Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Robert Aquilina huwa l-President tal-organizzazzjoni Repubblika Robert Aquilina L-ewwel xita u l-maltemp li neħtieġu għall-bnazzi W ara ġimgħat ta' sħana kbira, bwieb is-sema nfetħu għal it ħin u tawna dik li nsejħul- ha 'l-ewwel xita'. Wara t-tixriba, żgħira jew kbira skont fejn kont x'ħin bdiet traxxax, erġajna lura għas-sħana qawwija tas-sajf Malti. It-tama hija li jkollna aktar xita fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin. Allaħares le. Ħalba xita jew tnejn żgur ma jservux biex tissaqqa r-raba' u jimtlew il-bjar. Is-sħana ta' das-sajf lilna ta' Repubblika ma waqqfitniex milli nkomplu niġġieldu għall-kawża tagħna. F'Awwissu pprotestajna quddiem id-Depot, morna quddiem il-kwartieri tal-Partit Laburista, quddiem Kastilja, quddiem il-Ministeru u fid- distrett tal-Ministru lagħaqi ta' Yorgen Fenech, u dorna bosta toroq oħra bil-protesta u bil- messaġġ tagħna. L-ewwel xita bdiet nieżla għalina wkoll. Il-Kummissarju tal- Pulizija u l-Avukat Ġenerali bħal donnhom xarrbu wiċċhom u fi it jiem bdew il-prosekuzzjonijiet fil-każ tal-bank Pilatus u fuq każ ta' ħasil ta' flus li jikkonċerna lil Yorgen Fenech. Din il-ġimgħa mistennija tibda wkoll il- prosekuzzjoni fil-konfront tal-Eks Kummissarju Ewropew John Dalli, kważi 9 snin wara li kellu jirriżenja mill-Kummissjoni. Din ix-xita nilqgħuha bħalma lqajna l-ewwel xita li waqgħet mis- sema. Nilqgħuha b'sodisfazzjon u nieħdu gost biha mingħajr ma ninsew li għandna bżonn ferm aktar ħalbiet biex l-art tagħtina l-ħaxix u l-frott bnin li neħtieġu biex ngħixu. Għalhekk, intennu l-appoġġ tagħna kollu lil dawk l-uffiċjali tal-Istat li, minkejja l-ostakli kollha li nafu li jagħmlulhom u r-riskji personali li jieħdu, xogħolhom qed jagħmluh bl- aħjar mod li jistgħu. Għalhekk, se nibqgħu ninsistu għal iktar prosekuzzjonijiet bħal dawn. Il-lista tal-każijiet hija twila. Ir-ritratti tal-protagonisti tagħha dendilniehom mal-grada tad- Depot. L-ewwel prosekuzzjonijiet, bħall-ewwel xita, mhumiex u ma jistgħux ikunu biżżejjed. Miriam Spiteri Debono La bdejt bil-metafora tax-xita se nkompli biha, għalkemm id- diskors tal-eks Speaker Miriam Spiteri Debono f 'Jum il-Vitorja iktar tixraqlu d-deskrizzjoni ta' manna nieżla fuq deżert ta' skiet u tlaqlieq. Spiteri Debono tkellmet ċar. Ma qagħditx tinħeba wara immijiet u forsijiet. L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia ddeskrivietu kif tassew hu. Sejħitlu "eżekuzzjoni" intenzjonata biex jagħlqulha ħalqha; "eżekuzzjoni marbuta mill-qrib ma' xogħol investigattiv fil-professjoni tagħha ta' ġurnalista." Din il-verità li lissnet Spiteri Debono hija eżempju ta' kif għandhom jitkellmu fil-pubbliku dawk li jokkupaw l-ogħla karigi tal-Istat u anke tal-Partit Laburista. "Hemm bżonn nifdu lilna nfusna mill-ġdid," żiedet tgħid Spiteri Debono. "Biex nagħmlu dan ma rridux nintilfu fil- pettigolezzi u t-tgħajjir, fil-botta u risposta biex niskorjaw punti politiċi, rebħiet bla sugu u sustanza fuq livell partiġġjan li ħafna drabi jservu biss biex fost il-poplu jiżirgħu l-firda" Min f 'pajjiżna tassew irid l-għaqda u mhux isemmi l-għaqda biss għaċ-ċapċip tal-gallariji għandu jitkellem u jġib ruħu bħal Spiteri Debono. Min f 'pajjiżna tassew irid l-għaqda għandu l-ewwel u qabel kollok jiffaċċja l-verità u jitkellem dwarha kif inhi, kif għamlet l-Eks Speaker. Mhuwiex dettall, anzi ifisser ħafna, li qabel Spiteri Debono waslet il-Belt Valletta ħaddiema tal-Istat tqabbdu jaħbu r-ritratt ta' Daphne Caruana Galizia wara l-moument ta' Sciortino, fl-istess post fejn ħbew l-ixkupa li naddfu l-post biha. Min irid li nimxu 'l quddiem fit-triq tal-sewwa jrid jaċċetta li l-ħtieġa li "nifdu lilna nfusna" hija reali u urġenti. Iktar minn hekk, għandu jagħmel minn dil-"ħtieġa" il-missjoni politika tiegħu. Il-propaganda rħisa u l-kampanji medjatiċi biex ikunu skreditati ġurnalisti u attivisti li qed jissieltu għall-verità u l-ġustizzja mhumiex żerriegħa ta' għaqda. Bil-maqlub, huma l-vera tradiment ta' pajjiżna u tal-poplu tagħna. Bħal kif neħtieġu li bwieb is-sema jinfetħu iktar ta' spiss, neħtieġu iktar ħluq fl-Istat u fil-Partit Laburista jinfetħu biex jitkellmu l-verità bħalma għamlet Miriam Spiteri Debono. Jien naf persuni fil-Partit Laburista li huma ta' integrità bħalma hija n-Nutar Spiteri Debono. Lil dawn ma ngħidilhomx jabbandunaw lill-partit, iżda nħeġġiġhom jimmilitaw aktar biex il-partit tagħhom ineħħi minn ħdanu li min ġabilna l-għajb, u jibda jaħdem tassew fl-interess tal-ġid komuni. Robert Abela Kemm ilu li ppubblika r-rapport tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru Robert Abela waqa' f 'muta ta' kliem u f 'xejn assolut ta' azzjoni. Wara li tana l-ewwel xita fil-forma tal-apoloġija li għamel lill-familja ta' Daphne, Robert Abela bħal donnu ħaseb li m'hemm bżonn jingħad u jsir xejn iktar. Il-predeċessur tiegħu – dak li rebaħ il-premju tal-iktar korrott fid-dinja – kien u għadu fil-Partit Laburista u f 'Awwissu smajnieh jitkellem iktar minn kemm smajna lil Abela. Dak li meta kien Ministru tal-Finanzi kien iwieġeb dwar l-allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus u dwar il-bank Pilatus b'xi "uwejja come on" kien u għadu Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Il-lagħaqi ta' Yorgen Fenech li jsejjaħ lil-Laburisti "Ġaħan" għadu Ministru u dik li tmur tiġbor l-eluf cash mingħand l-istess Fenech għadha tpoġġi fil-Grupp Parlamentari Laburista. L-istazzjonijiet tal-partit ta' Robert Abela u t-trolls li għandu fuq il-media soċjali ma waqfu xejn mill-kampanji intiżi biex jiskreditaw lil min f 'pajjiżna qed jiġġieled għall-verità u għall- ġustizzja. Il-membri tal-Kabinett ta' Joseph Muscat – dawk li l-inkjesta sabithom responsabbli għall- ħolqien tal-ambjent ta' impunità li fuqu "straħu l-elementi ta' kriminalità organizzata" – minflok twarrbu, qed iċemplu lin-nies jistaqsuhom għandhomx bżonn xi ħaġa biex jerġgħu jivvotawlhom. Din l-imġiba ta' Robert Abela lilna tixegħlilna ħafna bozoz ħomor ta' twissija. Iktar ma jgħaddi żmien, aktar qed nikkonvinċu ruħna li l-Prim Ministru jimpurtah biss mill-poter għalih u għal sħabu tal-Partit Laburista. Dan għalina mhuwiex aċċettabbli. Din żgur mhijiex it- triq li tista' tfejjaq lil pajjiżna. Pajjiżna jeħtieġ xita ta' prosekuzzjonijiet, xita ta' diskorsi u imġiba bħal ta' Miriam Spiteri Debono, u xita ta' azzjoni min- naħa tal-Prim Ministru. Neħtieġu l-maltemp u mhux in-nixfa biex, kif jgħid il-Malti, wara ngawdu l-bnazzi. Ritratti ta' politiċi u uffiċjali li Repubblika poġġiet quddiem id-Depot waqt protesta li fiha sejħet għal aktar prosekuzzjoni kontra l-korruzzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021