodda ta' xogħol biex tkompli taqla' lira bħal eżempju t-telework. It-teleworking solva abbundanza ta' problemi iżda bħalma qalet Jolanta Reingarde stess, ma nistgħux insejħulu 's-salvatur' u ninsew il- problemi li xorta ma ġewx solvuti. L-istudju ta' EuroGender wera li għal kull erba' sigħat li raġel jaħdem bla interruzzjonijiet, il-mara taħdem biss nofs siegħa. Dan kollu jwassal biex il-livell tax-xogħol ma jitlax b'rata sodifaċenti u ovvjament wieħed jiem li min iħaddem fl- aħħar mill-aħħar xogħol irid. L-istudju wera wkoll li 70% tal- persuni madwar l-Ewropa fuq bażi part-time tilfu xogħolhom fil- pandemija. Sal-2018, il-Eurostat irrapportat li 67% tal-part-timers fl-Ewropa kienu nisa allura mal- ewwel tista' tagħraf li l-maġġoranza minn dawk il-70% part-timers tilfu xogħolhom kienu għal darba oħra dawk ta' sess feminnili. Din id-diskussjoni ngħatat importanza wara li studju fuq is-sitwazzjoni preżenti u tbassir dwar il-faqar kawża tal-pandemija ġew ippubblikati. Id-diskussjoni kienet immexxija miċ-Chairman tal-Kumitat għad-Drittijiet tan- Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-Awstrijakka Evelyn Regner. Hi wkoll tkelmet fuq kif il-pandemija ħalliet implikazzjonijiet li mhux kulħadd qed jagħraf kemm huma ta' prijorità. B'dan kollu fuq moħħna, induru fuq il-Ġnus Magħquda (UN) u l-organizzazzjoni tagħhom (UN Women) iddedikata lin-nisa. Ir- rapport maħruġ minn UN Women reċentement, juri li l-pandemija sfurzat 96 miljun persuna f 'faqar estrem din is-sena, 47 miljun minnhom huma nisa u bniet. Dan iġib in-numru totali ta' nisa u bniet li jgħixu b'€1.57 jew inqas, għal 435 miljun. Iż-żieda fil-faqar ikkawżata mill-pandemija se żżid ukoll id- differenza fil-faqar bejn is-sessi - jiġifieri, aktar nisa se jiġu sfurzati f 'faqar estrem mill-irġiel. Dan huwa speċjalment il-każ fost dawk li għandhom bejn il-25 u l-34 sena. Sal-aħħar tal-2021, huwa mistenni li jkun hemm 118-il mara bejn il-25 u l-34 sena f 'faqar estrem għal kull 100 raġel tal-istess età globalment, u dan il-proporzjon jista' jitla' għal 121 mara fqira għal kull 100 raġel fqir sal-2030. X'tgħid il-Ġnus Magħquda?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021