Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668
14 kultura IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 • illum FABIAN MANGION Ħafna huma l-ġrajjiet li jibqgħu mniżżlin b'ittri tad-deheb – ġrajjiet li baqgħu jinsġu flimkien b'rabta li ma tinħallx, lill-poplu Senglean mal-Bambina. Fost dawn il-ġrajjiet, jispikka l-avveniment kbir li seħħ fix-Xatt tal-Isla nhar l-4 ta' Settembru 1921. Xena li ma tintesa qatt kienet l-inkurunazzjoni solenni tax- xbieha antika u mirakoluża ta' Marija Bambina, l-Omm ħanina li għal tliet sekli kienet it-tarka li skansat minn kull tiġrib lill-Isla, il-belt tal-Madonna. Għalkemm għaddew ħafna snin, din hija ġrajja li anke llum, mitt sena wara, timliena b'ferħ li ma jitfissirx. Tul dawn il-mitt sena, is-Sengleani għamlu minn kollox, biex il-jum tal-4 ta' Settembru ma jisbaħx u jgħaddi bla ma jiġi mfakkar. 1996 – il-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju Fis-16 ta' Frar 1995, fuq inizjattiva tal- Kan. Dun Vinċenz Cachia, Arċipriet tal-Isla, ġie ffurmat il-Kumitat tal-75 Anniversarju tal-Inkurunazzjoni ta' Marija Bambina. Il-kumitat inkariga lill-pittur Frank Portelli biex iħejji logo li kellu jidher fuq kull ħaġa marbuta mal-anniversarju. Ġie ppubblikat kalendarju artistiku għas-sena 1996 li ġabar fih tnax-il ritratt bil-kulur ta' kwadri ta' pittura, kollha b'temi Marjani, li nsibu fil-bażilika u fil-knisja tal-Portu Salvu. Ġew ordnati wkoll numru limitat ta' statwetti replika tal-istatwa tal-Bambina biex ikunu ta' tiira għal dan l-anniversarju. Il-uħ uffiċċjali tal-festi kien il-Ħadd, 7 ta' Mejju 1995 meta, permezz ta' quddiesa solenni konċelebrata, ġie mfakkar il- ħruġ u l-wasla f 'Malta tar-reskritt tal- inkurunazzjoni. Dakinhar, inqrat għall- ewwel darba it-Talba tal-Anniversarju li tqassmet lill-familji kollha. Fil-31 ta' Diċembru 1995, Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof ta' Malta, bagħat messaġġ lill-parroċċa tal-Isla. Fih hu kiteb: "li nħarsu lejn Marija bħala mudell, li nirriflettu fuqha u li nfasslu l-imġieba tagħna li tkun taqbel ma' tagħha, għandu jkun l-iskop prinċipali taċ-ċelebrazzjonijiet ta' dan l-anniversarju. Wara kollox, dawn kienu l-kwalitajiet magħrufa tas-Sengleani meta b'turija tal-qima u l-għożża tagħhom, għamlu t-talba tagħhom biex l-istatwa ta' Marija Bambina tkun inkurunata." Biex jitfakkar il-75 anniversarju mill- ħruġ tad-digriet li bih il-Kolleġġjata tal-Isla ġiet elevata għad-dinjità ta' Bażilika Minuri, fit-3 ta' Jannar 1996 saret quddiesa solenni mmexxija minn Mons. Arċisqof Emmanuel Gerada, assistit mill-Kapitlu Senglean. Din iċ-ċelebrazzjoni kienet animata mill-Kor Marija Bambina flimkien mal-orkestra taħt id-direzzjoni ta' Mro. Alfred Callus. Bejn it-23 u l-25 ta' Jannar, fil-bażilika, sar Festival tal-Korijiet. F'dan il-festival ta' mużika sagra, ħadu sehem disa' korijiet minn disa' parroċċi differenti li taw tliet serati mill-isbaħ fl-ambjent tal-knisja imżejna kif jixraq għal dik l-okkażjoni. Biex l-imħabba lejn il-Bambina titwassal għand il-ġenerazzjoni futurI, fid-19 ta' Jannar 1996, fis-sala tas-Sede tal-Azzjoni Kattolika, ġie organizzat il-final ta' quiz dwar l-istorja u d-devozzjoni lejn il- Bambina fl-Isla għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji. Attivitajiet pastorali Saru diversi ċelebrazzjonijiet ta' natura pastorali. Fost l-oħrajn, insemmi l-Adorazzjoni għall-Qdusija tal-Kleru u għall-Vokazzjonijiet (9 ta' Marzu); il- lejl ta' talb qabel żjajjar fil-familji minn membri tal-Leġjun ta' Marija bil-għan prinċipali li t-talba tar-Rużarju terġa' ssib postha fid-djar tagħna (4 ta' Mejju); l-41 Kungress tat-Terz Ordni Karmelitan (5 ta' Mejju); il-Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes ta' Alla (26 ta' Mejju); is-Sajda Mużewmina (Ġunju); u l-Healing Service mill-Moviment Kariżmatiku Nazzjonali (28 ta' Ġunju). Fit-12 ta' April 1996 fil-bażilika ttellgħet Akkademja Mużiko-Letterarja taħt il- patroċinju ta' Dr Ugo Mifsud Bonnici, President tar-Repubblika. Kienet serata ta' livell mill-aktar għoli u dinjituż kemm fl-għażla u l-esekuzzjoni tal-mużika kif ukoll fil-qari tal-poeżiji u d-diskors sabiħ u mqanqal li għamel s-Senglean Dr Raymond Busuttil. Fis-26 ta' Mejju, l-anzjani Sengleani ġeddew il-memorji tal-esperjenzi tagħhom ta' 75 sena qabel, waqt serata fis-sala tas- Sede. L-Imħallef Franco Depasquale mexxa lill-kelliema ewlenin li kienu Charles Clews, John Buhagiar, William Hockey, Angelo Dougall u Giolino Grima. Il-Bambina fil-knisja tal-Portu Salvu Matul l-aħħar tlett ijiem ta' Mejju, l-istatwa tal-Bambina ġiet esposta għall- qima fil-knisja tal-Madonna tal-Portu Salvu li dejjem ingħatat importanza u sehem mistħoqq f 'anniversarji ta' din ix-xorta. F'dawk il-jiem, l-istatwa dehret għall- ewwel darba bil-libsa tad-deheb u l-fidda. Din l-opra ta' reqqa u artiġġjanat mill- aqwa, tlestiet wara tnax-il sena ta' xogħol mill-arġentier Vanni Barolo. Jispikkaw fuq kollox il-finezza u l-eżattezza saħansitra fl- iċken dettall, b'mod partikulari kif id-disinn oriġinali ġie riprodott b'mod daqshekk eżatt fil-pjanċa. Fiha ntuża deheb fi tliet kuluri ħalli jkun hemm kuntrast bejn il-mant, il- bordura u x-xaqliba. Il-libsa twila ta' taħt il-mant hija tal-fidda. L-inawgurazzjoni saret fid-29 ta' Mejju fi tmiem Ballata dwar l-istorja tal-Bambina, miktuba minn Charles Coleiro. Fl-aħħar jum ta' Mejju filgħaxija, l-istatwa tal-Bambina inħarġet quddiem il- kunvent ta' San Filippu, fejn saret quddiesa mmexxija minn Mons. Arċisqof Gerada. Wara sar pellegrinaġġ aux flambeaux bl- istatwa tal-Bambina tul Triq il-Vitorja sal-bażilika u fit-tmien tieghu sar Att ta' Konsagrazzjoni tal-parroċċa lill-Madonna. Festi li ma jintesew qatt fl-Isla 23 ta' Awwissu 1996: Quddiesa konċelebrata fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-preżenza tal-istatwa ta' Marija Bambina. 4 ta' Settembru 1996: Ċelebrazzjoni dinjituża fix-xatt tal- Isla li permezz tagħha ġie mfakkar il-75 anniversarju mill- inkurunazzjoni tal-istatwa ta' Marija Bambina.