Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668
13 intervista illum • IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 jiddeċiedi lil min jaqfel u lil min ipoġġi Dalli jrid biss iżarma lin-nies' jaqfel fiċ-ċelel, jiddeċiedi minn joqgħod barra, jiddeċiedi min jieħu t-tortura fuq is- siġġu u min jibqa' bla fann," kompla jisħaq b'passjoni. Insista li jeħtieġ ikun hemm proċeduri trasparenti u li l-kumitati li hemm madwar il-ħabs jitħallew jaħdmu. Ħwejjeġ, tv u mini-fridge għall-priġunieri ... mela l-ħabs lukanda? Fost il-proposti, Andrew u Peppi jipproponu li kull min joħroġ mill-ħabs jingħata bagalja ħwejjeġ ġodda għal kull staġun u debit card (fost oħrajn) u kull priġunier ikollu televiżjoni, radju, mini- fridge, logħob elettroniku, internet etċ. L-ILLUM tistaqsih jekk dan jagħtix l-impressjoni li l-ħabs qisu lukanda fejn kulħadd komdu, mingħajr ma jirrifletti s-serjetà tal-ħabs. "Qed ikollna priġunieri li joħorġu mill- ħabs fis-satra tal-lejl, b'borża tal-plastik f 'idhom u li ma jkun fiha kważi xejn. Dawn jgħaddu it sigħat jew ġranet u jmorru jisirqu karozza għax ma jkollhomx għaxja ta' lejla," beda jwieġeb. Insista li l-poplu jeħtieġ jiem li priġunier ma jridx jingħata biss il-penitenza għal dak li wettaq iżda jrid joħroġ minn hemm sura ta' nies biex ma jerġax jagħmel ħsara. "Jekk ma nagħtuhomx riżorsi aħna qed nistednuhom biex ikunu kriminali," kompla. Irrakkonta kif hu kien jaħdem ġo skola u kien jaħdem ma' tfal imqarrba li l-każ tagħhom kien estrem. Fi kliemu, soluzzjoni waħda kellhom għalihom: iħobbuhom. Kienu jilagħbu magħhom, joħorġuhom dawra bil-karozza u ħolqu fl-iskola ambjent sabiħ. Insista li kien hemm minnhom li ma rnexxewx, qatlu, spiċċaw il-ħabs jew għamlu suwiċidju imma oħrajn li mxew 'il quddiem. "Hemm minnhom jaħdmu u oħrajn li għandhom kumpaniji żgħar. Jiena rrid li nżid il-possibbilità u nnaqqas ir-riskju. L-ambjent medjevali, iswed, ta' vjolenza, għajjat u kontroll mhux jaħdem. L-aspett ta' edukazzjoni u xogħol fil-ħabs huwa essenzjali u mhux privileġġ għal xi wħud li jidhirlu d-Direttur," insista. "Garanzija għal kulħadd żgur li le. Imma hemm riċerka li turi li dan kollu jħalli r-riżultati." Ma hemmx bżonn ħabs kbir... Il-proposti jsemmu l-bżonn ta' bini ta' faċilità ġdida u tagħlaq dik ta' Kordin. Jgħidu li għandha tkun aktar spazjuża, arjuża, bil- veduti etċ. Imma l-proposti ma jgħidux fejn. L-ILLUM tistaqsih għandhomx idea fejn din tista' ssir u x'se jiġri mill-kritika, għax jew se tispiċċa toqros lill-ambjentalisti jew inkella lil xi residenti. "Ċert li l-Gvern għandu proprjetajiet li mhux qed jintużaw. Hawn postijiet mitluqa u abbandunati. Bnejna tant torrijiet, għal ħabs ġdid ma nsibux post?," staqsa. Kompla jisħaq li Malta lanqas ma għandna bżonn xi faċilità enormi. Insista li hemm 850 priġunier f 'Kordin għax ma hawnx sistemi bħalma huma dik tat- tagging, ma tintużax biżżejjed il-parole, għax hemm bżonn aktar NGOs bħalma huma r-RISe li għandhom programmi bi djar fil-komunità, għax is-sentenzi jdumu wisq ma jinqatgħu u għax uħud minn dawk li għadhom qed jistennew sentenza jinsabu maqfula l-ħabs. "Hemm oħrajn li għandhom problema tad-droga li posthom mhux il-ħabs. Hemm barranin li jispiċċaw il-ħabs sempliċiment għax ma jkollhomx passaport. X'ma jkunx imballat il-ħabs?" kompla jistaqsi. Fil-fatt, il-Professur Azzopardi u Peppi Azzopardi qed jipproponi struttura ta' open prisons, minimum security prisons u maximum security prisons. 'Mużew li juri kemm aħna tan-nejk li ħallejna jsiru dawn l-atroċitajiet' Tkellima aktar fid-dettall dwar il- programm tar-RISe li jipprovdi programm lill-priġunieri li jkunu waslu biex itemmu s-sentenza, fejn fost oħrajn jgħixu f 'dar fil- Belt Valletta, jibdew jaħdmu u jiltaqgħu aktar mal-familja. Mistoqsi jekk jagħmilx sens li jkun hemm aktar djar fil-komunità flok faċilità ġdida, Azzopardi insista li r-RISe huwa programm suċċess tant li r-rata ta' reċividiżmu hija baxxa ħafna. "Dik hija direzzjoni li rridu imma xorta jkun hemm bżonn li jkollok maximum security prison," saħaq. Fi kliemu, dan xorta waħda ma għandux ikun f 'Kordin u tenna li dan il-ħabs għandu jingħalaq u tinżamm biċċa biss, li tinbidel f 'mużew biex fi kliemu jfakkarna "kemm aħna poplu tan-nejk li ħallejna li jsiru dawn l-atroċitajiet." Insista li anke jekk jitkellmu fuq maximum security prisons lanqas mhu qed jirreferu għal xi ħabs li jkun fortizza, anzi jsemmi dak li seħħ barra minn Malta fejn dawn ikunu mibnija anke bi ħġieġ u twieqi kbar, bil-veduta tidher, biex il-priġunier jara x'qed jitlef u x'jista' jiggwadanja. Kien hawn li tenna li kollox jagħmel differenza, inkluż il-kuluri li jintużaw. "Dan qed ibajjad bl-iswed. Jekk trid iġġennu bniedem, aqflu ġo ċella miżbugħa bl-iswed," saħaq. Kif jaħdmu l-open prisons? Għal min huma? Tkellimna aktar fil-fond dwar l-open prisons, bil-Professur jisħaq li f 'pajjiżi differenti, partikolarment dawk Nordiċi, hemm mudelli differenti, fejn essenzjalment il-priġunier joħroġ jaħdem, jiltaqa' mal-familja u mbagħad jirritorna lura biex jorqod fil-ħabs. Insista li din tista' tkun assoċjata ma' sistemi oħra fosthom ta' tagging jew inkella tapplika għal dawk il-priġunieri li jkunu għamlu progress fir-rijabilitazzjoni tagħhom. "Aħna ma għandnix dawn is-sistemi. Għandna bordijiet li jiddeċiedu l-parole u l-leave imma mhux dawn is-sistemi. Dawn is-sistemi ma jistgħux jiddependu mid- Direttur imma minn strutturi apposta li jaħdmu ma' professjonisti," insista. Kien hawn li ċċara li la hu u lanqas Peppi ma huma qed jgħidu li ma għandux ikun hemm ħlas għall-għemil ta' persuna. Anke jekk bit-tagging jew inkella f 'open prison, il-persuna għadha qed tiskonta sentenza. "Trid issib mod kif is-sentenza tgħinek tagħmel proċess ta' rijabiltazzjoni," insista. Sew li titneħħa s-sentenza ta' għomor il-ħabs? Jipproponu wkoll li titneħħa s-sentenza ta' għomor il-ħabs. Żgur kontroversjali, speċjalment jekk wieħed jitkellem mal- vittmi jew qraba ta' vittmi. Azzopardi jirrikonoxxi dan iżda saħaq li hemm sistemi kif tista' tinħadem. Semma' pereżempju każ fejn persuna tingħata sentenza massima ta' għoxrin sena ħabs u jista' jkollha estensjoni ta' ħames snin oħra. "Taħdem bil-kontra. Qabel ma turi li inti tbiddilt ma tingħatax ir-rilaxx, f 'każ ta' sentenzi serji ħafna. Jekk ma tinbidilx, is- sentenza tiġi estiża" spjega. 'Jitneħħa d-Direttur minnufih' 100 proposta. Imma kieku kellu jagħżel proposta waħda biex tiġi implimentata issa, xi tkun? "Jitneħħa d-direttur," wieġeb minnufih. Saħaq li apparti li taħtu saru affarijiet li huma dubjużi, bħal "sistema ta' tortura sistemattizata," hemm evidenza fattwali li hu ma laħaqx l-aspetattivi u għax ir- riformi tiegħu ma ħallewx ir-riżultati. "Irid jinbidel. Ma għandux il-kapaċità intelletwali u emottiva li jagħmel din il- bidla. Mhux kapaċi joħroġ il-ħabs minn mudell medjevali għal mudell ġdid," temm jisħaq il-Professur.