Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668
17 kotba illum • IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 L-aħħar xogħol ta' Sergio Grech huwa sorpriża editorjali pjaċevoli, li tibda bħala rakkont personali ta' missier u tispiċċa twassal għal riflessjonijiet profondi anki dwar l-eżistenza tagħna bħala wlied ta' missirijiet u ommijiet. Mark Vella qrah, mingħajr il-piż tal-ulied, imma b'involviment profond fir-rakkont ta' tfulija li hija ta' ħaddieħor daqs kemm hi b'xi mod tagħna wkoll. ħaġa minna imma mhux kollox, u dak li jagħmlu speċjali, uniku u l-oġġett għal din ir-riflessjoni. In-nostalġija hija xi ħaġa li madankollu Grech jiġġilidha. Hemm diversi waqtiet fejn jistaqsi lilu nnifsu jekk konniex aħjar aħna mit-'tfal tal-lum', imma spiss jew iwaqqaf lilu nnifsu milli jkompli sejjer f 'din it-triq, anki bil-mistoqsija stess, jew inkella jħalli r-riflessjoni miftuħa. Jien ukoll nipprova niġġilidha din, ikolli ngħid, u l-imgħoddi dejjem isbaħ, ngħiduha, għalkemm Grech jirnexxilu wkoll iqanqalli dad- dubji tal-mezz' età, meta jsemmi ħwejjeġ li għalkemm forsi m'għexthomx bħalu minħabba trobbija f 'xi aspetti diversi, xorta waħda jirnexxilhom jitilgħu fil- wiċċ. Ximindaqqiet, nibda ngħid li qisu missieri qed jitkellem meta jgħid, nagħtu kas, li konna nehdew bix-xejn fil-konfront tat-tfal tal-lum, u bilġri inkun kważi qed niġi fi kliemu, fi kliem missieri, fi kliem in-nanniet u l-bużnanniet, u ninduna li jaf qed insir bħalhom. Jew inkella, anki għax bħal Sergio, niġġieldu biex ma naqgħux fl-ideat lesti u mhux mistħarrġa, nissieltu ma' dan l-istint tal-adorazzjoni tal- passat li donnha hija xi ħaġa innata fil-bniedem, u li ebda ġenerazzjoni mhi se jirnexxilha taħrabha. Naħseb li tkun ħaġa ovvja jekk ngħid li tibda tiggustahom lil ulied Sergio, anki jekk qatt ma tkun rajthom jew iltqajt magħhom. Mhuwiex l-għan primarju tal-ktieb, imma huwa t-togħma ħelwa li jħallilek ma' kull paġna. L-innoċenza, il-praspar, il-mistoqsijiet li joħorġu bihom li kważi l-ebda għaref ma jkun jista' jwieġeb. Imma wkoll it-tensjoni, li tħossha kullimkien, tal-isfidi tat-trobbija: ulied Sergio għadhom żgħar imma jikbru bħall-oħrajn, u jaf missierhom ikollu jikteb volum ieħor dwar it-taqlib taż-żgħażagħ u l-insidji tal-ewwel adultezza. Il-missier u l-omm iridu jrabbu skont mudelli li raw xierqa mill- ġenituri tagħhom, imma l-ulied, anki għax individwi speċjali bil-maġija unika tagħhom, jafu jisfidaw, sew bil-ħlewwa rispostuża imma wkoll bil-modi partikolari tagħhom li mhux bilfors idoqqu għall-partitura li bija jitla' fuq il-palk il-ġenitur. Taħt id-daħk u t-tbissim il- missier jinkiser quddiem in- nies għal xi bawxata ta' wliedu, jew inkella l-isforzi kollha immaġinabbli biex idarrihom drawwiet tajbin, tixref l-isfida ġenerazzjonali eterna, kważi tħabbar il-pleasures yet to come, u terġa' titfa' d-dawl qawwi u jgħammex fuq l-identità tal- ġenitur. Qabel maċ-ċirkostanzi varji tal-ħajja kkonvinċewni naċċetta b'serenità (u anki b'xi daqsxejn solliev) il-fatt li l-ulied u t-trobbija kienu se jkunu fażi li m'iniex se ngħixha, f 'moħħi kien itambar dejjem il-vers ta' Mario Azzopardi 'taranix ġgant għax ġgant m'iniex'. Il- missier fil-letteratura Maltija kapaċi jkexkxek u jtelliflek kull ħajra: minn Azzopardi mibluh quddiem it-tkomplija tal-ħajta ġenetika tiegħu, sar- Ribell ġentili u l-Pellegrin distratt ta' Friggieri, jew is-saga tal-ġenitorjalità masikili f 'Fl- Isem ta-Missier (u tal-Iben) ta' Immanuel Mifsud. Minkejja l-leġġerezza kollha, Grech ukoll b'xi mod parteċipi f 'din it- tradizzjoni: se naqraw u nidħku, se nifirħu u niggustaw, imma se nieqfu naħsbu wkoll, kważi anki b'xorta ta' orrur tiela' fin fin u li nitħabtu biex ma nħallux jikber, quddiem l-istejjer, fil- wiċċ forsi miktubin b'mod innokwu jew bil-kruha mliġġma sew, tal-ansjetà qabel it-twelid u tal-mard u l-imwiet tat-tfal. U anki tat-tifel mitluf fil-folla tat-Trade Fair: biżgħa li wkoll mid-dehra għaddiet u ngħexet minn ġenerazzjoni għall-oħra, u fejn il-ġenituri u t-tfal għal waqt minnhom isiru l-istess essri vulnerabbli! Il-missier huwa iben, u l-iben għad ikun missier. Ovvjetà bijoloġika u ġenealoġika, li madankollu terġa' tiġi espressa b'sengħa fl-aħħar xogħol ta' Grech. Żgur mhuwiex manwal għat-trobbija għaliex l-awtur kapaċi joħroġ lill-missier fil- waqtiet vulnerabbli tiegħu jew inkella fil-mument fejn ma jafx x'jaqbad jagħmel. L-umoriżmu ta' dan il-ktieb huwa wieħed ħlejju, mhux sfurzat, u li ma jfittixx l-ispettakolarità: huwa l-bażi ta' rakkont sempliċi tal-esperjenzi ta' familja bħall-oħrajn, għalkemm partikolarment Maltija u integrata fl-istorja u fid- drawwiet tal-pajjiż. Daħka ottimista u riflessjoni ta' tama jibqgħu dejjem għaddejjin minn taħt il-malinkonija tal- għarfien tal-mument li daqt jgħaddi u jgħib, kif ukoll il- preokkupazzjoni akbar li bilfors tirfed waqtiet bħal dawn tal- ħajja. Fl-aħħarnett, dan huwa ktieb siewi ħafna għall-iżvilupp tal- editorija Maltija. L-iskoperta azzekkata tal-Merlin Publisher tal-idea ta' Grech hija pass ieħor fil-produzzjoni ta' għażla aktar varjata ta' pubblikazzjonijiet li żgur jilħqu pubbliku usa', iħaddmu l-lingwa b'mod realistika mingħajr ma jheddu jew ikażbru l-Malti, u li wkoll irodddulna, għala le, mumenti ħfief, ħelwin u li jqanqlu tbissima, iżda li qatt ma jaqgħu fil-banalità.