Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 aħbarijiet ADPD tipproponi li titrażżan l-industrija tal-bini u sistema sostenbbli ta' trasport pubbliku 'minflok karozzi kullimkien' L-ADPD twissi li l-konsegwenzi tal-bidla fil- klima fuq Malta jistgħu jkunu devastanti u takkuża lill-PN u lill-PL illi qatt ma ħadu din il-kwistjoni bis- serjetà ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Waqt konferenza max-xatt tal- Kalkara, ADPD - e Green Party sejjaħ għal bidla mill- qiegħ fis-sistema ekonomika u biex Malta tkun fuq quddiem fil-ġlieda urġenti kontra l-bidla fil-klima fid-dawl tar-rapport IPCC tan-Nazzjonijiet Uniti, ippreparat minn eluf ta' xjenzati minn madwar id-dinja, li ddikjara kodiċi aħmar għall- umanità. Iċ-Chairperson tal-ADPD Camel Cacopardo sostna illi għandna nimxu għal Malta li m'għandhiex dil-attività ta' bini intensiv "li issa ilna għaddejjin biha." "Is-settur tal-bini għandu jitrażżan minnufih u kull permess ta' żvilupp għandu jkun marbut li fl-istess bini tkun iġġenerata enerġija rinovabbli. Fil-każ ta' kull xorta ta' bini ġdid għandna nimxu lejn obbligu ta' bini li jkun carbon-neutral, jiġfieri li minnu stess tkun iġġenerata enerġija daqs kemm tkun ikkunsmata." Cacopardo sostna li hemm bżonn li nimxu lejn aktar effiċjenza fl- użu tal-elettriku u lejn sorsi nodfa ta' enerġija mix-xemx, mir-riħ u mill-mewġ malajr. "L-urġenza għal azzjoni hi dettata mill-fatt li Malta nnifisha hi fi stat ta' vulnerabiltà kbira," qal is-Segretarju Ġenerali ta' ADPD Ralph Cassar li tratta r-riskji li qed tiffaċċja Malta, u qal li hemm bżonn li min qed jimmina azzjoni konkreta dwar il-klima, kemm f 'Malta kif ukoll fl-UE jieqaf ifixkel l-mixja urġenti lejn ekonomija u dinja żero-karbonju. "Malta hija pajjiż vulnerabbli minħabba l-fatt li hi gżira bi żvilupp intensiv madwar partijiet kbar mill-kosta. Il-persuni l-aktar vulnerabbli, mit-tfal sal-anzjani huma dawk li qegħdin ibatu l-aktar minħabba l-bidla fil-klima. Qed ikollna u se jkollna iktar perjodi twal ta' sħana intensiva, li jiggravaw aktar ma jgħaddu is- snin. Riskju ikbar ta' nixfa, u fl- istess ħin il-it xita li tagħmel tiġi b'saħħa qawwija li żżid ir-riskju ta' għargħar," fakkar Cassar. Hu kompla jisħaq li bħala pajjiż se jkollna aktar nirien qawwija fil-it żoni msaġġra li għandna li jħalli effett kbir fuq il-fawna u flora ta' Malta, li mhux se jkunu jistgħu jaddattaw faċilment għal temperaturi aktar għoljin. Huwa qal ukoll li dawn il- bidliet se jfissru l-qerda ta' bajjiet, speċjalment dawk ramlin, aktar ma jogħla l-livell tal-baħar minħabba li qed jinħall is-silġ madwar id-dinja. "Il-livell tal- baħar jista' jogħla anke żewġ metri u iżjed sas-sena 2100 skont kemm se togħla t-temperatura minħabba l-emissjonijiet serra. Dan kollu jeffettwa l-użu tal-infrastruttura marittima fil- portijiet tagħna kif ukoll il-lokalitajiet żviluppati mal-kosta, kollha b'konnessjoni turistika." Spjega kif l-effett ieħor huma problemi u qerda ta' infrastruttura li ma tiflaħx is-sħana intensiva, fosthom infrastruttura tal- enerġija elettrika. L-ilma tal-pjan se jkompli jsir aktar mielaħ hekk kif jogħla l-livell tal-baħar. "Se naraw prezzijiet aktar għoljin tal-ikel, hekk kif is- sigurtà tal-ikel kemm Malta kif ukoll barra tiġi affetwata ħafna mit-tibdil fil-klima. Ir-riskji ta' kunflitti, anke fil-Mediterran se jiżdiedu hekk kif pajjiżi ma jkunux jistgħu ikampaw mat- tibdil fil-klima," bassar il-kelliem tal-ADPD Intant Cacopardo qal li l-partit ilu żmien jagħmel proposti konkreti fuq il-bidla fil-klima u jwissi dwar il-bżonn li tittieħed azzjoni immedjata. Huwa sostna li hemm bżonn li nibdlu s-sistemi tat-trasport għal waħda sostenibbli, "minflok traffiku, karozzi u tniġġis kullimkien." Huwa qal li hemm bżonn sistema ta' Bus Rapid Transit - jiġifieri karreġġjati li bħalissa jużawhom il-karozzi ikunu riservati biss għal tal-linja – 24 siegħa kuljum u bla ħlas. "Hemm bżonn nagħtu t-toroq lura lin-nies, toroq mimlija siġar, mimlija roti, scooters u nies, mhux mimlja vetturi." L-ADPD qed issostni wkoll li issa huwa l-aħjar żmien li t-turiżmu jiġi ristrutturat u ma jibqax jiffoka fuq masses "mhux sostenibbli". "Ma nistgħux nippretendu li pajjiżna jittieħed bis-serjetà u nistennew li ħaddieħor jieħu azzjoni meta l-Gvern Malti, wieħed wara l-ieħor, dejjem ra kif jipprova jiżgiċċa mill- obbligi tagħna – mill-Gvern Nazzjonalista li ra kif innegozja tnaqqis fl-obbligu ta' Malta għal enerġija nadifa minn 20% għal 10% sal-2020, għal dal- Gvern li qed jipprova jnaqqas l-obbligu ta' Malta għat-tnaqqis fl-emmissjonijiet minn 36% għal 19% sal-2030. Dawn il-manuvri ta' Malta juri kemm gvern wara ieħor qatt ma ħa l-bidla fil-klima bis- serjetà," temm jgħid Cacopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021