Illum previous editions

Illum 05 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 analiżi titkellem mad-DJs u l-organizzaturi hekk kif bilwieqfa 'Spejjeż ta' attività ta' 3,000 ruħ qed jonfquhom għal 300' L-ILLUM tkellmet ukoll mad-DJ popolari Ziggy li filwaqt li insista li jinsab kuntent u li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, ukoll saħaq li għad fadal ħafna xi jsir. "Pass fid-direzzjoni t-tajba. Jiena jiddispjaċini biss li għamilna pandemija sħiħa naraw x'għamlu pajjiżi oħra u issa li ħadna l-vaċċin mhux qed nagħmlu l-istess," insista waqt li fakkar kif f 'pajjiżi oħra, bħar-Renju Unit, is-settur tad-divertiment huwa miuħ bi it li xejn restrizzjonijiet. Kien hawn li l-ILLUM tkellmet miegħu dwar l-ispejjeż u saħaq li anke jekk issa l-udjenza se tkun tista' tibqa' bilwieqfa, xorta waħda se jkun hemm spejjeż. Semma kif xorta waħda se jkun hemm bżonn persuni mal-bibien biex jivverifikaw iċ- ċertifikat tal-vaċċin u anke spejjeż marbuta mal-protokolli kollha. Fakkar kif ħafna mid-DJs u l-operaturi diġà daħlu għal ħafna spejjeż għax ma kinux attrezzati bi mwejjed u siġġijiet u affariijet oħra. "L-ispejjeż li kellna meta konnha norganizzaw attività għal 3,000 ruħ, issa qed nonfquhom għal 300," insista. "Kuntent li bdejt naħdem imma qed naħdmu għax vera nħobbu dak li nagħmlu mhux għax hemm xi qligħ kbir." Fil-fatt qal li bil-limitazzjonijiet, il-qligħ ma jista' qatt ikun kif kien qabel. Mistoqsi dwar l-andament tal-bookings u l-interess, Ziggy qal li bħalissa kienu jkunu qed jaħdmu għall-closing parties imma din is-sena għadhom għaddejja daqslikieku s-sajf għadu se jibda. Qal li biljetti għal 300 ruħ qed jinħatfu f 'inqas minn tlett ijiem jekk mhux sigħat ukoll. 'Bdejna imma ħdejn pajjiżi oħra għadna lura' 'Bdejna imma ħdejn pajjiżi oħra għadna lura ħafna." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM Matthew Degiorgio, is-sid tal- kumpless Gianpula Village, wieħed mill- postijiet tad-divertiment ewlenin f 'Malta. Mistoqsi mill-ILLUM għar-reazzjoni tiegħu, Degiorgio saħaq li ma jistax ma jkunx kuntent anke għax fi kliemu, għax- xogħol tagħhom, udjenza bilqiegħda ma tagħmilx sens. Kien hawn li saħaq li anke jekk se jirritornaw l-attivitajiet b'udjenza bilwieqfa, ħdejn pajjiżi oħra, li r-rata tat- tilqim tagħhom għadha lura ħafna meta mqabbla ma' dik ta' Malta, "aħna għadna lura." "Madanakollu aħjar milli magħluq," kompla jinsisti. Fi kliemu, dan jimla wkoll bil-kuraġġ lill-ħaddiema li issa se jerġgħu jibdew jaraw il-kumpless jopera u almenu ma għandhomx għaliex joqgħodu l-ħin kollu għassa biex ipoġġu lin-nies bilqiegħda. "Inkunu sinċiera! L-attivitajiet bħal tagħna b'udjenza bilqiegħda ma kinux jagħmlu sens," kompla jisħaq. "In-nies iridu jieħdu pjaċir. Għalhekk ħadu l-vaċċin." Mistoqsi dwar l-andament tal-bookings, Degiorgio insista li n-nies qed jibbukjaw u l-biljetti qed jinħatfu mill-ewwel. "Ma hemmx biża' u mhux fost iż- żgħażagħ biss," kompla jisħaq. Fil-fatt spjega kif bħala kumpless jorganizzaw attivitajiet diversi li jattiraw persuni ta' etajiet differenti, minn żgħażagħ ta' 17-il sena sa adulti li għandhom 50 sena jew aktar. "Qed naraw interess fl- etajiet kollha. Kulħadd qed jibbukkja. Ma hemmx differenza bejn żgħażagħ u adulti," kompla jisħaq. Apparti minn hekk, fakkar kif bir- restrizzjonijiet eżistenti, l-istabbiliment ewlieni ta' Gianpula kellu jinqasam f 'partijiet differenti biex fihom jidħlu clusters differenti ta' nies. Insista li fl- ewwel jiem minn meta nfetaħ il-booking, il-maġġoranza qed jagħżlu li jibbukjaw biex jidħlu fid-dancefloor. "In-nies irid jiġu, jiżfnu u jieħdu pjaċir. Dan jimlik b'ħafna kuraġġ," kompla jisħaq. Matthew Degiorgio Ziggy Jien qisni rbaħt lotterija ... kont għaddej minn żmien diffiċli' L-ILLUM tkellmet ukoll mad-DJ popolari Ryan Spiteri li insista li l-aħbar li l-attivitajiet jistgħu jerġgħu jirritornaw, anke għall-udjenza bilwieqfa, kienet bħall-aktar rigal għalih. "Jiena qisni rbaħt lotterija," insista Spiteri waqt li saħaq li mhux faċli għal artisti bħalu li kienu ilhom kważi sena u nofs imċaħħda għal kollox minn dak li tant iħobbu. Fil-fatt, Spiteri insista mal-gazzetta ILLUM li l-aħħar ġimgħat ma kinux faċli għalih u għadda minn mumenti koroh ukoll. "Dan huwa x-xogħol tagħna u tkun drajt ukoll stil ta' ħajja," insista d-DJ. "Kont naf li malli nkun nista' norganizza xi ħaġa, kont minnufih se nieħu r-ruħ." Anke jekk għad hemm restrizzjonijiet u limitazzjonijiet, Spiteri huwa kuntent. "Nibdew ftit ftit. Aħna lesti li nimxu mar-restrizzjonijiet basta nibdew imbagħad inżidu ftit ftit," kompla jisħaq. Fil-fatt, ftit jiem biss wara li tħabbar li l-attivitajiet tal-massa se jirritornaw b'limitazzjonijiet, Spiteri organizzaw l-ewwel attività tiegħu u fl-ewwel siegħa biss minn meta ħarġu l-biljetti għall- bejgħ, ir-rispons kien kbir ħafna. "Hemm rispons. In-nies immisjaw lili, il-mużika tiegħu u l-atmosfera," saħaq Spiteri.Insista li jaf nies li ħadu l-vaċċin sempliċiment għax riedu jattendu attivitajiet bħal dawn. "Għalhekk kien hawn it-tgergir. Ma kienx jagħmel sens li nilħqu l-immunità tal-massa u nibqgħu fejn aħna. In-nies iriduhom dawn l-affarijiet," temm jisħaq. Ryan Spiteri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 05 September 2021