Illum previous editions

Illum 05 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 • illum 'Jiżbogħ il-ħitan suwed, jiddeċiedi fuq is-siġġu tat-torturi ... Alex Dalli Alan Borg YENDRICK CIOFFI Id-Direttur tal-ħabs Alex Dalli u t-tattiċi tiegħu bħalissa jinsabu fuq fomm kulħadd. Min jaqbeż għalih u min jgħid li għandu jitkeċċa minnufih. Iżda l-isfidi ma jiqfux mat-tmexxija. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Professur Andrew Azzopardi, id-Dekan tal-Fakultà għall- Benessri tas-Soċjetà, li flimkien mal- ġurnalist u attivist Peppi Azzopardi, ħarġu b'100 proposta dwar kif għandha tiġi rriformata s-sistema korrettiva f 'Malta. L-ILLUM tibda billi tfakkar lil Azzopardi li l-problemi fil-ħabs ma bdewx ma' Dalli. Din il-gazzetta stess tkellmet ma' eks priġunieri li kienu ddeskrivew il-ħabs bħala 'bejta tad-droga.' X'inhi l-akbar problema tal-ħabs? "L-akbar problema hija li kulħadd jiġi jitmejjel mill-ħabs. Ħadd ma ried jieħu d-deċiżjonijiet iebsa. Kull tentattiva li saret kienet nofs kedda," beda jwieġeb. "Il-ħabs dejjem tħalla abbandunat. Il-Ministri għall- Intern qatt ma laħqu l-aspetattivi." Kompla jisħaq li l-problema mhuwiex il- ħabs biss. "Jiena dejjem inqabbel il-ħabs ma' serpentina. Tibda tinduna li qed tinstadd fl-aħħar it, għax jakkumula l-ħmieġ u l-ilma jdum nieżel. Il-ħabs huwa fit-tarf tal-problema. Kellek il-problemi fil-qrati, il-problemi li kien hemm u li għad hemm fil-Pulizija, in-nuqqas ta' riżorsi u oħrajn. Dawn akkumulaw dan il-ħmieġ u l-ħabs imbagħad xpakka u sploda," insista. Kien għalhekk li saħaq li anke jekk saru tentattivi biex l-affarijiet jinbidlu, ma kienx biżżejjed. Anke fil-każ tad-Direttur tal- ħabs stess. Azzopardi fakkar kemm Dalli jiaħar li neħħa d-droga mill-ħabs imma fl- istess ħin ma waqqafx il-kilba għad-droga bi programmi biex in-nies jieħdu l-kura. Dan huwa biss eżempju wieħed. "Il-problema fil-preżenti hija li ma hemmx biżżejjed persuni kompetenti," kompla jinsisti. 'Ħitan suwed, ambjent diżastruż ... smajt il-krib tan-nies' Fil-ħabs il-midja mhux qed titħalla tidħol jew jekk titħalla tidħol mhux tingħata aċċess sħiħ. L-ILLUM tistaqsih kif qed inkunu daqshekk ċerti li fil-ħabs hemm kważi kważi infern. Qed noqogħdu biss fuq dak li jgħidu żewġ priġunieri kollox? "Meta jkollok informazzjoni tikkonfermaha ma' żewġ jew tliet sorsi," beda jwieġeb. "Jiena mort il-ħabs u l-NGOs marru l-ħabs. Nistaqsuhom x'qed jaraw. Ħitan qed jiżbgħuhom suwed, ambjent diżastruż. Jiena kont xhud ma' kollegi oħra u d-Direttur qatt ma ċaħad dak li għidt jien. Jiena lest nieħu affidavit, lest nieħu ġurament għal dak li għamel hu." Insista li meta żar il-ħabs mal-kollegi mill-fakultà, "iż-żero" (l-isem kodiċi tad- Direttur tal-ħabs) ħadu f 'Diviżjoni Sitta. Qal li ra d-Diviżjoni u "smajt il-krib tan- nies." "X'jonqos aktar? Naraw l-irjus jirromblaw jew in-nies imdendlin?," staqsa. Fakkar li seħħew 13-il mewta fl-aħħar xhur u snin u li dwarhom għad irid jara l-inkjesti u jiem jekk dawn is-siti fejn seħħew dawn l-inċidenti, kinux ippreservati sakemm waslet il-Maġistrat. Fi kliemu, jekk l-uffiċjali u l-gwardjani ma jitkellmux fil-pubbliku, miegħu jitkellmu kontinwament u insista li huma mwerwa mid-Direttur. "Hawn irrid nara l-General Workers Union titkellem mhux biex tiddefendi l-moħqrija fuq il-priġunieri imma rrid fuq il-vjolenza li qed issir fuq il-ħaddiem," saħaq. Fakkar li hemm ukoll konsistenza fir-rapporti li qed isiru fuq il-ħabs. Kompla jisħaq li minkejja l-impressjoni li jagħtu li l-ħabs huwa "villaġġ," wara ilment li għamlu hu u Peppi Azzopardi, l-Awtorità tax-Xandir sabet lill-PBS u lill-ħabs ħatja ta' propaganda qarrieqa. "Dan anke jaqbad u jispara fuq il-ħamiem mingħajr permessi. Irrapportajtu jien. Qed issir investigazzjoni," insista. Kien hawn li saħaq li jekk id-Direttur huwa daqshekk konvint li kollox huwa ward u żahar kulma jrid jagħmel huwa li jagħżel grupp ta' ġurnalisti u jħallihom jidħlu l-ħabs, ikollhom aċċess għal kullimkien, aċċess għall-priġunieri u jingħataw lista ta' eks priġunieri u qraba ta' priġunieri li tilfu ħajjithom fil-ħabs. "Jiena dawn kollha ltqajt magħhom. Jiena mmur il-ħabs nitkellem mal-ġurnalisti sakemm ma jpattuhiex għax ikun sar jaf li tkellmu miegħi," kompla jisħaq. 'Dalli jrid biss iżarma lin-nies ... għandu jsirlu assessjar psikometriku' Ħafna mill-kritika hija indirizzata lejn id-Direttur tal-ħabs, iżda hu jiaħar li tejjeb is-sitwazzjoni u li fuq kollox waqqaf il-vjolenza u d-droga mill-ħabs. Possibbli dan il-bniedem kollox ħażin jagħmel? "Lanqas Hitler ma għamel kollox ħażin għax saħħaħ l-ekonomija fil-Ġermanja, imma qatel sitt miljun ruħ u farrak dinja," beda jwieġeb. "Il-ħabs mhux jaħdem. L-istatistika turi dan. 66% ta' kull min joħroġ mill-ħabs jerġa' jidħol. 72% huma priġunieri li kellhom ġenituri tagħhom li kienu l-ħabs. Fl-aħħar sentejn u nofs mietu 13-il persuna, għax dan id-direttur li salva d-dinja ma rnexxilux isalvahom. Dawn li nafu bihom." Fi kliemu, li taqta' d-droga mill-ħabs hija dover tad-Direttur tal-ħabs u ma għamel xejn ta' barra minn hawn. Fakkar li libbes il- priġunieri kollha bl-uniformi waqt li spjega li hemm riċerka li turi li meta priġunier tlibbishom l-uniformi tkissirhom. "L-unika ħaġa li jrid jagħmel id-Direttur huwa li jżarma lin-nies. Il-mudell militari mhuwiex tajjeb. Għandu jkollok it-tim ta' sigurtà li jkun aċċessibbli f 'każ li jinqala' xi ħaġa imma l-uffiċjali għandhom ikollhom uniformi li tkun aċċessibbli għan-nies," insista Azzopardi. Kien hawn li saħaq li minn dan kollu, id-Direttur mhu qed jiem xejn u insista li jekk vera jemmnu li huwa tajjeb, mela allura għandhom jerġgħu jibagħtuh mal- armata. "Mhux qed ngħid narmuh fiż-żibel. Qed ngħid li l-ħabs mhux postu. Jiena rrid li jsirlu assessjar psikometriku għall-intelliġenza emottiva tiegħu, kif sar lill-kandidati kollha għall-Kummissarju tal-Pulizija," insista. "Anke tal-maġġuri tiegħu għax l-istejjer li qed nisma' u li fadal x'joħorġu, juru li dawn in-nies huma bla qalb." 'Aħna rridu li l-ħabsi joħroġ mill-ħabs u jsir ċittadin mhux kriminal' Imma l-ILLUM taqra lil Azzopardi post ta' eks priġuniera li qalet li kienet tħossha komda tidħol il-ħabs qabel it-tmexxija ta' Dalli għax kienet tieħu li trid imma issa ma tridx li tidħol 'l hemm. L-ILLUM tistaqsih jekk Dalli ilux biżżejjed żmien imexxi l-ħabs biex naqbdu u ngħidu li s-sistemi tiegħu mhux jaħdmu. "Il-fatt li għandek xi ħadd li jgħidlek li jsib rifuġju fil-ħabs ukoll turi kemm hemm problema. Mhux qed nindunaw li hemm xi ħaġa ħażina fundamentalment?," staqsa. Kien għalhekk li saħaq li l-proposti li huma ppreżentaw huma intiżi biex min joħroġ mill-ħabs ma jkollux bżonn dipendenza mis-servizzi soċjali jew mill- benefiċċji soċjali. "Aħna rridu li min joħroġ fil-ħabs jgħix tajjeb biex meta jiġi lura fil-komunità ma jibqax ħabsi imma jsir ċittadin, ma jibqax priġunier anke barra, lest li jaħtaflek it- tfajla, jagħmillek ħsara fil-karozza jew jisraqlek id-dar. Jiena egoistikament qed nagħmilha din. Jiena rrid li l-komunità tagħna tkun sigura," spjega. Kien hawn li saħaq li l-mudell tal-ħabs u l-filosofija kollha wara s-sistema korrettiva hija ħażina u mhux taħdem. 'Dan il-bniedem ala biebu u jiġi tnejjek minn kollox?' Apparti minn hekk insista li t-taħriġ tal-uffiċjali tal-ħabs suppost qiegħed isir mill-Akkademja tal-korpi. Insista li skont il-liġi, jekk dan mhux isir mill-Akkademja, ikun hemm il-permess bil-miktub mill- Ministeru għall-Intern. "Talbu dan il-permess? Jew dan il- bniedem ala biebu u jiġi jitnejjek minn kollox? U jispara fuq il-ħamiem u filli jagħmel it-taħriġ hu, u jiddeċiedi lil min Andrew Azzopardi Ippreżenta ma' Peppi Azzopardi mitt proposta għall-ħabs u jrid li minnufih jitneħħa d-Direttur Alex Dalli. X'qed jipproponu eżatt? Imma fil-ħabs kollox ħażin hemm? Id-dixxiplina mhux importanti? Se nagħmlu l-ħajja tal-priġunier wisq faċli? L-ILLUM tistaqsi lill-Professur Andrew Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 05 September 2021