Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668
10 analiżi IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Il-Futur tal-Edukazzjoni. Il-Professur Carmel Borg jagħti ħarsa analitika lejn iż-żewġ estremitajiet fl-ideoloġija u ħsieb f'dak li jirrigwarda edukazzjoni. Dak l-estrem ta' min jemmen fl-edukazzjoni tad-dixxiplina, ir-ropetizzjoni u l-memorja u dawk li jridu sistema aktar progressiva estrema fejn it-tfal jitħallew jitgħallmu li jogħġobhom, meta jridu... CARMEL BORG Xhur ilu, il-GWU organizzat forum ta' urnata dwar l-'Edukazzjoni Ekwa'. Għal din l-attività attendew uħud mill-aqwa esponenti lokali fil-qasam edukattiv, ħafna minnhom membri tal-Fakultà tal-Edukazzjoni, istituzzjoni pijuniera fl-imbuttar tal-aġenda tal-ekwità fl- edukazzjoni. F'nofs il-forum, il-kittieb u akkademiku Immanuel Mifsud intalab jirrifletti fuq id-diskorsi tal-ewwel nofs tal-programm. Mifsud, li fl-ewwel snin tal-formazzjoni professjonali tiegħu ħadem fi ħdan il-moviment li ried jara li l-edukazzjoni f 'Malta ssir aktar umana, kien sorpriż li ħafna mill-kliem li ntqal matul l-għodwa donnu ma nbidilx miż- żmien li kien student fil-Fakultà tal- Edukazzjoni. Il-ġustizzja soċjali u l-istatistika fl- edukazzjoni! Stħajjiltu jistaqsi: kif, ma nbidel xejn minn tarf is-seklu l-ieħor 'l hawn, ma sar ebda progress? Il-ġustizzja soċjali fl- edukazzjoni hija tema rikurrenti, impenn politiku bla tmiem, b'diversi truf, saffi u kumplessitajiet intersezzjonali. Filwaqt li l-prinċipju ewlieni tal-ġustizzja soċjali ma jinbidilx - l-aktar għal min l-aktar għandu bżonn - ir-realtajiet li jiddiżinvellaw is- soċjetà jinbidlu mat-tibdil ekonomiku, demografiku, soċjali, ambjentali, kulturali u ideoloġiku, fost realtajiet fluwidi oħra li jsawru l-ħajja umana. Hekk kif il- fenomeni msemmija u oħrajn jinbidlu fin-natura tagħhom, tinbidel ukoll il- fiżjonomija tal-ħidma b'risq il-ġustizzja soċjali, imnebbħa dejjem mill-valuri tas-solidarjetà, l-inklużjoni u l-ekwità. B'mod konkret, bħala eżempji, id-djalogu interkulturali u l-integrazzjoni ġenwina ta' studenti mhux imwielda fil-pajjiż, u ċ-ċaħda tal-binariżmu tal-ġeneru, huma temi ċentrali għall-edukaturi li huma soċjalment impenjati; temi li tletin sena ilu kienu għadhom periferali għal ħafna edukaturi li ħadmu għall-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv. F'dinja li ma tieqaf qatt tikkwantifika, tistandardizza u tikkategorizza, ħafna jridu l-evidenza tan-numri biex jibnu l-argumenti tagħhom. Il-qasam tal- ġustizzja soċjali mhuwiex eċċezzjoni għal din ir-regola. Mill-korrelazzjoni tas-suċċess skolastiku mal-isfond soċjo ekonomiku, għar-rabta bejn il-klassi soċjali u l-għażla ta' kors fil-livell tal- edukazzjoni terzjarja, l-istatistika serviet mhux it il-kawża għal aktar inklużjoni fil- qasam edukattiv. L-analiżi tal-istatistika ttina bażi tajba biex nibnu argumenti sodi u strateġija li timbotta għal aktar solidarjetà fil-qasam. X'għerf għandhom bżonn uliedna? Żewġ filosofiji estremi! Iżda, l-argumenti b'risq il-gustizzja soċjali fl-edukazzjoni jmorru ferm 'l hinn mid-dinja tan-numri. Żewġ temi li għandhom impatt qawwi fuq l-inklużjoni jiffukaw fuq il-kontenut kurrikulari, id- dibattitu dwar x'għerf għandhom bżonn l-ulied biex jgħixu il-preżent b'mod produttiv u biex ikollhom bażi għall-futur, u d-diskussjoni daqstant strateġika u mqanqla dwar liema huma dawk il-metodi tat-tagħlim li jiggarantixxu l-aċċess ekwu għall-għerf u għall-esperjenzi kurrikulari relevanti. Dawn huma dibattiti importanti ħafna, speċjalment fid-dawl tal-fatt li numru kbir ta' tfal imtarrfin, kif rajna mill- esperjenza tal-pandemija, jiddependu primarjament fuq l-iskola għall-iżvilupp tal-kapital personali, kulturali u soċjali tagħhom. Guy Claxton, akkademiku Ingliż, magħruf sew fil-qasam tax-xjenza konjittiva u t-tagħlim, għadu kif ippubblika ktieb li jixħet dawl fuq l-argumenti li żviluppaw matul is-snin, madwar it-temi li għadhom kif ġew imsemmija. 'e Future of Teaching and the Myths that Hold it Back', it-titlu tal-ktieb ta' Claxton, juri kif dawn iż-żewġ temi – il-kontenut kurrikulari u l-pedagoġija – ippolarizzaw lil pajjiżu u lill-Istati Uniti, bil-'knejjes' rispettivi li nħolqu madwar it-temi jaraw kif jagħmlu biex jattiraw l-attenzjoni tal- politiċi, u jużaw ir-riċerka b'mod silettiv biex jirbħu l-argumenti u jinfluwenzaw il- politika edukattiva u l-opinjoni pubblika. Min jaqra lil Claxton jibda jiem aktar għaliex l-għalliema u l-ġenituri jħossu li ħafna tibdil li jsir fil-qasam edukattiv huwa sikwit bilġri u kontradittorju. Dawk li għandhom aktar ħin biex jaqraw u jsegwu regolarment ix-xejriet internazzjonali, u allura huma konxji mill-battalji mit- trunċieri bejn it-tradizzjonalisti u l-progressivi, għandhom isibu fil-ktieb tal- professur Ingliż rendikont iddettaljat tal- manipulazzjoni strateġika u konxja ta' min irid, b'mod estrem, li mmorru lura għaż- żminijiet Vittorjani, fejn il-bastun tal- għalliema u l-ħażna tal-għerf fil-memorja kienu l-pilastri ewlenin tal-edukazzjoni, jew għall-filosofija progressiva estrema fejn it-tfal jitħallew jitgħallmu li jogħġobhom, meta jridu u kif iridu, bit-temp u r-ritmu tagħhom. Dawn huma dibattiti tal- bieraħ u llum, bix-xjenza tiżżeffen fin-nofs biex l-argumenti jingħataw aktar saħħa. It-tradizzjonalisti kontra l-progressivi fl- edukazzjoni Il-ġlieda bla tarf u bi sfumaturi differenti, bejn it-tradizzjonalisti u l-progressivi, it- teżi u l-anti-teżi fil-qasam edukattiv, rari twassal għall-armistizzju edukattiv jew għal xi sinteżi produttiva. Min-naħa waħda, it-tradizzjonalisti jimbuttaw il- karru tal-ħażna tal-għerf bi preparazzjoni għal aktar studju, xprunat mill-marki, premjijiet jew kastigi, b'emfasi kontinwa fuq is-suċċess akkademiku, bi it li xejn kontroll mill-istudent fuq it-tagħlim, b'kontenut ħafna drabi maqtugħ mill- ħajja u predeterminat, b'emfasi fuq il-qari, il-kitba, u l-aritmetika, u bil-memorja tokkupa tron privilleġġjat fuq it-tribuna pedagoġika. Min-naħa l-oħra, il-progressivi jisħqu fuq l-izvilupp ħolistiku bi preparazzjoni għall-hajja, b'anqas emfasi fuq id- dixxiplina estrinsika u aktar fuq is- sodisfazzjon intrinsiku waqt it-tagħlim, b'aktar spazju għall-interessi tal-istudenti u għall-esperjenzi konkreti tal-ħajja, fejn il-kurżità, ir-riskju, l-esplorazzjoni, l-avventura, il-kreattività, is-sens kritiku, l-esperimentazzjoni u l-iskoperta huma elementi naturali tal-esperjenza kurrikulari. Fuq kollox, il-progressivi jinsistu li l-edukazzjoni hija att soċjali, mibnija fuq il-kollaborazzjoni u s-sens qawwi ta' komunalità. It-tbegħid f 'numru ta' pajjiżi tal- Punent mill-ħażna tal-għerf fil-memorja t-twila waslet għal reazzjoni qawwija mit- tradizzjonalisti li jsostnu li minn mindu bdejna nenfasizzaw l-iżvilupp personali, b'anqas enfasi fuq il-kontenut, it-tfal tagħna m'għadhom jafu xejn u ma tista' tkellimhom fuq xejn. Din ir-reazzjoni, immexxija minn kittieba rispettabbli bħal E.D Hirsh, Herbert Simon, Allan Newell, Il-Professur Carmel Borg jagħti ħarsa lejn il-ħsibijiet differenti dwar kif għandha ssir l-edukazzjoni