Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837
17 kotba illum • IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 Mark Vella mar jara l-addattament ċinematografiku ta' Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi u ħareġ sodisfatt. Għal min ma qarax il-ktieb, huwa film li jżomm mal-ispirtu tar-rumanz imma jtih żvolta ġdida ta' valur, u jipprova l-każ għal aktar tnebbih mil-letteratura Maltija għall-istejjer ċinematografiċi u televiżivi moħħha qasir tiżvinta f 'teatrin eżaġerat li jispiċċa jmeri l-ispirtu tal-analiżi ta' Vella Gera. Għax ir-rumanz tiegħu huwa politiku. Il-film idur aktar fuq l-aspett tal-pjan tal-attentat fuq Mintoff, anki għal skopijiet ta' azzjoni, imma l-istħarriġ ta' Vella Gera jfannad fil-karattru tal-Malti modern, iffurmat minn seklu u nofs ta' ġrajjiet politiċi, bil-firdiet fi ħdanu u l-problemi endemiċi li għadu jiffaċċja jmorru lil hinn mis- sempliċi partiġġjaniżmu (li wkoll għandu xi xorta ta'rwol, bla dubju), imma jduru l-aktar madwar il-flus u l-klassi, kif ukoll il-hangover post-kolonjali li jżommna dejjem inċerti mill- identità tagħna. Huwa ċar li kien hemm qari u fehim attent tar-rumanz: dan mhuwiex xi Dear Dom, fis-sakra papali għall-impożizzjoni ta' narrattiva mill-idjaq. Iżda marda tittieħed din: minbarra l-kitba li tiftaħ il-film, hemm mumenti kkonċepiti drammatikament b'mod superfiċjali jew inkella storikament falz. Il-laqgħat tal-konfoffa, li jsiru bl-Ingliż u li jduru eċċessivament mar-religio et patria, sempliċement biex tiġi inkwadrata l-kwistjoni tal- iskejjel tal-1984. Diskussjoni f 'każin Nazzjonalista taħt ritratt ta' Fenech Adami jagħti kolp tal- biljard li tiġi interrotta minn dagħa maħnuq u sparar ta' machine gun mill-bogħod (jew mill-qrib), u kull ma jagħmlu l-protagonisti u li jkomplu jixorbu l-birra u jgergru kontra l-gvern. Omm Sammut Petri, bil- laned tal-corned beef ippustjati strateġikament quddiemha, tissielet biex issajjar il-bukkun għax tal-merċa ma kien fadallu xejn, stil kjuwijiet Sovjetiċi. Żbalji jew għażliet li jistgħu jnaffru jew li jkomplu jimmitizzaw, b'effetti sew fuq min għex dawk iż-żminijiet, sew fuq min hu sajjem, imma l-aktar fuq veritajiet storiċi essenzjali. Għax in-narrattiva kollox, imma hawnhekk il-film jerġa' jiġbor ġieħu f 'xena importanti, fejn Sammut Petri, li qed jagħmilha ta'Taljan fuq vapur bejn Malta u Sqallija, jiltaqa' ma' tarznar Malti li jgħidlu li pajjiżu għadu żagħżugħ, u minkejja l-problemi kollha, għandu impjieg u saqaf fuq rasu, imma n-Nazzjonalisti u l-Knisa jridu jxekklu lill-gvern li tahomlu. Reljić hawn jikkonfermah il-qari serju, anki politiku, tat-test, u għalhekk jistgħu jinħafru ċertu nuqqasijiet li donnhom saru biex jinftiehmu minn udjenza barranija, speċjalment fil- mumenti tal-info dump storiko- politiku, u anki l-użu żejjed tal- Ingliż jew inkella l-Maltingliż mhux iddożat fil-biċċa l-kbira tal-film. Temi kbar u ibsin biex taqlibhom kollha għall- pellikola, iżda dan fl-aħħar mill- aħħar jirnexxi għaliex Reljić kien kapaċi jidħol fil-qalba tar-rumanz u anki jipproponi żvolta ġdida lin-narrazzjoni li tispiċċa ssaħħaħ il-mottivi tal- ktieb. Sriep ta' Vella Gera huwa wkoll saga dwar il-missirijiet u wliedhom, u tmiemu jieħu t-trajjettorja tipika tal-anti-eroj tar-rumanz modern li jispiċċa jaħrab minn pajjiżu, fil-każ ta' Noel flimkien ma' ibnu u lil hinn minn mara li ma setgħetx tinqala' mill-klassi tagħha. Il- film jirrivoluzzjona l-karattru ta' Frances Tabone, b'wirja qawwija li tara 'l bint il-kuntrattur eks- attivist idealista ddur kontra missierha u tieħu sehem fit- tiftixa għall-verità. Liema verità ma tinstabx, għax did-darba l-anti-eroj m'għandu la l-privileġġ li jaħrab, la li jirtira, wisq anqas li joqtol lilu nnifsu, u dan x'aktarx huwa l-akbar mertu ta' Reljić fl-iskript ta' dan il-film. It-tmiem sorpriża u f 'waqtu jsolvi l-ġrajja b'mod differenti minn tal-ktieb u jrodd dimensjoni ġdida lid-direzzjoni tan-narrazzjoni tipika Maltija, imma b'dan il-mekkaniżmu jirnexxielu jissiġilla r-rebħa tal-flus u s-setgħa u d-dettat ineżorabbli tagħhom.