Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba Dritt għal ħajja libera K ull wieħed u waħda minna għandu drittijiet fundamentali bażiċi li jappartjenu lilna lkoll sempliċement għax aħna umani. Dawn id-drittijiet jinkorporaw valuri ewlenin fis-soċjetà tagħna bħall-ġustizzja, id-dinjità, l-ug- waljanza u r-rispett u huma mezz importanti ta' protezzjoni għalina lkoll, speċjalment dawk li jistgħu jiffaċċjaw abbuż, negliġenza u iżolament. Minkejja li lkoll naqblu li kull persuna għandha dawn id-drittijiet, ir-realta' timpedixxi dan għal uħud minna. Qed nir- referi b'mod partikolari għal dawk fostna li għandhom xi forma ta' diżabilita' li għadhom sal-ġurnata tal-lum jiffaċċjaw għadd ta' ostakli li jimpeduhom milli jkollhom aċċess għal bosta affarijiet li huma meqjusa bażiċi f 'ħajjitna. Qatt waqa taħseb kemm l-iċken ħaġa li forsi inti tagħmel bla problemi ta' xejn, tista' toħloq problemi lil persuna b'diżabilita'? Dawn l-aħħar snin seta' jkolli apprezzament ħafna aħjar ta' dawn l-ostakli li għadhom jeżistu f 'kull attivita' li jagħmlu fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Hekk kif kont wegħedt, qed nara li nkun vuċi fil-Parlament Ewropew u llum il- ġurnata attiv ħafna f 'dan il-qasam. Fil-Kumitat tal-Petizzjonijiet jiena nservi bħala r-Rapporteur f 'isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi responsabbli minn petizzjonijiet marbuta ma' persuni b'diżabilità dwar l-aċċessibbiltà, il-protezzjoni soċjali u d-drittijiet tal-impjieg, u matul dan l-aħħar xhur kont qed naħdem fuq Rapport li jitkellem dwar il- protezzjoni li għandna nassiguraw li nagħtu bħala Unjoni Ewropea, liema rapport ġie approvat b'maġġoranza b'saħħitha mill- gruppi politiċi kollha fil-Kumitat matul din il-ġimgħa. Dan ix-xogħol jorbot ukoll u jikkumplimenta ix-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea f 'dan ir-rigward fejn fl-Istrateġija li ppreżentat f 'Marzu li għadda, elenkat tliet miri prinċipali li irridu nibbażaw il-ħidma tagħna fuqhom. L-ewwel u qabel xejn, li naraw li jkun hemm drittijiet tal- Unjoni Ewropea komuni, sabiex persuni b'diżabilità jingħataw l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra tal-Unjoni li jmorru jgħixu f 'pajjiż ieħor jew li jipparteċipaw fil- ħajja politika. Għal dan il-għan il-Kummissjoni proponiet li tinħoloq Karta Ewropea tad- Diżabilità għall-pajjiżi kollha tal-Unjoni li nemmen li se tkun pass kbir 'il quddiem għaliex se tiffaċilità r-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta' diżabbiltà bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, hemm bżonn li din il-Karta tkun obbligatorja fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment ħieles. It-tieni punt huwa li neżiġu li jiddaħlu miżuri li jassiguraw għixien indipendenti u awtonomija, għaliex persuni b'diżabilita' m'għandhomx ikunu kostretti jagħmlu għażliet li ma jridux, imma għandhom ikunu liberi biex jagħżlu fejn u ma' min iridu jgħixu. Biex jinkiseb dan, il-persuni b'diżabilità għandhom jingħataw kura ta' appoġġ u assistenza personali xierqa, sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà. L-iskemi ta' Assistenza Personali għandhom jipprovdu appoġġ personalizzat dirett biex jgħinu lill-persuni b'diżabilità jagħmlu l-attivitajiet tagħhom ta' kuljum fi djarhom, fil-post tax-xogħol u fil-komunità, fejn u meta meħtieġ, mingħajr limitazzjonijiet u restrizzjonijiet żejda. F'dan ir-rigward, qed nitkellem ħafna sabiex il-Kummissjoni Ewropea taġixxi biex timmobilizza l-investimenti u r-riżorsi essenzjali lill-Istati Membri biex jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizzi ta' kura u appoġġ, li għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id- Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità. It-tielet u l-aħħar punt li jgħaqqad kollox huwa l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u li nassiguraw opportunitajiet indaqs. Ir-Rapport li mexxejt 'il quddiem jien jenfasizza dawn id- diversi ostakli mqajma minn dawk li resqu 'l quddiem u ssottomettew il-petizjonijiet tagħhom, li huwa eżerċizzju li jagħtina tieqa żgħira fuq il-problem li jaffaċċjaw ta' kuljum u li aħna l-politikanti rridu naħdmu flimkien magħhom sabiex nindirizzawhom bl-aktar mod effettiv possibbli. Qatt ma kien u llum aktar u aktar mhux aċċettabbli li għadhom jeżistu ostakli biex persuni b'diżabilita' jkollhom aċċess ugwali għat- trasport pubbliku, binjiet, il- finanzjament, jew l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Huwa dmir tagħna, li jien kommess li nwettaq, li ntejbu l-ħajja tal-persuni b'diżabilità f 'Ewropa mingħajr ostakli u li nippromwovu l-inklużjoni soċjali u ekonomika u l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà, ħielsa mid- diskriminazzjoni u b'rispett sħiħ tad-drittijiet tagħhom fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor. Qatt ma kien u llum aktar u aktar mhux aċċettabbli li għadhom jeżistu ostakli biex persuni b'diżabilita' jkollhom aċċess ugwali għat-trasport pubbliku, binjiet, il-finanzjament, jew l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021