Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 kultura IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 • illum MARIANNA CALLEJA Ejja ngħidu li f 'univers ieħor ma ġejniex ngħixu fuq din in-naqra ta' ċaqgħa f 'nofs il-Meditteran. Ejja ngħidu li f 'ħajja oħra kellna l-għażla li nagħżlu aħna fejn ngħixu. Ejja ngħidu li ġie xi ħadd issa stess u qallek, agħżel belt jew pajjiż u tista' titlaq minn Malta. Jista' jkun staqsejt din il-mistoqsija għax qed inħoss in-nuqqas ta' safra twila ta' sitt xhur, darbtejn fis- sena! Għalkemm bil-problemi kollha tagħha, din il-gżira nħobbuha wisq, xorta sabiħ li xi drabi noħolmu it il-ħajja tagħna kif setgħet tkun kieku esplorajna toroq oħra, le? Dan kollu spiċċa qajjem din il-mistoqsija u lil numru ta' ċelebritajiet Maltin il-gazzetta staqsiethom, li kieku kellek tgħix f 'belt oħra jew pajjiż ieħor, mhux Malta fejn tgħix? 'Barċellona jew Huesca, hu x'inhu, Viva España!' - Luca Lorenzo, attur u preżentatur Luca Lorenzo hu wiċċ sinonimu l-aktar maż-żgħażagħ forsi minħabba is-serjè, Tek Tek Tok, iżda issa qiegħed ibill idu wkoll fir- radju hekk kif sab ruħu bħala preżentatur mal-VIBE FM. Għal min jaf sew lil Lorenzo, mela jaf li mingħajr football u San Lawrenz dan il-ġuvnott mhu xejn. Fil-fatt ir-risposta tiegħu ma kinitx sorpriża: "ġenwinament narani ngħix Spanja" Lorenzo hu mill-Birgu, u bħal ma ħafna jistgħu jinnotaw, bosta irħula u bliet Maltin speċjalment lejn in-nofsinhar għandom xi tip ta' ammirazzjoni kbira lejn timijiet żgħar tal-football. Fil-fatt hu jsegwi kemm lil Barċellona iżda wkoll lil Huesca, fit-tieni diviżjoni tal-football Spanjol. "Kemm il-darba mort Barċellona u nħossni milqugħ, qisni qiegħed id- dar. Dan apparti li Katalunja hu reġjun partikolari ħafna. Jekk tgħidilhom Buenos Dias jindunaw li int turist, imma jekk tgħid l-istess ħaġa bil-Katalan, Bon Dai, ituk ċertu rispett għax qed tirrispetta l-kultura tagħhom." Lorenzo qalilna wkoll li jekk jiddejjaq Barċellona għax il-ħajja urbana tinħass wisq, imbgħad dlonk imur Huesca. Villaġġ żgħir li minnu ħareġ il-patrun tal-Birgu, San Lawrenz. "Meta mort dejjem sibt tistennini ħbiberija u sens ta' familja, grazzi għall-konnesjoni Palmiża" 'Il-Ġappun għax qisek mort ġo dinja oħra' - Claire Marie Busutill, Modelling mentor, attriċi u preżentatriċi. Preżentattriċi oħra ta' VIBE FM iżda forsi iżjed famuża għal partijiet li interpretat f 'drammi Maltin bħal Vigilante. Riċentament Claire Marie Busutill saret parti ukoll mid-dinja tal- Autonomous Sensory Meridian Respons (ASMR). Bażikament fuq il-midja soċjali hi tippubblika filmati titkellem b'vuċi baxxa waqt li tagħmel ħsejjes oħra li jafu jirrilassaw lilha u lil min qed jaraha, bħal tqarmeċ l-ikel. Mistoqsija l-istess ħaġa, hi wieġbet li kieku tippreferi tmur toqgħod il-Ġappun. Sintendi b'risposta bħal dik, bilfors tistaqsi għaliex. "Għax qisek mort ġo dinja oħra. Kollox hemm differenti, saħansittra t-toilets. Kważi kull ħaġa hi magħmula b'mod iżjed gustuż, sa tissue paper li għandu riħa tfuħ u impiġġi fuqu hemm numru ta' karratri." Tajjeb li ngħidu li Busutill hi wkoll Modelling mentor, u sintendi li tfittex ispirazzjonijiet tal-moda hi parti mill-ħajja ta' kuljum tagħha. Hi qalet lill-gazzetta ILLUM li raġuni oħra għaliex il-Ġappun hu ideali għaliha hu propju l-istil partikolari tagħhom, apparti li "l-ikel wisq tajjeb." 'Forsi se ninstema' komuni imma kieku nagħzel li ngħix fl-Italja' - Etienne Micallef, Awtur Nies bħal Etienne Micallef rari nsemmuhom imma mingħajrhom tista' tinsa li jkollok mużika x'tisma. Micallef hu awtur li xogħlu smajna bih żgur, fosthom insibu 'Warajk' kantata minn Franklin fl- aħħar edizzjoni ta' Mużika Mużika. Żgur li mhux waħdu li jaħsibha l-istess iżda Etienne Micallef għażel l-Italja bħala l-pajjiż li kieku jgħix fih. Il-Maltin iħobbuha l-Italja tant li kważi iqisuha bħala oħthom il-kbira, jammirawha, kemm fejn tidħol mużika, ikel, u anke football. Hu beda billi ddeskriva li x-xenarju li toffri l-Italja hu sabiħ wisq filwaqt li spjega li l-Italja hu pajjiż li fih issib minn kollox. "Barra minn hekk għandhom lingwa li taffaxxinani speċjalment meta tinstema' fil-kanzunetti tant sbieħ li joħorgu minn dan il-pajjiż. Hija lingwa li studjajt sew sa l-Università allura nista' ngħid li għandi ħakma tajba tagħha." Apparti hekk dan l-awtur ħaseb ukoll f 'żaqqu għax semma wkoll li l-ikel varjat u mediterranju li toffri din il-peniżola qrib tagħna huwa xi ħaġa li wkoll jogħġbu. HUESCA MA' SAN LAWRENZ, L-ITALJA GĦAD-DAQQ TAL-MUŻIKA JEW IL-ĠAPPUN FEJN ANKE T-TOILET IFUĦ X'TAGĦŻEL INT? Ġieli għaddietlek minn moħħok li tgħix barra minn Malta? Kieku fejn tgħix u għaliex? Il-gazzetta ILLUM tistaqsi dawn il- mistoqsijiet lil numru ta' ċelebritajiet …

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021